EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0518

Id-Decizjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Lulju 2000 skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta' data personali pprovduta fl-Isvizzera (notifikata taħt dokument numru C(2000) 2304)(Test b'relevanzagħaż-ŻEE)

ĠU L 215, 25.8.2000, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/12/2016

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/518/oj

32000D0518



Official Journal L 215 , 25/08/2000 P. 0001 - 0003


Id-Decizjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta' Lulju 2000

skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta' data personali pprovduta fl-Isvizzera

(notifikata taħt dokument numru C(2000) 2304) [1]

(2000/518/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 fuq il-protezzjoni ta' individwi fejn għandu x'jaqsam l-ipproċessar ta' data personali u fuq il-moviment liberu ta' tali informazzjoni [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 25(6) ta' dan,

Billi:

(1) Skond id-Direttiva 95/46/KE Stati Membri huma meħtieġa li jipprovdu li t-transferiment ta' data personali lil pajjiż terz jista’ jseħħ biss jekk il-pajjiż terz in kwistjoni jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni u jekk il-liġijiet ta' l-Istati Membri li jimplimentaw dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva huma mħarsa ma qabel it-transferiment.

(2) Il-Kummissjoni tista’ ssib li pajjiż terz jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni. F dak il-każ, data personali tista’ tiġi trasferita mill-Istati membri mingħajr garanziji addizzjonali ma jkunu neċessarji.

(3) Konformi ma’ Direttiva 95/46/KE il-livell ta' protezzjoni ta' l-informazzjoni għandu jiġi eżaminat fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha li jiċċirkondaw operazzjoni ta' trasferiment ta' informazzjoni jew sett ta' operazzjonijiet ta' trasferimenti ta' informazzjoni, u b'rispett ta' kundizzjonijiet mogħtija. Il-Partit tal-ħidma fuq il-Protezzjoni ta' Individwi fejn għandhu x jaqsam l-ipproċessar ta' Data personali stabbilit taħt dik id-Direttiva ħarġet gwida fuq l-għemil ta' tali eżamijiet [3].

(4) Minħabba l-metodi differenti għal protezzjoni ta' informazzjoni f’ pajjiżi terzi, l-eżami ta' kapaċità għandha tiġi mwettqa u kwalunkwe deċiżjoni bażata fuq l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE għandha tiġi nfurzata b tali mod li arbitrarjament jew inġustament jiddiskriminaw kontra jew bejn pajjiżi terzi fejn l-istess kundizzjonijiet jeżistu jew jikkostitwixxu ostaklu mmaskrata fuq il-kummerċ, filwaqt li tingħata attenzjoni għad-doveri preżenti internazzjonali tal-Komunità.

(5) Fejn għandha x’ taqsam il-konfederazzjoni Svizzeva, l-istandards legali fuq il-protezzjoni ta' data personali għandhom effett ta' rabta legali fuq il-livell kemm Federali u tal-Cantons.

(6) Il-Kostituzzjoni Federali, li kienet emendata b’ referendum fit-18 ta' April 1999 u li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2000, tagħti lil kull persuna d-dritt li jkollu l-privatezza tiegħu irrispettata u, b mod partikolari, li jkun protett minn użu ħażin ta' informazzjoni li tikkonċerna lilu. Il-Qorti Federali, a bażi tal-Kostituzzjoni ta' qabel, li ma kenitx tikkontjeni tali dispożizzjoni, żviluppat ġurisprudenza li tistabblixxi l-prinċipji ġenerali li japplikaw għall-ipproċessar ta' data personali li tikkonċerna, b’ mod partikolari, l-kwalita ta' informazzjoni proċessata, d-dritt ta' aċċess tal-persuni konċernati, u d-dritt li tirrikjedi l-korrezzjoni jew id-distruzzjoni ta' l-informazzjoni. Dawn il-prinċipji jorbtu kemm il-Federazzjoni kif ukoll fuq kull Canton.

(7) L-Att Svizzeru dwar il-Protezzjoni ta' Data tad-19 ta' Gunju 1992 daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1993. Ir-regoli implimentattivi għal ċertu dispożizzjonijiet ta' l-Att dwar, b’ mod partikolari, d-dritt għall-aċċess tal-persuni konċernati, n-notifika ta' l-ipproċessar ta' l-operazzjonijiet lill-awtorità indipendenti ta' superviżjoni, u t-trasferiment ta' informazzjoni lil pajjiż barrani jew imniżżla permezz ta' ordni mill-Kunsill Federali. L-Att japplika għall-ipproċessar ta' data personali minn korpijiet Federali u mis-settur privat kollu, u għall-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar imwettqa mill-korpijiet cantonali konformi ma liġi Federali, fejn tali proċessar mhux suġġett għad-dispożizzjonijiet cantonali dwar il-protezzjoni ta' l-informazzjoni,

