11.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1772

tat-28 ta’ Ġunju 2021

skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta’ data personali mir-Renju Unit

(notifikata bid-dokument C(2021)4800)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 45(3) tiegħu,

Billi:

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 jistabbilixxi r-regoli għat-trasferiment ta’ data personali minn kontrolluri jew minn proċessuri fl-Unjoni Ewropea għal pajjiżi terzi u għal organizzazzjonijiet internazzjonali sa fejn it-tali trasferimenti jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Ir-regoli dwar it-trasferimenti internazzjonali tad-data huma stabbiliti fil-Kapitolu V ta’ dak ir-Regolament, jiġifieri fl-Artikoli 44 sa 50. Filwaqt li l-fluss ta’ data personali lejn u minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea huwa essenzjali għall-espansjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali u tal-kummerċ transfruntier, il-livell ta’ protezzjoni mogħti lid-data personali fl-Unjoni Ewropea ma jistax jiġi mminat minn trasferimenti lejn pajjiżi terzi (2).

(2)

Skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat wieħed jew aktar f’pajjiż terz jew f’organizzazzjoni internazzjonali jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni. Skont din il-kundizzjoni, it-trasferimenti ta’ data personali lejn pajjiż terz jistgħu jsiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb xi awtorizzazzjoni ulterjuri, kif previst fl-Artikolu 45(1) u fil-premessa 103 ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Kif speċifikat fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2016/679, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza trid tkun ibbażata fuq analiżi komprensiva tal-ordinament ġuridiku tal-pajjiż terz, li tkopri kemm ir-regoli applikabbli għall-importaturi tad-data kif ukoll il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-aċċess għal data personali mill-awtoritajiet pubbliċi. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-pajjiż terz inkwistjoni jiggarantixxix livell ta’ protezzjoni “essenzjalment ekwivalenti” għal dak żgurat fl-Unjoni Ewropea (il-premessa 104 tar-Regolament (UE) 2016/679). L-istandard li fid-dawl tiegħu tiġi vvalutata l-“ekwivalenza essenzjali” huwa dak stabbilit mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679, kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (3). Ir-referenzjali dwar l-adegwatezza tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) huwa wkoll ta’ sinifikat f’dan ir-rigward (4).

(4)

Kif iċċarat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dan ma jeħtieġx li jinstab livell identiku ta’ protezzjoni (5). B’mod partikolari, il-mezzi li għalihom il-pajjiż terz inkwistjoni jkollu rikors għall-protezzjoni ta’ data personali jistgħu jvarjaw minn dawk imħaddma fl-Unjoni Ewropea, dment li juru bil-provi, fil-prattika, li jkunu effettivi fl-iżgurar ta’ livell adegwat ta’ protezzjoni (6). Għalhekk, l-istandard tal-adegwatezza ma jeħtieġx replikazzjoni minn punt għal punt tar-regoli tal-Unjoni. Minflok, it-test jinsab f’jekk, permezz tas-sustanza tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data u l-implimentazzjoni, is-superviżjoni u l-infurzar effettivi tagħhom, is-sistema barranija kollha kemm hi tipprovdix il-livell ta’ protezzjoni mitlub (7).

(5)

Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa l-liġi u l-prattika tar-Renju Unit. Fuq il-bażi tas-sejbiet żviluppati fil-premessi (8) sa (270), il-Kummissjoni tikkonkludi li r-Renju Unit jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni għad-data personali ttrasferita fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 mill-Unjoni Ewropea għar-Renju Unit.

(6)

Din il-konklużjoni ma tikkonċernax id-data personali trasferita għall-finijiet tal-kontroll tal-immigrazzjoni tar-Renju Unit jew li b’xi mod ieħor taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni minn ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data għall-finijiet taż-żamma ta’ kontroll effettiv tal-immigrazzjoni (l-“eżenzjoni tal-immigrazzjoni”) skont il-paragrafu 4(1) tal-Iskeda 2 tal-Att tar-Renju Unit dwar il-Protezzjoni tad-Data. Il-validità u l-interpretazzjoni tal-eżenzjoni tal-immigrazzjoni skont il-liġi tar-Renju Unit mhumiex solvuti wara deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell tal-Ingilterra u Wales tas-26 ta’ Mejju 2021. Filwaqt li tirrikonoxxi li d-drittijiet tas-suġġett tad-data jistgħu, fil-prinċipju, jiġu ristretti għal skopijiet ta’ kontroll tal-immigrazzjoni bħala “aspett importanti tal-interess pubbliku”, il-Qorti tal-Appell sabet li l-eżenzjoni tal-immigrazzjoni hija, fil-forma attwali tagħha, inkompatibbli mal-liġi tar-Renju Unit, peress li l-miżura leġiżlattiva ma għandhiex dispożizzjonijiet speċifiċi li jistabbilixxu s-salvagwardji elenkati fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Ġenerali tar-Renju Unit dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR tar-Renju Unit ) (8). F’dawn il-kundizzjonijiet, it-trasferimenti ta’ data personali mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit li għalihom tista’ tiġi applikata l-eżenzjoni tal-immigrazzjoni jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni (9). Ladarba l-inkompatibbiltà mal-liġi tar-Renju Unit tiġi rimedjata, l-eżenzjoni tal-immigrazzjoni jenħtieġ li tiġi vvalutata mill-ġdid, kif ukoll il-ħtieġa li tinżamm il-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(7)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li ma taffettwax l-applikazzjoni diretta tar-Regolament (UE) 2016/679 għal organizzazzjonijiet stabbiliti fir-Renju Unit fejn il-kundizzjonijiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ dak ir-Regolament, stabbiliti fl-Artikolu 3 tiegħu, huma ssodisfati.

2.   REGOLI LI JAPPLIKAW GĦALL-IPPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI

2.1.   Il-qafas kostituzzjonali

(8)

Ir-Renju Unit huwa demokrazija Parlamentari li għandha sovran kostituzzjonali bħala Kap ta’ Stat. Għandu Parlament sovran, li huwa suprem għall-istituzzjonijiet l-oħrajn kollha tal-gvern, Eżekuttiv meħud mill-Parlament u responsabbli quddiemu u ġudikatura indipendenti. L-Eżekuttiv jieħu l-awtorità tiegħu mill-kapaċità tiegħu li jikseb il-fiduċja tal-House of Commons eletta u huwa responsabbli quddiem kemm iż-żewġ Houses of Parliament li huma responsabbli għall-iskrutinju tal-Gvern u għad-dibattitu u għall-promulgazzjoni tal-liġijiet.

(9)

Il-Parlament tar-Renju Unit iddevolva r-responsabbiltà lill-Parlament Skoċċiż, lill-Parlament ta’ Wales (Senedd Cymru), u lill-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq biex jilleġiżlaw dwar kwistjonijiet domestiċi fl-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq li l-Parlament tar-Renju Unit ma rriżervax għalih innifsu. Filwaqt li l-protezzjoni tad-data hija kwistjoni riżervata, jiġifieri tapplika l-istess leġiżlazzjoni madwar il-pajjiż kollu, oqsma oħrajn ta’ politika rilevanti għal din id-Deċiżjoni huma devoluti. Pereżempju, is-sistemi tal-ġustizzja kriminali, inklużi l-attivitajiet tal-pulizija, tal-Iskozja u tal-Irlanda ta’ Fuq huma devoluti lill-Parlament Skoċċiż u lill-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq, rispettivament. Ir-Renju Unit ma għandux kostituzzjoni kkodifikata fis-sens ta’ dokument kostituttiv inkorporat. Maż-żmien tfaċċaw prinċipji kostituzzjonali, meħuda b’mod partikolari mill-ġurisprudenza u mill-konvenzjoni. Il-valur kostituzzjonali ta’ ċerti statuti, bħal Magna Carta, l-Abbozz ta’ Liġi tad-Drittijiet 1689 u l-Att dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1998 ġie rikonoxxut mill-qrati. Id-drittijiet fundamentali tal-individwi ġew żviluppati, bħala parti mill-kostituzzjoni, permezz tad-dritt komuni, permezz ta’ dawk l-istatuti, u permezz tat-trattati internazzjonali, b’mod partikolari l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li r-Renju Unit irratifika fl-1951. Fl-1987, ir-Renju Unit irratifika wkoll il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali (Konvenzjoni 108) (10).

(10)

Il-Human Rights Act 1998 jinkorpora d-drittijiet li jinsabu fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-dritt tar-Renju Unit. Il-Human Rights Act jagħti lil kwalunkwe individwu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali previsti fl-Artikoli 2 sa 12 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, fl-Artikoli 1, 2 u 3 tal-Ewwel Protokoll tiegħu u fl-Artikolu 1 tat-Tlettax-il Protokoll tiegħu, kif moqri flimkien mal-Artikoli 16, 17 u 18 ta’ dik il-Konvenzjoni. Dan jinkludi d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja (u d-dritt għall-protezzjoni tad-data bħala parti minn dak id-dritt) u d-dritt ta’ proċess ġust (11). B’mod partikolari, skont l-Artikolu 8 ta’ dik il-Konvenzjoni, awtorità pubblika tista’ tinterferixxi biss mad-dritt għall-privatezza f’konformità mal-liġi, fejn meħtieġ f’soċjetà demokratika fl-interessi tas-sigurtà nazzjonali, tas-sikurezza pubblika jew tal-benesseri ekonomiku tal-pajjiż, għall-prevenzjoni ta’ disturb jew ta’ delitt, għall-protezzjoni tas-saħħa jew tal-morali, jew għall-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet ta’ oħrajn.

(11)

F’konformità mal-Human Rights Act tal-1998, kwalunkwe azzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi trid tkun kompatibbli ma’ Dritt tal-Konvenzjoni (12). Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni primarja u subordinata trid tinqara u tingħata effett b’mod li jkun kompatibbli mad-drittijiet tal-Konvenzjoni (13).

