European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1326

17.5.2024

Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina li jemenda l-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika ta’ konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

Sinjur/ Sinjura,

Nixtieq nirreferi għall-proċeduri li għaddejjin bħalissa skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, li nbdew mill-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) bin-notifika li tinsab fid-dokument G/SECRET/42 tal-24 ta’ Lulju 2018, li tipproponi modifiki tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji inklużi fl-Iskeda CLXXV tat-Tariffi tal-Unjoni Ewropea bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Fl-10 ta’ Mejju 2021, l-Unjoni u r-Repubblika Arġentina (“l-Arġentina”) ffirmaw Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri biex jikkonkludu n-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 (il-“Ftehim tal-10 ta’ Mejju 2021 ”), li daħal fis-seħħ fit-13 ta’ Lulju 2021.

Il-Ftehim tal-10 ta’ Mejju 2021 jistabbilixxi li “[…] ma jippreġudikax in-negozjati bejn l-UE u Membri oħra tad-WTO bi drittijiet skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 fir-rigward tal-kwoti tariffarji erga omnes ikkonċernati […]”. L-Unjoni impenjat ruħha li tinforma lill-Arġentina jekk ir-riżultat ta’ tali negozjati jbiddel l-ishma miftiehma fin-negozjati bilaterali tagħhom.

Bħala riżultat tan-negozjati bejn l-Unjoni u Membri oħra tad-WTO bi drittijiet skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, l-Unjoni qablet li tbiddel l-ishma ta’ żewġ kwoti tariffarji li għalihom l-Arġentina għandha drittijiet ta’ negozjar, kif ġej:

Kwota tariffarja 030 (trab tal-ħalib xkumat): is-sehem tal-Unjoni tal-kwota erga omnes għandu jiġi aġġustat għal 62 917 tunnellata;

Kwota tariffarja 110 (meraq tal-frott): is-sehem tal-Unjoni tal-kwota erga omnes għandu jiġi aġġustat għal 6 551 tunnellata.

Wara konsultazzjonijiet bilaterali, l-Arġentina taqbel mal-modifiki kif stabbiliti fil-paragrafu preċedenti ta’ din l-Ittra u l-impenji kwantitattivi li jirriżultaw meħuda mill-Unjoni li ma għadhiex tinkludi r-Renju Unit.

Għandi l-unur nipproponi li din l-Ittra u l-konferma tal-Gvern tiegħek flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina, li jemenda l-Ftehim tal-10 ta’ Mejju 2021 fir-rigward tat-tqassim taż-żewġ kwoti tariffarji elenkati hawn fuq.

L-Unjoni u l-Arġentina għandhom jgħarrfu lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom fir-rigward tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Fil-każ tal-Unjoni, in-notifika bil-miktub għandha tintbagħat lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika.

Dan il-Ftehim għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, bil-Kroat, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bl-Irlandiż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż, b’kull test ikun ugwalment awtentiku.

Nitolbok taċċetta, Sinjur/Sinjura, l-assigurazzjoni tal-ogħla rispett tiegħi.

Image 1

B.   Ittra mir-Repubblika Arġentina

Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur nikkonferma li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li taqra kif ġej:

“Nixtieq nirreferi għall-proċeduri li għaddejjin bħalissa skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, li nbdew mill-Unjoni Ewropea (‘l-Unjoni’) bin-notifika li tinsab fid-dokument G/SECRET/42 tal-24 ta’ Lulju 2018, li tipproponi modifiki tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji inklużi fl-Iskeda CLXXV tat-Tariffi tal-Unjoni Ewropea bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Fl-10 ta’ Mejju 2021, l-Unjoni u r-Repubblika Arġentina (‘l-Arġentina’) ffirmaw Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri biex jikkonkludu n-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 (il-‘Ftehim tal-10 ta’ Mejju 2021 ’), li daħal fis-seħħ fit-13 ta’ Lulju 2021.

Il-Ftehim tal-10 ta’ Mejju 2021 jistabbilixxi li ‘[…] ma jippreġudikax in-negozjati bejn l-UE u Membri oħra tad-WTO bi drittijiet skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 fir-rigward tal-kwoti tariffarji erga omnes ikkonċernati […]’. L-Unjoni impenjat ruħha li tinforma lill-Arġentina jekk ir-riżultat ta’ tali negozjati jbiddel l-ishma miftiehma fin-negozjati bilaterali tagħhom.

Bħala riżultat tan-negozjati bejn l-Unjoni u Membri oħra tad-WTO bi drittijiet skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, l-Unjoni qablet li tbiddel l-ishma ta’ żewġ kwoti tariffarji li għalihom l-Arġentina għandha drittijiet ta’ negozjar, kif ġej:

Kwota tariffarja 030 (trab tal-ħalib xkumat): is-sehem tal-Unjoni tal-kwota erga omnes għandu jiġi aġġustat għal 62 917 tunnellata;

Kwota tariffarja 110 (meraq tal-frott): is-sehem tal-Unjoni tal-kwota erga omnes għandu jiġi aġġustat għal 6 551 tunnellata.

Wara konsultazzjonijiet bilaterali, l-Arġentina taqbel mal-modifiki kif stabbiliti fil-paragrafu preċedenti ta’ din l-Ittra u l-impenji kwantitattivi li jirriżultaw meħuda mill-Unjoni li ma għadhiex tinkludi r-Renju Unit.

Għandi l-unur nipproponi li din l-Ittra u l-konferma tal-Gvern tiegħek flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina, li jemenda l-Ftehim tal-10 ta’ Mejju 2021 fir-rigward tat-tqassim taż-żewġ kwoti tariffarji elenkati hawn fuq.

L-Unjoni u l-Arġentina għandhom jgħarrfu lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom fir-rigward tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Fil-każ tal-Unjoni, in-notifika bil-miktub għandha tintbagħat lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika. Dan il-Ftehim għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, bil-Kroat, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bl-Irlandiż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż, b’kull test ikun ugwalment awtentiku.”

B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi mal-ittra t’hawn fuq.

Image 2


ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internal/2024/1326/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)