(8) Hafna mill-cantons, adottaw leġislazzjoni fuq protezzjoni ta' informazzjoni għal żoni għal liema huma kompetenti, b’ mod partikolari sptarijiet pubbliċi, edukazzjoni, taxxi diretti cantonali u l-pulizija. Fil-cantonijiet li jibqgħu, tali proċessar ta' informazzjoni hi ggvernata minn attijiet regolatorji jew mill-prinċipji tal-ġurisprudenza cantonali. Tkun liema tkun is-sors u l-kontenut tad-dispożizzjonijiet cantonali, u anke jekk l-ebda dispożizzjonijiet cantonali ma jeżistu, il-cantons għandhom jħarsu mal-prinċipji kostituzzjonali. Fil-kamp tar-responsabbilta tagħhom, l-awtoritajiet cantonali jistgħu jkollhom jittrasferixxu data personali lill-awtoritajiet pubbliċi f’ pajjiżi ġara, prinċipalment għall-iskop ta' assistenza reċiproka biex ikunu rrigwardati l-interessi pubbliċi importanti jew fil-każ ta' sptarijiet pubbliċi, biex ikun protett l-interess vitali tal-persuni konċernati.

(9) Fit-2 ta' Ottubru 1997, l-Isvizzera ratifikat il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa fuq il-protezzjoni ta' Individwi fejn g]andu x’ jaqsam l-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data personali (Konvenzjoni Nru. 108) [4], li jimmira biex jirrinforza l-protezzjoni ta' informazzjoni prinċipali u biex jiżgura ċirkolazzjoni ħielsa bejn il-partijiet kontraenti, suġġetti għal kwalunkwe eċċezzjoni li dawn il-partijiet jistgħu jipprovdu għalihom. Mingħajr ma jkunu applikabbli direttament, l-Konvenzjoni tfassal l-impenni internazzjonali kemm tal-Federazzjoni kif ukoll tal-cantons. Dawn ir-rabtiet jikkonċernaw mhux biss il-prinċipji bażiċi ta' protezzjoni li kull parti kontraenti għandha timplimenta fil-liġi interna tagħha imma wkoll mekkaniżmi ta' kooperazzjoni bejn il-partijiet kontraenti. B’ mod partikolari, l-awtoritajiet Svizzeri kompetenti għandhom wkoll jipprovdu għall-awtoritajiet ta' kull parti kontraenti li hekk jirrikjedu bi kwalunkwe informazzjoni fuq il-liġi u prattika amministrattiva dwar protezzjoni ta' informazzjoni, u b’ informazzjoni fuq kwalunkwe moment speċifiku ta' l-ipproċessar ta' informazzjoni. Għandhom ukoll jassistu kwalunkwe persuna li toqgħod barra mill-pajjiż biex jeżerċita d-dritt tiegħu li jkun infurmat fuq l-eżistenza ta' operazzjonijiet ta' l-ipproċessar fuq protezzjoni ta' informazzjoni li tikkonċerna lilu, d-dritt li jaċċessa l-informazzjoni tiegħu jew biex isaqsi li jkunu korretti jew imneħħija, u d-dritt ta' rimedju ġudizzjarju.

(10) L-istandards legali applikabbli fl-Isvizzera jkopru l-prinċipji bażiċi kollha neċessarji għal-livell adegwat ta' protezzjoni ta'persuni naturali, anke jekk huma ukoll pprovduti xi eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet sabiex l-interessi pubbliċi importanti jkunu protetti. L-applikazzjoni ta' dawn l-istandards hi ggarantita b'rimedju ġudizzjarju u mis-superviżjoni indipendenti mwettqa mill-awtoritajiet, bħall-Kummissarju Federali investit b’ poteri ta' investigazzjoni u intervenzjoni. Ukoll, id-dispożizzjonijiet ta' liġi Svizzera dwar tort ċivili fil-każ ta' proċessar illegali li hu ta' preġudizzju għall-persuni konċernati.

(11) Fl-interess tat-trasparenza u sabiex tkun protetta l-abilita ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri biex tiżgura l-protezzjoni ta' individwi fejn għandu x’ jaqsam l-ipproċessar ta' l-data personali tagħhom, huwa neċessarju li jkun speċifikat f din id-Deċiżjoni ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali b'liema s-suspensjoni ta' ċertu flussi ta' informazzjoni, għalkemm ikun hemm il-kisba ta' protezzjoni xierqa.

(12) Il-Grupp tax-Xogħol fuq il-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' Data Personali stabbilit taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE ta Opinjonijiet fuq il-livell ta' Protezzjoni provdut mill-liġi Svizzera li ġew ikkunsidrati fil-preparazzjoni ta' din id-Deċiżjoni [5].