2.2.   Il-qafas tal-protezzjoni tad-data tar-Renju Unit

(12)

Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar 2020. Fuq il-bażi tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (14), id-dritt tal-Unjoni kompla japplika fir-Renju Unit matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020. Qabel il-ħruġ u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-qafas leġiżlattiv dwar il-protezzjoni ta’ data personali fir-Renju Unit kien jikkonsisti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE (b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15)) u fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, b’mod partikolari d-Data Protection Act 2018 (DPA 2018) (16) li pprovda regoli nazzjonali, fejn permess mir-Regolament (UE) 2016/679, li jispeċifikaw u jirrestrinġu l-applikazzjoni tar-regoli tar-Regolament (UE) 2016/679 u tad-Direttiva trasposta (UE) 2016/680.

(13)

Bi tħejjija għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea, il-Gvern tar-Renju Unit ippromulga l-European Union (Withdrawal) Act 2018 (17), li jinkorpora l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli direttament fil-liġi tar-Renju Unit (18). Dan l-hekk imsejjaħ “dritt tal-UE miżmum” jinkludi r-Regolament (UE) 2016/679 fl-intier tiegħu (inklużi l-premessi tiegħu) (19). F’konformità ma’ dak l-att, id-dritt tal-UE miżmum mhux modifikat irid jiġi interpretat mill-qrati tar-Renju Unit f’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni billi jkollhom effett immedjatament qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni (imsejħa “ġurisprudenza tal-UE miżmuma” u “prinċipji ġenerali miżmuma tad-dritt tal-UE” rispettivament) (20).

(14)

Skont il-European Union (Withdrawal) Act 2018, il-ministri tar-Renju Unit għandhom is-setgħa li jintroduċu leġiżlazzjoni sekondarja, permezz ta’ strumenti statutorji, sabiex jagħmlu l-modifiki meħtieġa sabiex iżommu d-dritt tal-Unjoni Ewropea b’mod konsegwenzjali għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Huma eżerċitaw dik is-setgħa billi adottaw ir-Regolamenti tal-2019 dwar il-Protezzjoni tad-Data, il-Privatezza u l-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Emendi eċċ.) (ir-Regolamenti DPPEC) (21). Ir-Regolamenti DPPEC jemendaw ir-Regolament (UE) 2016/679 kif introdott fil-liġi tar-Renju Unit permezz tal-European Union (Withdrawal) Act 2018, id-DPA tal-2018, u leġiżlazzjoni oħra dwar il-protezzjoni tad-data biex tkun adattata għall-kuntest domestiku (22).

(15)

Konsegwentement, il-qafas legali dwar il-protezzjoni ta’ data personali fir-Renju Unit wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni jikkonsisti f’dawn li ġejjin:

Il-GDPR tar-Renju Unit, kif inkorporat fil-liġi tar-Renju Unit skont il-European Union (Withdrawal) Act 2018 u emendat bir-Regolamenti DPPEC (23), u

id-DPA 2018 (24), kif emendat bir-Regolamenti dwar id-DPPEC.

(16)

Peress li l-GDPR tar-Renju Unit huwa bbażat fuq leġiżlazzjoni tal-UE, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data fir-Renju Unit f’ħafna aspetti jirriflettu mill-qrib ir-regoli korrispondenti applikabbli fl-Unjoni Ewropea.

(17)

Minbarra s-setgħat mogħtija lis-Segretarju tal-Istat mill-European Union (Withdrawal) Act 2018, diversi dispożizzjonijiet tad-DPA 2018 jagħtu setgħat lis-Segretarju tal-Istat sabiex jadotta leġiżlazzjoni sekondarja bl-għan li jemenda ċerti dispożizzjonijiet tal-Att jew jipprovdi regoli supplimentari u addizzjonali (25). S’issa, is-Segretarju tal-Istat eżerċita biss is-setgħa skont it-Taqsima 137 tad-DPA 2018 sabiex jadotta d-Data Protection (Charges and Information) (Amendment) Regulations 2019, li jistabbilixxu ċ-ċirkustanzi li fihom il-kontrolluri tad-data jkunu meħtieġa jħallsu tariffa annwali lill-awtorità indipendenti tar-Renju Unit tal-protezzjoni tad-data, il-Kummissarju tal-Informazzjoni.

(18)

Fl-aħħar nett, gwida ulterjuri fuq il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data tar-Renju Unit hija pprovduta fil-kodiċijiet ta’ prattika u fi gwida oħra adottati mill-Kummissarju tal-Informazzjoni. Għalkemm ma hijiex legalment vinkolanti, din il-gwida ġġorr piż interpretattiv u turi kif tapplika l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u kif tiġi infurzata mill-Kummissarju fil-prattika. B’mod partikolari, it-Taqsimiet 121 sa 125 tad-DPA 2018 jirrikjedu li l-Kummissarju jħejji kodiċijiet ta’ prattika dwar il-kondiviżjoni tad-data, il-kummerċjalizzazzjoni diretta, id-disinn xieraq skont l-età u l-protezzjoni tad-data u l-ġurnaliżmu.

(19)

Fl-istruttura u fil-komponenti ewlenin tiegħu, il-qafas legali tar-Renju Unit li japplika għad-data ttrasferita skont din id-Deċiżjoni huwa għalhekk simili ħafna għal dak li japplika fl-Unjoni Ewropea. Dan jinkludi l-fatt li tali qafas ma jiddependix biss fuq l-obbligi stabbiliti fid-dritt domestiku, li ssawwar mid-dritt tal-UE, iżda wkoll fuq l-obbligi stabbiliti fid-dritt internazzjonali, b’mod partikolari permezz tal-aderenza mir-Renju Unit mal-KEDB u mal-Konvenzjoni 108, kif ukoll permezz tas-sottomissjoni tiegħu għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Dawn l-obbligi li jirriżultaw minn strumenti internazzjonali legalment vinkolanti, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data personali, huma għalhekk element importanti partikolari tal-qafas legali vvalutat f’din id-Deċiżjoni.

2.3.   Kamp ta’ applikazzjoni materjali u territorjali

(20)

B’mod simili għar-Regolament (UE) 2016/679, il-GDPR tar-Renju Unit japplika għall-ipproċessar ta’ data personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, jew għal ipproċessar ieħor, jekk id-data personali tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar (26). Id-definizzjonijiet ta’ “data personali”, ta’ “suġġett tad-data” u ta’ “pproċessar” tal-GDPR tar-Renju Unit huma identiċi għal dawk tar-Regolament (UE) 2016/679 (27). Barra minn hekk, il-GDPR tar-Renju Unit japplika għall-ipproċessar ta’ data personali manwali mhux strutturata (28) miżmuma minn ċerti awtoritajiet pubbliċi tar-Renju Unit (29), għalkemm il-prinċipji u d-drittijiet tal-GDPR tar-Renju Unit li ma humiex rilevanti għal tali data personali huma diżapplikati mit-Taqsimiet 24 u 25 tad-DPA 2018. B’mod simili għal dak li huwa pprovdut skont ir-Regolament (UE) 2016/679, il-GDPR tar-Renju Unit ma japplikax għall-ipproċessar ta’ data personali minn individwu matul attività purament personali jew domestika (30).

(21)

Il-GDPR tar-Renju Unit jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu wkoll għall-ipproċessar matul attività li, immedjatament qabel ma jintemm il-perjodu ta’ tranżizzjoni, kien jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea (eż. sigurtà nazzjonali) (31), jew kien fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 2 tat-Titolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (attivitajiet tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni) (32). Bħal fis-sistema tal-Unjoni Ewropea, il-GDPR tar-Renju Unit ma japplikax għall-ipproċessar ta’ data personali minn awtorità kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tas-sejbien jew tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew tal-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inklużi s-salvagwardja kontra theddidiet għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tagħhom (l-hekk imsejħa “finijiet ta’ infurzar tal-liġi”) – minflok, tali pproċessar huwa rregolat bil-Parti 3 tad-DPA 2018, kif inhu l-każ għad-Direttiva (UE) 2016/680 skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea – jew l-ipproċessar ta’ data personali mis-servizzi tal-intelligence (is-Security Service, is-Secret Intelligence Service u l-Government Communications Headquarters) li huwa kopert bil-Parti 4 tad-DPA 2018 (33).

(22)

Il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-GDPR tar-Renju Unit huwa deskritt fl-Artikolu 3 tal-GDPR tar-Renju Unit (34) jinkludi l-ipproċessar ta’ data personali (irrispettivament minn fejn isseħħ) fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew ta’ proċessur fir-Renju Unit kif ukoll għall-ipproċessar ta’ data personali ta’ suġġetti tad-data li jinsabu fir-Renju Unit, fejn l-attivitajiet ta’ pproċessar ikunu relatati mal-offerta ta’ oġġetti jew ta’ servizzi lil tali suġġetti tad-data jew mal-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom (35). Dan jirrifletti l-approċċ meħud fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/679.

2.4.   Definizzjonijiet ta’ data personali u ta’ kunċetti ta’ kontrollur u ta’ proċessur

(23)

Id-definizzjonijiet ta’ data personali, ta’ pproċessar, ta’ kontrollur, ta’ proċessur, kif ukoll id-definizzjoni ta’ psewdonimizzazzjoni, stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679, inżammu mingħajr modifika materjali fil-GDPR tar-Renju Unit (36). Barra minn hekk, kategoriji speċjali ta’ data huma ddefiniti fl-Artikolu 9(1) tal-GDPR tar-Renju Unit bl-istess mod bħal dak bħal fir-Regolament (UE) 2016/679 (“li [jiżvelaw] oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew sħubija fi trade union, u l-ipproċessar ta’ data ġenetika, data bijometrika sabiex tidentifika b’mod uniku persuna fiżika, data dwar is-saħħa jew data dwar il-ħajja sesswali u l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika”). It-Taqsima 205 tad-DPA 2018 tipprovdi d-definizzjoni ta’ “data bijometrika” (37), ta’ “data li tikkonċerna s-saħħa” (38) u ta’ “data ġenetika” (39).

2.5.   Salvagwardji, drittijiet u obbligi

2.5.1.   Legalità u ġustizzja tal-ipproċessar

(24)

Jenħtieġ li d-data personali tiġi pproċessata b’mod legali u ġust.

(25)

Il-prinċipji tal-legalità, tal-ġustizzja u tat-trasparenza u r-raġunijiet għall-ipproċessar legali huma ggarantiti fid-dritt tar-Renju Unit permezz tal-Artikoli 5(1)(a) u 6(1) tal-GDPR tar-Renju Unit, li huma identiċi għad-dispożizzjonijiet rispettivi fir-Regolament (UE) 2016/679 (40). It-Taqsima 8 tad-DPA 2018 tikkomplementa l-Artikolu 6(1)(e) billi tipprovdi li l-ipproċessar ta’ data personali skont l-Artikolu 6(1)(e) tal-GDPR tar-Renju Unit (meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku, jew fl-eżerċizzju tal-awtorità uffiċjali tal-kontrollur), tinkludi l-ipproċessar ta’ data personali li jkun meħtieġ għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, l-eżerċizzju ta’ funzjoni ta’ kwalunkwe Kamra tal-Parlament, l-eżerċizzju ta’ funzjoni mogħtija lil persuna permezz ta’ promulgazzjoni jew stat tad-dritt, l-eżerċizzju ta’ funzjoni tal-Kuruna, ta’ Ministru tal-Kuruna jew ta’ dipartiment tal-gvern, jew attività li tappoġġa jew tippromwovi l-involviment demokratiku.

(26)

Fir-rigward tal-kunsens (waħda mir-raġunijiet għall-ipproċessar legali), il-GDPR tar-Renju Unit iżomm ukoll il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/679 mhux modifikati, jiġifieri l-kontrollur jeħtieġlu jkun jista’ juri li s-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens tiegħu, trid tiġi ppreżentata talba bil-miktub għal kunsens bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi, is-suġġett tad-data jeħtieġlu jkollu d-dritt li jirtira l-kunsens fi kwalunkwe ħin, u meta jiġi vvalutat jekk il-kunsens ingħatax b’mod liberu, jenħtieġ li jitqies jekk l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt tkunx kundizzjonali fuq il-kunsens għall-ipproċessar ta’ data personali li ma jkunx meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta’ dak il-kuntratt. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 8 tal-GDPR tar-Renju Unit, fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, il-kunsens tal-minorenni jkun legali biss meta l-minorenni jkollu tal-anqas 13-il sena. Dan jaqa’ fil-grupp ta’ età stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/679.

2.5.2.   Ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali

(27)

Jenħtieġ li jkunu jeżistu salvagwardji speċifiċi fejn ikunu qed jiġu pproċessati “kategoriji speċjali” ta’ data.

(28)

Il-GDPR tar-Renju Unit u d-DPA 2018 fihom regoli speċifiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali, li huma ddefiniti fl-Artikolu 9(1) tal-GDPR tar-Renju Unit bl-istess mod bħal fir-Regolament (UE) 2016/679 (ara l-premessa (23) above). Skont l-Artikolu 9 tal-GDPR tar-Renju Unit, l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data huwa fil-prinċipju pprojbit, sakemm ma tkunx tapplika eċċezzjoni speċifika.

(29)

Dawn l-eċċezzjonijiet (elenkati fl-Artikolu 9(2) u (3) tal-GDPR tar-Renju Unit) ma jagħmlu l-ebda tibdil fis-sustanza għal dawk fl-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Sakemm is-suġġett tad-data ma jkunx ta l-kunsens espliċitu tiegħu għall-ipproċessar ta’ dik id-data personali, l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali huwa permess biss f’ċirkustanzi speċifiċi u limitati. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-ipproċessar ta’ data sensittiva jrid ikun meħtieġ għal skop speċifiku ddefinit fid-dispożizzjoni rilevanti (ara l-Artikolu 9(2)(b), (c), (f), (g), (h), (i) u (j)).

(30)

Barra minn hekk, fejn eċċezzjoni skont l-Artikolu 9(2) tal-GDPR tar-Renju Unit tkun teħtieġ awtorizzazzjoni bil-liġi jew tirreferi għall-interess pubbliku, it-Taqsima 10 tad-DPA 2018 flimkien mal-Iskeda 1 tad-DPA 2018 jispeċifikaw aktar il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati sabiex jitħaddmu l-eċċezzjonijiet. Pereżempju, fil-każ tal-ipproċessar ta’ data sensittiva għall-protezzjoni tas-“saħħa pubblika” (l-Artikolu 9(2)(i) tal-GDPR tar-Renju Unit), il-paragrafu 3(b) tal-Parti 1 tal-Iskeda 1 jirrikjedi li, minbarra t-test tan-neċessità, tali pproċessar jitwettaq “minn jew taħt ir-responsabbiltà ta’ professjonist tas-saħħa” jew “minn persuna oħra li tkun marbuta b’obbligu ta’ kunfidenzjalità taħt promulgazzjoni jew stat tad-dritt”, inkluż taħt id-dmir stabbilit sew ta’ kunfidenzjalità tad-dritt komuni.

(31)

Meta data sensittiva tiġi pproċessata għal raġunijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali (l-Artikolu 9(2)(g) tal-GDPR tar-Renju Unit), il-Parti 2 tal-Iskeda 1 tad-DPA 2018 tipprovdi lista eżawrjenti ta’ finijiet li jistgħu jitqiesu bħala ta’ interess pubbliku sostanzjali, u, għal kull wieħed minn dawn l-għanijiet, tistabbilixxi kundizzjonijiet addizzjonali speċifiċi. Pereżempju, il-promozzjoni tad-diversità razzjali u etnika fil-livelli superjuri tal-organizzazzjonijiet hija rikonoxxuta bħala interess pubbliku sostanzjali. L-ipproċessar ta’ data sensittiva għal dan il-fini speċifiku huwa soġġett għal rekwiżiti dettaljati, inkluż li l-ipproċessar jitwettaq bħala parti minn proċess ta’ identifikazzjoni ta’ individwi xierqa sabiex iżommu karigi superjuri, ikun meħtieġ sabiex tiġi promossa d-diversità razzjali u etnika u ma jkollux probabbiltà li jikkawża dannu sostanzjali jew tbatija sostanzjali lis-suġġett tad-data.

(32)

It-Taqsima 11(1) tad-DPA 2018 tistabbilixxi l-kundizzjonijiet sabiex id-data personali tiġi pproċessata fiċ-ċirkustanzi deskritti fl-Artikolu 9(3) tal-GDPR tar-Renju Unit relatati mal-obbligu ta’ segretezza. Dan jinkludi ċirkustanzi li fihom jitwettaq minn jew taħt ir-responsabbiltà ta’ professjonist tas-saħħa jew ta’ professjonist ta’ ħidma soċjali, jew minn persuna oħra li fiċ-ċirkustanzi jkollha obbligu ta’ kunfidenzjalità skont promulgazzjoni jew stat tad-dritt.

(33)

Barra minn hekk, ħafna mill-eċċezzjonijiet elenkati fl-Artikolu 9(2) tal-GDPR tar-Renju Unit jeħtieġu salvagwardji xierqa u speċifiċi sabiex jintużaw. Skont in-natura tal-ipproċessar u l-livell ta’ riskju għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data, il-kundizzjonijiet għall-ipproċessar previsti fl-Iskeda 1 tad-DPA 2018 jistabbilixxu salvagwardji differenti. Min-naħa tagħha, l-Iskeda 1 tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal kull sitwazzjoni ta’ pproċessar.

(34)

F’xi każijiet, id-DPA 2018 jirregola u jillimita t-tip ta’ data sensittiva li tista’ tiġi pproċessata għal bażi ġuridika partikolari li għandha tiġi rrispettata. Pereżempju, il-paragrafu 8 tal-Iskeda 1 jawtorizza l-ipproċessar ta’ data sensittiva għall-fini tal-promozzjoni tal-ugwaljanza tal-opportunità jew tat-trattament. Din il-kundizzjoni ta’ pproċessar tista’ tintuża biss jekk id-data tiżvela oriġini razzjali jew etnika, twemmin reliġjuż jew filosofiku, orjentazzjoni sesswali, jew jekk tkun data dwar is-saħħa.

(35)

F’xi każijiet, id-DPA 2018 jillimita t-tip ta’ kontrollur li jista’ juża l-kundizzjoni tal-ipproċessar. Pereżempju, il-paragrafu 23 tal-Iskeda 1 jipprovdi għall-ipproċessar ta’ data sensittiva fir-rigward tat-tweġibiet tar-rappreżentanti eletti għall-pubbliku. Din il-kundizzjoni ta’ pproċessar tista’ tintuża biss jekk il-kontrollur ikun ir-rappreżentant elett jew ikun qed jaġixxi taħt l-awtorità tiegħu.

(36)

F’xi każijiet oħrajn, id-DPA 2018 jistabbilixxi limiti fuq il-kategoriji tas-suġġett tad-data sabiex tintuża l-kundizzjoni ta’ pproċessar. Pereżempju, il-paragrafu 21 tal-Iskeda 1 jirregola l-ipproċessar ta’ data sensittiva għal skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali. Din il-kundizzjoni tista’ tintuża biss jekk is-suġġett tad-data inkwistjoni jkun wieħed mill-aħwa, ġenitur, nannu/nanna, jew bużnannu/bużnanna tal-membru tal-iskema.

(37)

Barra minn hekk, meta jibbaża fuq l-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 9(2) tal-GDPR tar-Renju Unit li huma speċifikati ulterjorment fit-Taqsima 10 tad-DPA 2018 flimkien mal-Iskeda 1 tad-DPA 2018, il-kontrollur fil-biċċa l-kbira tal-każijiet huwa meħtieġ jabbozza “Dokument ta’ Politika Xieraq”. Jeħtieġlu jiddeskrivi l-proċeduri tal-kontrollur sabiex jiżgura konformità mal-prinċipji fl-Artikolu 5 tal-GDPR tar-Renju Unit. Irid jistabbilixxi wkoll politiki għaż-żamma u għat-tħassir, b’indikazzjoni tal-perjodu ta’ ħżin probabbli. Il-kontrolluri jeħtiġilhom jirrieżaminaw u jaġġornaw dan id-dokument kif xieraq. Il-kontrollur jeħtieġlu jżomm id-dokument ta’ politika għal sitt xhur wara li jintemm l-ipproċessar u jeħtieġlu jagħmlu disponibbli għall-Kummissarju tal-Informazzjoni fuq talba (41).