(13) Il-Miżuri li huma provduti f’ din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 21 tad-Direttiva 95/46/KE,

ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

Għall-għanijiet tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 95/46/KE, għall-attivitajiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva, l-Isvizzera hija kkunsidrata li tipprovdi livell adegwat ta' protezzjoni għal data personali trasferita mill-Komunità.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna biss l-adegwatezza tal-protezzjoni provduta fl-Isvizzera bil-għan li tissodisfa l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 95/46/KE u ma taffettwax kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet oħra li jimplimentaw dispożizzjonijiet oħra ta' dik id-Direttiva li għandhom x'jaqsmu ma’ l-ipproċessar ta' data personali fi ħdan l-Istati Membri.

Artikolu 3

1. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tagħhom li jieħdu azzjoni biex jiżguraw it-tħaris ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati konformi ma’ dispożizzjonijiet oħra minbarra l-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-poteri eżistenti tagħhom biex jissospendu ċ-ċirkolazzjoni ta' data għal reċipjent fl-Isvizzera sabiex jipproteġu individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom f'każijiet fejn:

(a) awtorità kompetenti Svizzera tkun iddeterminat li r-reċipjent qed jikser l-istandards ta' protezzjoni applikabbli; jew

(b) hemm ċans sustanzjali li qed isir ksur tal-istandards ta' protezzjoni; hemm bażi raġjonevoli sabiex wieħed jemmen li l-awtorità kompetenti Svizzera mhijiex tieħu jew mhijiex ser tieħu passi f'waqthom u adegwati biex tissettilja l-każ in kwistjoni; l-kontinwazzjoni tat-trasferiment toħloq riskju imminenti ta' dannu gravi għal suġġetti ta' data u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru għamlu sforz raġonevoli fiċ-ċirkostanzi biex jipprovdu l-parti responsabbli għall-ipproċessar stabbilit fl-Isvizzera b'notifika u l-opportunità li tirrispondi.

Is-sospensjoni għandhom tieqaf malli l-istandards ta' protezzjoni huma assigurati u l-awtorità kompetenti konċernata fil-Komunità hija notifikata b’ dan.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien meta miżuri abbażi tal- paragrafu 1 huma adottati.

3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ukoll jinfurmaw lil xulxin b'każi fejn l-azzjoni tal-korpi responsabbli li jiżguraw it-tħaris ta' l-istandards ta' protezzjoni fl-Isvizzera jonqos milli jiżgura dan it-tħaris.

4. Jekk l-informazzjoni miġbura taħt il-paragrafi 1, 2 u 3 tipprovdi evidenza li xi korp responsabbli li jiżgura t-tħaris ma’ l-istandards ta' protezzjoni fl-Isvizzera mhux effettivament qed jissodisfa r-rwol tiegħu, l-Kummissjoni għandha tinforma l-awtoritajiet kompetenti Svizzeri u, jekk neċessarju, tippreżenta abbozzi ta' miżuri bi qbil mal-proċedura taħt l-Artikolu 31 ta' Dirtettiva 95/46/KE bil-għan li tikkanċella jew tissospendi din id-Deċiżjoni jew tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

Artikolu 4

1. Din id-Deċiżjoni tista’ tiġi emendata fi kwalunkwe ħin fid-dawl ta' l-esperjenza dwar it-tħaddim tagħha jew ta' bidliet fil-leġislazzjoni Svizzera.

Il-Kummissjoni għandhom tevalwa t-tħaddim ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, tlett snin wara n-notifika tagħha lill-Istati Membri u tirrapporta kwalunkwe sejbiet pertinenti lill-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE, inkluż kwalunkwe evidenza li tista’ taffettwa s-sejba fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni li l-protezzjoni fl-Isvizzera hija adegwata fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE u kwalunkwe evidenza li din id-Deċiżjoni qed tkun implimentata b'mod diskriminatorju.

2. Il-Kummissjoni għandha, jekk neċessarju, tippreżenta abbozzi ta' miżuri bi qbil mal-proċedura stabbilita bl-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 5

L-Istati Membri għndhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni l-aktar tard sat-tmiem ta’ perjodu ta’ 90 ġurnata min-notifika tagħha lill-Istati Membri.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

[2] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

[3] Opinjoni 12/98, adottata mill-Partit tal-ħidma fl- 24.7.1998: “Transferimenti ta' informazzjoni personali lill-pajjiżi terzi. Applikazzjoni ta' l-Artikolu 25 u 26 tad-Direttiva ta' l-UE fuq Protezzjoni ta' Informazzjoni (DG MARKT D/5025/98), disponibbli fuq il-website ta' l-Ewropa mi\muma mill-Kummissjoni Ewropea: http://europa. eu.int/comm/internal_market/en/media/dataprot/wpdocs/ index.htm.

[4] Disponibbli fuq il-website: http://conventions.coe.int/treaty/EN/cadreintro.htm.

[5] Opinjoni 5/99 adottata mill-Partit tal-Ħidma fis- 7.6.1999 (DG MARKT 5054/99), disponibbli fuq il-website ta' l-Ewropa ċitat f’ nota f'qiegħ il-paġna 2.

--------------------------------------------------

Top