(38)

Skont il-paragrafu 41 tal-Iskeda 1 tad-DPA 2018, id-Dokument ta’ Politika dejjem irid ikun akkumpanjat minn rekord miżjud tal-ipproċessar. Dan ir-rekord irid isegwi l-impenji inklużi fid-Dokument ta’ Politika, jiġifieri jekk id-data tkunx qed titħassar jew tkunx miżmuma f’konformità mal-politiki. Jekk il-politiki ma jkunux ġew segwiti, il-log irid iżomm rekord tar-raġunijiet. Ir-rekord irid jiddeskrivi wkoll kif l-ipproċessar jissodisfa l-Artikolu 6 tal-GDPR tar-Renju Unit (legalità tal-ipproċessar) u l-kundizzjoni speċifika fl-Iskeda 1 tad-DPA 2018 li tħaddmet.

(39)

Fl-aħħar nett, bħar-Regolament (UE) 2016/679, il-GDPR tar-Renju Unit jipprovdi wkoll salvagwardji ġenerali għal ċerti operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data. L-Artikolu 35 tal-GDPR tar-Renju Unit jirrikjedi valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data jekk kategoriji speċjali ta’ data jiġu pproċessati fuq skala kbira. Skont l-Artikolu 37 tal-GDPR tar-Renju Unit, kontrollur jew proċessur jeħtieġlu jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fejn l-attivitajiet ewlenin tiegħu jikkonsistu fl-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data fuq skala kbira.

(40)

Fir-rigward tad-data personali relatata ma’ kundanni u ma’ reati kriminali, l-Artikolu 10 tal-GDPR tar-Renju Unit huwa identiku għall-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/679. Dan jippermetti l-ipproċessar ta’ data personali relatata ma’ kundanni u ma’ reati kriminali biss taħt il-kontroll tal-awtorità uffiċjali jew meta l-ipproċessar ikun awtorizzat bid-dritt domestiku li jipprovdi għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data.

(41)

Meta l-ipproċessar ta’ data relatata ma’ kundanni u ma’ reati kriminali ma jitwettaqx taħt il-kontroll tal-awtorità uffiċjali, it-Taqsima 10(5) tad-DPA 2018 tipprovdi li tali pproċessar jista’ jsir biss għall-finijiet speċifiċi/ fis-sitwazzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-Partijiet 1, 2 u 3 tal-Iskeda 1 tad-DPA 2018 u huwa soġġett għar-rekwiżiti speċifiċi li huma stabbiliti għal kull wieħed minn dawn il-finijiet/is-sitwazzjonijiet. Pereżempju, id-data dwar kundanni kriminali tista’ tiġi pproċessata minn korpi mingħajr skop ta’ qligħ jekk l-ipproċessar jitwettaq (a) matul l-attivitajiet leġittimi tiegħu b’salvagwardji xierqa minn fondazzjoni, minn assoċjazzjoni jew minn korp ieħor mingħajr skop ta’ qligħ b’għan politiku, filosofiku, reliġjuż jew tat-trade union, u (b) bil-kundizzjoni li (i) l-ipproċessar ikun relatat biss mal-membri jew mal-eks membri tal-korp jew ma’ persuni li għandhom kuntatt regolari miegħu b’rabta mal-finijiet tiegħu, u (ii) id-data personali ma tiġix żvelata barra minn dak il-korp mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-data.

(42)

Barra minn hekk, il-Parti 3 tal-Iskeda 1 tad-DPA 2018 tistabbilixxi ċirkustanzi oħrajn li fihom tista’ tintuża data dwar kundanni kriminali li jikkorrispondu għar-raġunijiet legali għall-ipproċessar ta’ data sensittiva fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 u fil-GDPR tar-Renju Unit (eż. il-kunsens tas-suġġett tad-data, interessi vitali ta’ individwu jekk is-suġġett tad-data ma jkunx jista’ jagħti kunsens legalment jew fiżikament, jekk id-data tkun diġà saret pubblika b’mod ċar mis-suġġett tad-data, jekk l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-istabbiliment, għall-eżerċizzju jew għad-difiża ta’ talba legali eċċ.).

2.5.3   Limitazzjoni tal-iskop, preċiżjoni, minimizzazzjoni tad-data, limitazzjoni tal-ħżin u sigurtà tad-data

(43)

Jenħtieġ li d-data personali tiġi pproċessata għal fini speċifiku u sussegwentement tintuża biss dment li l-użu ma jkunx inkompatibbli mal-fini tal-ipproċessar.

(44)

Dan il-prinċipju huwa previst fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/679 u nżamm mingħajr tibdiliet fl-Artikolu 5(1)(b) tal-GDPR tar-Renju Unit. Il-kundizzjonijiet dwar l-ipproċessar kompatibbli ulterjuri skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679 inżammu wkoll mingħajr ebda modifika materjali fl-Artikolu 6(4)(a) - (e) tal-GDPR tar-Renju Unit.

(45)

Barra minn hekk, jenħtieġ li d-data tkun preċiża u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata. Jenħtieġ li tkun ukoll adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, u fil-prinċipju tinżamm għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-data personali.

(46)

Dawn il-prinċipji tal-minimizzazzjoni, tal-preċiżjoni u tal-limitazzjoni tal-ħżin tad-data huma stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(c) sa (e) tar-Regolament (UE) 2016/679 u huma miżmuma mingħajr modifika fl-Artikolu 5(1)(c) sa (e) fil-GDPR tar-Renju Unit.

(47)

Jenħtieġ li d-data personali tiġi pproċessata b’mod li jiżgura s-sigurtà tagħha, inkluża l-protezzjoni kontra pproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra telf aċċidentali, qerda jew ħsara. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-operaturi tan-negozji jieħdu miżuri tekniċi jew organizzazzjonali xierqa sabiex jipproteġu d-data personali minn theddidiet possibbli. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jiġu vvalutati billi jitqiesu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-kostijiet relatati.

(48)

Is-sigurtà tad-data hija mnaqqxa fid-dritt tar-Renju Unit permezz tal-prinċipju tal-integrità u tal-kunfidenzjalità fl-Artikolu 5(1)(f) tal-GDPR tar-Renju Unit u fl-Artikolu 32 tal-GDPR tar-Renju Unit dwar is-sigurtà tal-ipproċessar. Dawk id-dispożizzjonijiet huma identiċi għad-dispożizzjonijiet rispettivi tar-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (UE) 2016/679, il-GDPR tar-Renju Unit jeħtieġ in-notifika ta’ ksur ta’ data personali lill-awtorità superviżorja (Artikolu 33 tal-GDPR tar-Renju Unit) u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data (Artikolu 34 tal-GDPR tar-Renju Unit).

2.5.4   Trasparenza

(49)

Jenħtieġ li s-suġġetti tad-data jiġu informati dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-ipproċessar ta’ data personali tagħhom.

(50)

Dan huwa żgurat bl-Artikoli 13 u 14 tal-GDPR tar-Renju Unit, li, flimkien ma’ prinċipju ġenerali tat-trasparenza, jipprovdu regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lis-suġġett tad-data (42). Il-GDPR tar-Renju Unit ma jintroduċi l-ebda modifika materjali għal dawn ir-regoli meta mqabbel mal-Artikoli korrispondenti tar-Regolament (UE) 2016/679. Madankollu, bħal fir-Regolament (UE) 2016/679, ir-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ dawk l-Artikoli huma soġġetti għal diversi eċċezzjonijiet stabbiliti fid-DPA 2018 (ara l-premessi (55) sa (72)).

2.5.5   Drittijiet individwali

(51)

Jenħtieġ li s-suġġetti tad-data jkollhom ċerti drittijiet li jistgħu jiġu infurzati kontra l-kontrollur jew il-proċessur, b’mod partikolari d-dritt ta’ aċċess għad-data, id-dritt ta’ oġġezzjoni għall-ipproċessar u d-dritt li d-data tiġi rrettifikata u titħassar. Fl-istess ħin, tali drittijiet jistgħu jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet, sa fejn dawn ir-restrizzjonijiet ikunu meħtieġa u proporzjonati sabiex jissalvagwardjaw is-sigurtà pubblika jew objettivi importanti oħrajn ta’ interess pubbliku ġenerali.

2.5.5.1   Id-drittijiet sostantivi

(52)

Il-GDPR tar-Renju Unit jagħti lill-individwi l-istess drittijiet infurzabbli bħar-Regolament (UE) 2016/679. Id-dispożizzjonijiet li jipprovdu d-drittijiet tal-individwi nżammu fil-GDPR tar-Renju Unit mingħajr tibdil materjali.

(53)

Id-drittijiet jinkludu d-dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data (Artikolu 15 tal-GDPR tar-Renju Unit), id-dritt ta’ rettifika (Artikolu 16 tal-GDPR tar-Renju Unit), id-dritt għal tħassir (Artikolu 17 tal-GDPR tar-Renju Unit), id-dritt għar-restrizzjoni tal-ipproċessar (Artikolu 18 tal-GDPR tar-Renju Unit), obbligu ta’ notifika dwar ir-rettifika jew it-tħassir ta’ data personali jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar (Artikolu 19 tal-GDPR tar-Renju Unit), id-dritt għall-portabbiltà tad-data (Artikolu 20 tal-GDPR tar-Renju Unit), u d-dritt ta’ oġġezzjoni (Artikolu 21 tal-GDPR tar-Renju Unit) (43). Dan tal-aħħar jinkludi wkoll id-dritt ta’ suġġett tad-data li joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ data personali għall-fini ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta prevista fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, skont it-Taqsima 122 tad-DPA 2018, il-Kummissarju tal-Informazzjoni jeħtieġlu jħejji Kodiċi ta’ Prattika fir-rigward tat-twettiq tal-kummerċjalizzazzjoni diretta f’konformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data (u l-Privacy and Electronic Communications (EC Directive) Regulations 2003) u ma’ tali gwida oħra sabiex jippromwovi prattika tajba fil-kummerċjalizzazzjoni diretta li l-Kummissarju jqis xierqa. Bħalissa l-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni qed jiżviluppa l-kodiċi tal-kummerċjalizzazzjoni diretta (44).

(54)

Id-dritt tas-suġġett tad-data li ma jkunx soġġett għal deċiżjoni bbażata biss fuq ipproċessar awtomatizzat li jipproduċi effetti legali dwarhom, jew li b’mod simili jaffettwahom b’mod sinifikanti, kif previst fl-Artikolu 22 tal-GDPR, inżamm ukoll fil-GDPR tar- Renju Unit mingħajr tibdil sostanzjali. Madankollu, żdied paragrafu 3A ġdid bħala riferiment għall-fatt li t-Taqsima 14 tad-DPA 2018 tistabbilixxi salvagwardji għad-drittijiet, għal-libertajiet u għall-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data meta l-ipproċessar jitwettaq skont l-Artikolu 22(2)(b) tal-GDPR tar-Renju Unit. Dan japplika biss meta l-bażi għal tali deċiżjoni tkun awtorizzazzjoni jew rekwiżit skont id-dritt tar-Renju Unit, u ma japplikax meta d-deċiżjoni tkun meħtieġa skont kuntratt jew tkun saret bil-kunsens espliċitu tas-suġġett tad-data. Meta tapplika t-Taqsima 14 tad-DPA 2018, il-kontrollur jeħtieġlu, malli jkun raġonevolment prattikabbli, jinnotifika lis-suġġett tad-data bil-miktub li tkun ittieħdet deċiżjoni bbażata biss fuq ipproċessar awtomatizzat. Is-suġġett tad-data għandu dritt li jitlob li l-kontrollur - fi żmien xahar minn meta jirċievi l-avviż - jew jerġa’ jikkunsidra d-deċiżjoni, jew inkella jieħu deċiżjoni ġdida li ma tkunx ibbażata biss fuq ipproċessar awtomatizzat. Is-Segretarju tal-Istat għandu s-setgħa li jadotta aktar salvagwardji fir-rigward tat-teħid awtomatizzat ta’ deċiżjonijiet. Din is-setgħa għadha ma ġietx eżerċitata.

2.5.5.2   Restrizzjonijiet għad-drittijiet individwali u dispożizzjonijiet oħrajn

(55)

Id-DPA 2018 jistabbilixxi diversi restrizzjonijiet għad-drittijiet individwali, li jidħlu fil-qafas tal-Artikolu 23 tal-GDPR tar-Renju Unit. Ma ġiet introdotta l-ebda restrizzjoni f’dan il-qafas dwar id-dritt ta’ oġġezzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni diretta kif previst fl-Artikolu 21(2) u (3) tal-GDPR tar-Renju Unit jew għad-dritt li wieħed ma jkunx soġġett għal teħid awtomatizzat ta’ deċiżjonijiet kif previst fl-Artikolu 22 tal-GDPR tar-Renju Unit.

(56)

Ir-restrizzjonijiet huma spjegati f’dettall fl-Iskedi 2-4 tad-DPA 2018. L-awtoritajiet tar-Renju Unit spjegaw li huma ggwidati minn żewġ prinċipji: il-prinċipju tal-ispeċifiċità (bit-teħid ta’ approċċ granulari, hekk kif ir-restrizzjonijiet ġenerali jinqasmu f’diversi dispożizzjonijiet aktar speċifiċi) u l-prinċipju tal-kondizzjonalità (kull dispożizzjoni hija kkomplementata minn salvagwardji fil-forma ta’ limitazzjonijiet jew ta’ kundizzjonijiet għall-prevenzjoni tal-abbuż) (45).

(57)

Ir-restrizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 23(1) tal-GDPR tar-Renju Unit huma mfassla sabiex jiżguraw li japplikaw biss f’ċirkustanzi speċifikati fejn meħtieġ f’soċjetà demokratika u b’mod proporzjonat għall-għan leġittimu li jfittxu li jilħqu. Barra minn hekk, f’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita dwar l-interpretazzjoni tar-restrizzjonijiet, eżenzjoni mir-reġim ta’ protezzjoni tad-data tista’tiġi applikata biss fi kwalunkwe każ partikolari jekk tkun meħtieġa u proporzjonata li ssir (46). It-test tan-neċessità kien meħtieġ li jkun “wieħed strett, li jirrikjedi li kwalunkwe interferenza mad-drittijiet tas-suġġett tkun proporzjonata mal-gravità tat-theddida għall-interess pubbliku. Għalhekk, l-eżerċizzju jinvolvi analiżi klassika tal-proporzjonalità (47).”

(58)

L-għanijiet imfittxija minn dawn ir-restrizzjonijiet jikkorrispondi għal dawk elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679, ħlief għar-restrizzjonijiet għas-sigurtà nazzjonali u għad-difiża li, minflok, huma rregolati bit-Taqsima 26 tad-DPA 2018, iżda huma soġġetti għall-istess rekwiżiti ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità (ara l-premessi (63) sa (66)).

(59)

Uħud mir-restrizzjonijiet, pereżempju dawk relatati mal-prevenzjoni jew mas-sejbien ta’ delitt, mal-arrest jew mal-prosekuzzjoni ta’ trażgressuri, u mal-valutazzjoni jew il-ġbir tat-taxxi jew tad-dazju (48) jippermettu restrizzjonijiet għad-drittijiet individwali u l-obbligi ta’ trasparenza kollha (esklużi d-drittijiet skont l-Artikolu 21(2) u l-Artikolu 22). Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet oħrajn huwa limitat għall-obbligi ta’ trasparenza u għad-drittijiet ta’ aċċess, bħar-restrizzjonijiet relatati mal-privileġġ professjonali legali (49), mad-dritt għal-libertà minn rekwiżit li tiġi pprovduta informazzjoni li twassal għall-awtoinkriminazzjoni (50), u mal-finanzi korporattivi, b’mod partikolari l-prevenzjoni ta’ negozjar permezz ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata (51). Ftit mir-restrizzjonijiet jippermettu restrizzjoni għall-obbligu tal-kontrollur li jikkomunika ksur tad-data lil suġġett tad-data u l-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop, u tal-legalità, tal-ġustizzja u tat-trasparenza tal-ipproċessar (52).

(60)

Uħud mir-restrizzjonijiet japplikaw awtomatikament “bis-sħiħ” għal ċertu tip ta’ pproċessar ta’ data personali (pereżempju, l-applikazzjoni tal-obbligi ta’ trasparenza u tad-drittijiet individwali hija eskluża meta d-data personali tiġi pproċessata għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-adegwatezza ta’ persuna għal uffiċċju ġudizzjarju jew id-data personali tiġi pproċessata minn qorti, minn tribunal, jew minn individwu, li jaġixxu f’kapaċità ġudizzjarja).

(61)

Madankollu, fil-maġġoranza tal-każijiet, il-paragrafu rilevanti fl-Iskeda 2 għad-DPA 2018 jispeċifika li r-restrizzjoni tapplika biss meta (u sa fejn) l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet “x’aktarx tippreġudika” l-għan leġittimu segwit minn dik ir-restrizzjoni: pereżempju, id-dispożizzjonijiet elenkati tal-GDPR tar-Renju Unit ma japplikawx għal data personali pproċessata għall-prevenzjoni jew għas-sejbien ta’ delitt, għall-arrest jew għall-prosekuzzjoni ta’ trasgressuri, jew għall-valutazzjoni jew għall-ġbir ta’ taxxa jew ta’ dazju “sa fejn l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ikollha probabbiltà li tippreġudika” kwalunkwe waħda minn dawn il-kwistjonijiet (53).

(62)

L-istandard ta’ “jkollha probabbiltà li tippreġudika” ġie interpretat b’mod konsistenti mill-qrati tar-Renju Unit li jfisser “probabbiltà sinifikanti ħafna u importanti ta’ preġudizzju għall-interessi pubbliċi identifikati” (54). Restrizzjoni soġġetta għat-test tal-preġudizzju tista’ għalhekk tiġi invokata biss jekk u sal-punt li jkun hemm ċans sinifikanti u sinifikanti ħafna li l-għoti ta’ ċertu dritt jippreġudika l-interess pubbliku inkwistjoni. Il-kontrollur huwa responsabbli biex jivvaluta fuq bażi ta’ każ b’każ jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfati (55).

(63)

Minbarra r-restrizzjonijiet li jinsabu fl-Iskeda 2 tad-DPA 2018, it-Taqsima 26 tad-DPA 2018 tipprovdi eżenzjoni li tista’ tiġi applikata għal ċerti dispożizzjonijiet tal-GDPR tar-Renju Unit u tad-DPA 2018 jekk dik l-eżenzjoni tkun meħtieġa għall-fini ta’ salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali jew għal finijiet tad-difiża. Din l-eżenzjoni tapplika għall-prinċipji tal-protezzjoni tad-data (ħlief il-prinċipju tal-legalità), għall-obbligi ta’ trasparenza, għad-drittijiet tas-suġġett tad-data, għall-obbligu ta’ notifika ta’ ksur tad-data, għar-regoli dwar trasferimenti internazzjonali, għal uħud mid-dmirijiet u mis-setgħat tal-Kummissarju tal-Informazzjoni, u għar-regoli dwar rimedji, obbligazzjonijiet u penali, ħlief għad-dispożizzjoni dwar il-kundizzjonijiet ġenerali għall-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi stabbilita fl-Artikolu 83 tal-GDPR tar-Renju Unit u għad-dispożizzjoni dwar il-penali fl-Artikolu 84 tal-GDPR tar-Renju Unit. Barra minn hekk, it-Taqsima 28 tad-DPA 2018 timmodifika l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1) sabiex tippermetti l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data fl-Artikolu 9(1) tal-GDPR tar-Renju Unit sal-punt li l-ipproċessar isir għas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali jew għal finijiet tad-difiża, u b’salvagwardji xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data (56).

(64)

L-eżenzjoni tista’ tiġi applikata biss sal-punt li tkun meħtieġa għas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali jew tad-difiża. Hekk kif inhu wkoll il-każ għall-eżenzjonijiet l-oħrajn previsti mid-DPA 2018, hija trid tiġi kkunsidrata u invokata mill-kontrollur fuq bażi ta’ każ b’każ. Barra minn hekk, kwalunkwe applikazzjoni tal-eżenzjoni trid tkun konformi mal-istandards dwar id-drittijiet tal-bniedem (imsejsa fuq il-Human Rights Act 1998), li skont dawn kwalunkwe interferenza mad-drittijiet tal-privatezza jenħtieġ li tkun neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika (57).

(65)

Din l-interpretazzjoni tal-eżenzjoni hija kkonfermata mill-ICO li ħareġ gwida dettaljata dwar l-applikazzjoni tal-eżenzjoni tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali, filwaqt li jagħmilha ċara li din għandha tiġi kkunsidrata u applikata mill-kontrollur fuq bażi ta’ każ b’każ (58). B’mod partikolari, il-gwida tenfasizza li “[d]in mhijiex eżenzjoni ġenerali” u li, sabiex tiġi invokata, “mhuwiex biżżejjed li d-data tiġi pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali”. Min-naħa l-oħra, il-kontrollur li jibbaża fuqu jrid “juri li hemm possibbiltà reali ta’ effett negattiv fuq is-sigurtà nazzjonali” u, fejn meħtieġ, il-kontrollur huwa mistenni li “jipprovdi [lill-ICO] b’evidenza dwar għaliex [huwa] uża din l-eżenzjoni”. Il-gwida fiha lista ta’ kontroll u sensiela ta’ eżempji biex jiġu ċċarati aktar il-kundizzjonijiet li taħthom tista’ tiġi invokata din l-eżenzjoni.

(66)

Għalhekk, il-fatt li d-data tiġi pproċessata għal finijiet tas-sigurtà nazzjonali jew tad-difiża ma huwiex biżżejjed waħdu sabiex tiġi applikata l-eżenzjoni. Kontrollur jeħtieġlu jqis il-konsegwenzi attwali għas-sigurtà nazzjonali jekk ikollu jikkonforma mad-dispożizzjoni partikolari dwar il-protezzjoni tad-data. L-eżenzjoni tista’ tiġi applikata biss għal dawk id-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġew identifikati bħala dawk li joħolqu r-riskju u trid tiġi applikata b’mod kemm jista’ jkun restrittiv (59).

(67)

Dan l-approċċ ġie kkonfermat mit-Tribunal tal-Informazzjoni (60). Fil-każ ta’ Baker vs Secretary of State for the Home Department (“Baker v Secretary of State”), huwa ddetermina li kien illegali li tiġi applikata l-eżenzjoni tas-sigurtà nazzjonali bħala eżenzjoni ġenerali għat-talbiet ta’ aċċess riċevuti mis-servizzi tal-intelligence. Minflok, l-eżenzjoni kellha tiġi applikata fuq bażi ta’ każ b’każ, billi tingħata ħarsa lejn kull talba dwar il-mertu tagħha u fid-dawl tad-dritt tal-individwi li jirrispettaw il-ħajja privata tagħhom (61).

2.5.6   Restrizzjonijiet għal data personali pproċessata għal finijiet ġurnalistiċi, artistiċi, akkademiċi u letterarji kif ukoll għal arkivjar u għal riċerka

(68)

L-Artikolu 85(2) tal-GDPR tar-Renju Unit jippermetti li jiġi pprovdut sabiex data personali pproċessata għal finijiet ġurnalistiċi, artistiċi, akkademiċi u letterarji tkun eżentata minn diversi dispożizzjonijiet tal-GDPR tar-Renju Unit. Il-Parti 5 tal-Iskeda 2 tad-DPA 2018 tistabbilixxi l-eżenzjonijiet għall-ipproċessar għal dawn il-finijiet. Tipprovdi għal eżenzjonijiet mill-prinċipji tal-protezzjoni tad-data (ħlief il-prinċipju tal-integrità u tal-kunfidenzjalità), mir-raġunijiet legali għall-ipproċessar (inkl. kategoriji speċjali ta’ data u data dwar kundanni kriminali eċċ.), mill-kundizzjonijiet għall-kunsens, mill-obbligi ta’ trasparenza, mid-drittijiet tas-suġġetti tad-data, mill-obbligu ta’ notifika ta’ ksur tad-data, u mir-rekwiżit li l-Kummissarju tal-Informazzjoni jiġi kkonsultat qabel ipproċessar ta’ riskju għoli, u mir-regoli dwar it-trasferimenti internazzjonali (62). F’dan ir-rigward, il-GDPR tar-Renju Unit ma jitbegħedx b’mod sostantiv mir-Regolament (UE) 2016/679, li fl-Artikolu 85 tiegħu wkoll jipprovdi għall-possibbiltà li l-ipproċessar li jsir għal finijiet ġurnalistiċi jew għall-finijiet ta’ espressjoni akkademika, artistika jew letterarja jiġi eżentat minn numru ta’ rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679. Id-dispożizzjonijiet tad-DPA 2018, b’mod partikolari l-Iskeda 2, il-Parti 5, huma kompatibbli mal-GDPR tar-Renju Unit.

(69)

L-eżerċizzju ta’ bbilanċjar ewlieni li għandu jitwettaq skont l-Artikolu 85 tal-GDPR tar-Renju Unit huwa relatat ma’ jekk eżenzjoni għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data msemmija fil-premessa (68) tkunx “neċessarja għar-rikonċiljazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali mal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni” (63). Skont il-paragrafi 26(2) u (3) tal-Iskeda 2 tad-DPA 2018, ir-Renju Unit japplika test ta’ “twemmin raġonevoli” sabiex jintlaħaq dan il-bilanċ. Sabiex eżenzjoni tkun iġġustifikata, il-kontrollur jeħtieġlu raġonevolment jemmen (i) li l-pubblikazzjoni tkun fl-interess pubbliku; u (ii) li l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni tal-GDPR rilevanti tkun inkompatibbli ma’ finijiet ġurnalistiċi, akkademiċi, artistiċi jew letterarji. Kif ikkonfermat mill-ġurisprudenza (64), it-test ta’ “twemmin raġonevoli” għandu kemm komponent soġġettiv kif ukoll objettiv: ma huwiex biżżejjed li l-kontrollur juri li huwa stess kien jemmen li l-konformità kienet inkompatibbli. It-twemmin tiegħu jrid ikun raġonevoli, jiġifieri jista’ jitwemmen minn persuna raġonevoli li tkun taf il-fatti rilevanti. Għalhekk, il-kontrollur jeħtieġlu jeżerċita d-diliġenza dovuta meta jifforma t-twemmin tiegħu sabiex ikun jista’ juri r-raġonevolezza. Skont l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, it-test ta’ “twemmin raġonevoli” jrid jitwettaq fuq bażi ta’ eżenzjoni b’eżenzjoni (65). Jekk il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, l-eżenzjoni titqies neċessarja u proporzjonata skont id-dritt tar-Renju Unit.

(70)

Skont it-Taqsima 124 tad-DPA 2018, l-ICO għandu jħejji Kodiċi ta’ Prattika dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Ġurnaliżmu. Il-ħidma fuq dan il-Kodiċi għadha għaddejja. Inħarġet gwida dwar il-kwistjoni skont id-Data Protection Act 1998 li tenfasizza b’mod partikolari li, sabiex tiġi invokata din l-eżenzjoni, ma huwiex biżżejjed li sempliċiment jiġi ddikjarat li l-konformità tkun inkonvenjent għall-attivitajiet tal-ġurnalisti, iżda jrid ikun hemm argument ċar li d-dispożizzjoni inkwistjoni tippreżenta ostakolu għall-ġurnaliżmu responsabbli (66). Gwida dwar l-applikazzjoni tat-test tal-interess pubbliku u l-ibbilanċjar tal-interess pubbliku kontra l-interess ta’ individwu fil-privatezza ġiet ippubblikata wkoll mir-regolatur tat-telekomunikazzjoni tar-Renju Unit OFCOM u mill-BBC fil-linji gwida editorjali tagħha (67). Il-linji gwida jipprovdu b’mod partikolari eżempji ta’ informazzjoni li tista’ titqies fl-interess pubbliku, u jispjegaw il-ħtieġa li jkun jista’ jintwera li l-interess pubbliku jipprevali fuq id-drittijiet tal-privatezza fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ.

(71)

B’mod simili għal dak li huwa pprovdut fl-Artikolu 89 tal-GDPR, data personali pproċessata għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet statistiċi tista’ tiġi eżentata wkoll minn numru ta’ dispożizzjonijiet elenkati tal-GDPR tar-Renju Unit (68). Fir-rigward tar-riċerka u l-istatistika, huma possibbli eżenzjonijiet għad-dispożizzjonijiet tal-GDPR tar-Renju Unit relatati mal-konferma tal-ipproċessar u l-aċċess għad-data u s-salvagwardji għat-trasferimenti ta’ pajjiżi terzi; id-dritt ta’ rettifika; ir-restrizzjoni tal-ipproċessar u l-oġġezzjoni għall-ipproċessar. Fir-rigward tal-arkivjar fl-interess pubbliku, l-eżenzjonijiet huma possibbli wkoll għall-obbligu ta’ notifika rigward ir-rettifika jew it-tħassir ta’ data personali jew għar-restrizzjoni tal-ipproċessar u għad-dritt għall-portabbiltà tad-data.

(72)

Skont il-paragrafi 27(1) u 28(1) tal-Iskeda 2 tad-DPA 2018, l-eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet elenkati tal-GDPR tar-Renju Unit huma possibbli fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet “tipprevjeni jew ixxekkel serjament il-kisba” tal-finijiet inkwistjoni (69).

(73)

Minħabba r-rilevanza tagħhom għal eżerċizzju effettiv tad-drittijiet individwali, kwalunkwe żvilupp rilevanti rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni fil-prattika tal-eżenzjonijiet imsemmija hawn fuq (flimkien ma’ dak relatat maż-żamma ta’ kontroll effettiv tal-immigrazzjoni, kif spjegat fil-premessa (6)), inkluż kwalunkwe żvilupp ulterjuri tal-ġurisprudenza u tal-azzjonijiet ta’ gwida u infurzar tal-ICO, se jitqies kif xieraq fil-kuntest tal-monitoraġġ kontinwu ta’ din id-Deċiżjoni (70).

2.5.7   Restrizzjonijiet fuq trasferimenti ulterjuri

(74)

Il-livell ta’ protezzjoni mogħti lil data personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea lil kontrolluri jew lil proċessuri fir-Renju Unit ma jistax jiġi mfixkel mit-trasferiment ulterjuri ta’ tali data lil riċevituri f’pajjiż terz. Tali “trasferimenti ulterjuri”, li mill-perspettiva tal-kontrollur jew tal-proċessur tar-Renju Unit jikkostitwixxu trasferimenti internazzjonali mir-Renju Unit, jenħtieġ li jkunu permessi biss meta r-riċevitur ulterjuri barra mir-Renju Unit ikun huwa stess soġġett għal regoli li jiżguraw livell simili ta’ protezzjoni għal dak iggarantit fl-ordinament ġuridiku tar-Renju Unit. Għal din ir-raġuni, l-applikazzjoni tar-regoli tal-GDPR tar-Renju Unit u tad-DPA 2018 dwar it-trasferimenti internazzjonali ta’ data personali hija fattur importanti sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-protezzjoni fil-każ ta’ data personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea lir-Renju Unit skont din id-Deċiżjoni.

(75)

Ir-reġim dwar it-trasferimenti internazzjonali ta’ data personali mir-Renju Unit huwa stabbilit fl-Artikoli 44-49 tal-GDPR tar-Renju Unit, issupplimentat mid-DPA 2018, u fis-sustanza huwa identiku għar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679 (71). It-trasferimenti ta’ data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jistgħu jsiru biss fuq il-bażi ta’ regolamenti ta’ adegwatezza (ekwivalenti tar-Renju Unit għal deċiżjoni ta’ adegwatezza skont ir-Regolament (UE) 2016/679), jew, fin-nuqqas ta’ regolamenti ta’ adegwatezza, fejn il-kontrollur jew il-proċessur ikun ipprovda salvagwardji xierqa f’konformità mal-Artikolu 46 tal-GDPR tar-Renju Unit. Fin-nuqqas ta’ regolamenti ta’ adegwatezza jew ta’ salvagwardji xierqa, trasferiment jista’ jsir biss fuq il-bażi tad-derogi stabbiliti fl-Artikolu 49 tal-GDPR tar-Renju Unit.

(76)

Ir-regolamenti ta’ adegwatezza magħmula mis-Segretarju tal-Istat jistgħu jistipulaw li pajjiż terz (jew territorju jew settur f’pajjiż terz), organizzazzjoni internazzjonali, jew deskrizzjoni (72) ta’ tali pajjiż, territorju, settur, jew organizzazzjoni tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni ta’ data personali. Meta jivvaluta l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni, is-Segretarju tal-Istat jeħtieġlu jqis l-istess elementi eżatt li l-Kummissjoni hija meħtieġa tivvaluta skont l-Artikolu 45(2)(a)-(c) tar-Regolament (UE) 2016/679, interpretat flimkien mal-premessa 104 tar-Regolament (UE) 2016/679 u mal-ġurisprudenza tal-UE miżmuma. Dan ifisser li, meta jiġi vvalutat il-livell adegwat ta’ protezzjoni ta’ pajjiż terz, l-istandard rilevanti se jkun jekk dak il-pajjiż terz inkwistjoni jiggarantixxix livell ta’ protezzjoni “essenzjalment ekwivalenti” għal dak iggarantit fir-Renju Unit.

(77)

Fir-rigward tal-proċedura, ir-regolamenti ta’ adegwatezza huma soġġetti għar-rekwiżiti proċedurali “ġenerali” previsti fit-Taqsima 182 tad-DPA 2018. Skont din il-proċedura, is-Segretarju tal-Istat jeħtieġlu jikkonsulta lill-Kummissarju tal-Informazzjoni meta jipproponi li jiġu adottati regolamenti ta’ adegwatezza tar-Renju Unit (73). Ladarba jiġu adottati mis-Segretarju tal-Istat, dawk ir-regolamenti jitressqu quddiem il-Parlament u jiġu soġġetti għall-proċedura ta’ “riżoluzzjoni negattiva” li skont din iż-żewġ Kmamar tal-Parlament jistgħu jiskrutinizzaw ir-regolamenti u jkollhom il-kapaċità li jgħaddu mozzjoni li tannulla r-regolamenti fi ħdan perjodu ta’ 40 jum (74).

(78)

Skont it-Taqsima 17B(1) tad-DPA 2018, ir-regolamenti ta’ adegwatezza jridu jiġu rrieżaminati f’intervalli ta’ mhux aktar minn erba’ snin u s-Segretarju tal-Istat, fuq bażi kontinwa, jeħtieġlu jimmonitorja l-iżviluppi f’pajjiżi terzi u f’organizzazzjonijiet internazzjonali li jistgħu jaffettwaw id-deċiżjonijiet li jfassal regolamenti ta’ adegwatezza, jew li jħassar jew jirrevoka tali regolamenti. Meta s-Segretarju tal-Istat isir jaf li pajjiż jew organizzazzjoni speċifikata ma tibqax tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni ta’ data personali, huwa jeħtieġlu, sa fejn ikun meħtieġ, jemenda jew jirrevoka r-regolamenti u jidħol f’konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz jew mal-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata sabiex tirrimedja n-nuqqas ta’ livell adegwat ta’ protezzjoni. Dawn l-aspetti proċedurali jirriflettu wkoll ir-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolament (UE) 2016/679.

(79)

Fin-nuqqas ta’ regolamenti ta’ adegwatezza, jistgħu jsiru trasferimenti internazzjonali fejn il-kontrollur jew il-proċessur ikun ipprovda salvagwardji xierqa f’konformità mal-Artikolu 46 tal-GDPR tar-Renju Unit. Dawn is-salvagwardji huma simili għal dawk tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2016/679. Dawn jinkludu strumenti legalment vinkolanti u eżekwibbli bejn l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi, regoli korporattivi vinkolanti (75), klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data, kodiċijiet ta’ kondotta approvati, mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni approvati, u bl-awtorizzazzjoni mill-Kummissarju tal-Informazzjoni, klawżoli kuntrattwali bejn il-kontrolluri (jew il-proċessuri) jew arranġamenti amministrattivi bejn l-awtoritajiet pubbliċi. Madankollu, ir-regoli ġew immodifikati, minn perspettiva proċedurali, sabiex jaħdmu fi ħdan il-qafas tar-Renju Unit, b’mod partikolari l-klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data jistgħu jiġu adottati mis-Segretarju tal-Istat (it-Taqsima 17C) jew mill-Kummissarju tal-Informazzjoni (it-Taqsima 119A) f’konformità mad-DPA 2018.

(80)

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza jew ta’ salvagwardji xierqa, trasferiment jista’ jsir biss fuq il-bażi tad-derogi stabbiliti fl-Artikolu 49 tal-GDPR tar-Renju Unit (76). Il-GDPR tar-Renju Unit ma jintroduċi l-ebda tibdil materjali għad-derogi, meta mqabbel mar-regoli korrispondenti tar-Regolament (UE) 2016/679. Skont il-GDPR tar-Renju Unit, bħal skont ir-Regolament (UE) 2016/679, ċerti derogi jistgħu jiġu invokati biss jekk it-trasferiment ikun okkażjonali (77). Barra minn hekk, l-ICO, fil-gwida tiegħu dwar it-trasferimenti internazzjonali, jiċċara li: “Jenħtieġ li tuża dawn biss bħala “eċċezzjonijiet” veri mir-regola ġenerali li jenħtieġ li ma tagħmilx trasferiment ristrett sakemm ma jkunx kopert minn deċiżjoni ta’ adegwatezza jew ikun hemm salvagwardji xierqa fis-seħħ” (78). Fir-rigward ta’ trasferimenti li huma neċessarji għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku (Artikolu 49(1)(d)), is-Segretarju tal-Istat jista’ jagħmel regolamenti sabiex jispeċifika ċ-ċirkustanzi li fihom trasferiment ta’ data personali lejn pajjiż terz jew lejn organizzazzjoni internazzjonali ma jkunx neċessarju għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku. Barra minn hekk, is-Segretarju tal-Istat jista’ permezz ta’ regolamenti jirrestrinġi t-trasferiment ta’ kategorija ta’ data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali meta t-trasferiment ma jkunx jista’ jsir fuq il-bażi ta’ regolamenti ta’ adegwatezza, u s-Segretarju tal-Istat iqis li r-restrizzjoni tkun neċessarja għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku. S’issa għadhom ma ġewx adottati regolamenti bħal dawn.

(81)

Dan il-qafas għat-trasferimenti internazzjonali sar applikabbli fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni (79). Madankollu, il-paragrafu 4 tal-Iskeda 21 tad-DPA 2018 (introdott mir-Regolamenti dwar id-DPPEC) jipprovdi li sa mit-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, ċerti trasferimenti ta’ data personali jiġu ttrattati daqslikieku huma bbażati fuq regolamenti ta’ adegwatezza. Dawn it-trasferimenti jinkludu trasferimenti lejn Stat taż-ŻEE, it-territorju ta’ Ġibiltà, istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni stabbiliti minn, jew fuq il-bażi tat-Trattat tal-UE, u pajjiżi terzi li kienu s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-UE fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Konsegwentement, it-trasferimenti lejn dawn il-pajjiżi jistgħu jkomplu bħal qabel ma r-Renju Unit ħareġ mill-UE. Wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, is-Segretarju tal-Istat jeħtieġlu jwettaq rieżami ta’ dawn is-sejbiet ta’ adegwatezza fuq perjodu ta’ erba’ snin, jiġifieri sal-aħħar ta’ Diċembru 2024. Skont l-ispjegazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, għalkemm is-Segretarju tal-Istat jeħtieġ li jwettaq tali rieżami sal-aħħar ta’ Diċembru 2024, id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ma jinkludux dispożizzjoni “sunset” u d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali rilevanti mhux se jieqfu awtomatikament milli jkollhom effett jekk rieżami ma jkunx tlesta sal-aħħar ta’ Diċembru 2024.

(82)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-evoluzzjoni futura tar-reġim ta’ trasferimenti internazzjonali tar-Renju Unit – permezz tal-adozzjoni ta’ regolamenti ġodda dwar l-adegwatezza, il-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali jew l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi oħra ta’ trasferiment – il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni, tivvaluta jekk il-mekkaniżmi differenti ta’ trasferiment jintużawx b’mod li jiżgura l-kontinwità tal-protezzjoni, u, jekk ikun meħtieġ, tieħu miżuri xierqa biex tindirizza l-effetti negattivi possibbli għal tali kontinwità (ara l-premessi (278) sa (287)). Peress li l-UE u r-Renju Unit jikkondividu regoli simili dwar it-trasferimenti internazzjonali, huwa mistenni li d-diverġenza problematika tista’ tiġi evitata wkoll permezz tal-kooperazzjoni, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-esperjenza, inkluż bejn l-ICO u l-EDPB.

2.5.8   Responsabbiltà

(83)

Skont il-prinċipju tar-responsabbiltà, l-entitajiet li jipproċessaw id-data huma meħtieġa jistabbilixxu miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa sabiex jikkonformaw b’mod effettiv mal-obbligi tagħhom dwar il-protezzjoni tad-data u jkunu jistgħu juru tali konformità, b’mod partikolari lill-awtorità superviżorja kompetenti.

(84)

Il-prinċipju tar-responsabbiltà previst fir-Regolament (UE) 2016/679 inżamm fl-Artikolu 5(2) tal-GDPR tar-Renju Unit mingħajr tibdil materjali u l-istess japplika għall-Artikolu 24 dwar ir-responsabbiltà tal-kontrollur, għall-Artikolu 25 dwar il-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku u għall-Artikolu 30 dwar ir-rekords tal-attivitajiet ta’ pproċessar. Inżammu wkoll l-Artikoli 35 u 36 dwar il-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u l-konsultazzjoni minn qabel tal-awtorità superviżorja. L-Artikoli 37-39 tar-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-ħatra u l-kompiti tal-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data nżammu fil-GDPR tar-Renju Unit mingħajr tibdil materjali. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 40 u 42 tar-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-kodiċijiet ta’ kondotta u ċ-ċertifikazzjoni nżammu fil-GDPR tar-Renju Unit (80).

2.6   Sorveljanza u infurzar

2.6.1   Sorveljanza Indipendenti

(85)

Sabiex jiġi żgurat li livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data jkun iggarantit fil-prattika, jenħtieġ li tkun fis-seħħ awtorità superviżorja indipendenti inkarigata bis-setgħat li timmonitorja u tinforza l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. Jenħtieġ li din l-awtorità taġixxi b’indipendenza u b’imparzjalità sħiħa fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha.

(86)

Fir-Renju Unit, is-sorveljanza u l-infurzar tal-konformità mal-GDPR tar-Renju Unit u mad-DPA 2018 jitwettqu mill-Kummissarju tal-Informazzjoni. Il-Kummissarju tal-Informazzjoni huwa “Corporation Sole”: entità ġuridika separata kostitwita f’persuna unika. Il-Kummissarju tal-Informazzjoni huwa appoġġat f’ħidmietu minn uffiċċju. Fil-31 ta’ Marzu 2020, l-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni kellu 768 membru tal-persunal permanenti (81). Id-dipartiment sponsor tal-Kummissarju tal-Informazzjoni huwa d-Department for Digital, Culture, Media and Sport (82).

(87)

L-indipendenza tal-Kummissarju hija stabbilita b’mod espliċitu fl-Artikolu 52 tal-GDPR tar-Renju Unit li ma jagħmel l-ebda tibdil sostantiv għall-Artikolu 52(1)-(3) tal-GDPR. Il-Kummissarju jeħtieġlu jaġixxi b’indipendenza sħiħa fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u fl-eżerċitar tas-setgħat tiegħu f’konformità mal-GDPR tar-Renju Unit, jibqa’ ħieles minn influwenza esterna, kemm jekk diretta kif ukoll indiretta, fir-rigward ta’ dawk il-kompiti u s-setgħat, u la jfittex u lanqas ma jieħu struzzjonijiet mingħand xi ħadd. Il-Kummissarju jeħtieġlu jżomm ukoll lura minn kwalunkwe azzjoni inkompatibbli mad-dmirijiet tiegħu u ma għandux, waqt li jżomm il-kariga, jinvolvi ruħu f’xi okkupazzjoni inkompatibbli, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk le.

(88)

Il-kundizzjonijiet għall-ħatra u għat-tneħħija tal-Kummissarju tal-Informazzjoni huma stabbiliti fl-Iskeda 12 tad-DPA 2018. Il-Kummissarju tal-Informazzjoni jinħatar mill-Maestà Tagħha fuq rakkomandazzjoni mill-Gvern wara kompetizzjoni ġusta u miftuħa. Il-kandidat jeħtieġlu jkollu l-kwalifiki, il-ħiliet u l-kompetenza xierqa. F’konformità mal-Governance Code on Public Appointments (83), lista ta’ kandidati magħżula ssir minn bord ta’ valutazzjoni konsultattiv. Qabel ma s-Segretarju tal-Istat fid-Department for Digital, Culture, Media and Sport jiffinalizza d-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat Magħżul rilevanti tal-Parlament jeħtieġlu jwettaq skrutinju ta’ qabel il-ħatra. Il-pożizzjoni tal-Kumitat tiġi ppubblikata (84).

(89)

Il-Kummissarju tal-Informazzjoni jżomm il-kariga għal perjodu ta’ mhux aktar minn seba’ snin. Persuna ma tistax tinħatar bħala l-Kummissarju tal-Informazzjoni għal aktar minn darba. Il-Kummissarju tal-Informazzjoni jista’ jitneħħa mill-kariga mill-Maestà Tagħha wara Indirizz miż-żewġ Kmamar tal-Parlament (85). L-ebda talba għat-tneħħija tal-Kummissarju tal-Informazzjoni ma tista’ tiġi ppreżentata lil xi waħda mill-Kmamar tal-Parlament sakemm Ministru ma jkunx ippreżenta rapport li jiddikjara li huwa jkun aċċerta li l-Kummissarju tal-Informazzjoni jkun ħati ta’ mġiba ħażina serja u/jew li l-Kummissarju ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet ta’ Kummissarju (86).

(90)

Il-finanzjament tal-Kummissarju tal-Informazzjoni jiġi minn tliet sorsi: (i) l-imposti tal-protezzjoni tad-data mħallsa mill-kontrolluri li huma stabbiliti minn regolamenti tas-Segretarju tal-Istat (87) (id-Data Protection (Charges and Information) Regulations 2018), u jammontaw għal 85 % - 90 % tal-baġit annwali tal-Uffiċċju (88); (ii) għotja f’għajnuna mħallsa mill-Gvern lill-Kummissarju tal-Informazzjoni. Għotja f’għajnuna tintuża prinċipalment sabiex tiffinanzja l-kostijiet operatorji tal-Kummissarju tal-Informazzjoni fir-rigward ta’ kompiti relatati mal-protezzjoni tad-data (89); u (iii) tariffi mitluba għal servizzi (90). Bħalissa, ma tintalab l-ebda tariffa bħal din.

(91)

Il-funzjonijiet ġenerali tal-Kummissarju tal-Informazzjoni fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li japplika għalihom il-GDPR tar-Renju Unit, huma stabbiliti fl-Artikolu 57 tal-GDPR tar-Renju Unit, u jirriflettu mill-qrib ir-regoli korrispondenti tar-Regolament (UE) 2016/679. Il-funzjonijiet tiegħu jinkludu l-monitoraġġ u l-infurzar tal-GDPR tar-Renju Unit, il-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, it-trattament tal-ilmenti ppreżentati mis-suġġetti tad-data, it-twettiq ta’ investigazzjonijiet eċċ.. Barra minn hekk, it-Taqsima 115 tad-DPA 2018 tistabbilixxi funzjonijiet ġenerali oħrajn tal-Kummissarju, li jinkludu dmir ta’ għoti ta’ pariri lill-Parlament, lill-gvern u lil istituzzjonijiet u lil korpi oħrajn dwar miżuri leġiżlattivi u amministrattivi relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, u s-setgħa li jinħarġu, fuq inizjattiva proprja tal-Kummissarju jew fuq talba, opinjonijiet lill-Parlament, lill-gvern jew lil istituzzjonijiet u lil korpi oħrajn kif ukoll lill-pubbliku dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni ta’ data personali. Sabiex iżomm l-indipendenza tal-ġudikatura, il-Kummissarju tal-Informazzjoni ma huwiex awtorizzat jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali minn individwu li jaġixxi f’kapaċità ġudizzjarja, jew minn qorti jew minn tribunal li jaġixxi fil-kapaċità ġudizzjarja tiegħu. Madankollu, is-sorveljanza fuq il-ġudikatura hija żgurata minn korpi speċjalizzati (ara l-premessi (99) sa (103).

2.6.2   Infurzar, li jinkludi sanzjonijiet

(92)

Is-setgħat tal-Kummissarju tal-Informazzjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 58 tal-GDPR tar-Renju Unit, li ma jintroduċi l-ebda tibdil materjali fl-artikolu korrispondenti tar-Regolament (UE) 2016/679. Id-DPA 2018 jistabbilixxi regoli supplimentari dwar kif dawn is-setgħat jistgħu jiġu eżerċitati. B’mod partikolari, il-Kummissarju għandu s-setgħat li: (a) jordna lill-kontrollur u lill-proċessur (u f’ċerti ċirkustanzi lil kwalunkwe persuna oħra) sabiex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa billi jagħti avviż ta’ informazzjoni (“avviż ta’ informazzjoni”) (91); (b) iwettaq investigazzjonijiet u awditi billi jagħti avviż ta’ valutazzjoni, li jista’ jirrikjedi li l-kontrollur jew il-proċessur jippermetti lill-Kummissarju jidħol f’bini speċifikat, jispezzjona jew jeżamina dokumenti jew tagħmir, jintervista persuni li jipproċessaw data personali f’isem il-kontrollur, eċċ. (“avviż ta’ valutazzjoni”) (92); (c) jikseb aċċess b’mod ieħor għad-dokumenti, eċċ. tal-kontrolluri u tal-proċessuri u aċċess għall-bini tagħhom f’konformità mat-Taqsima 154 tad-DPA 2018 (“setgħat ta’ dħul u ta’ spezzjoni”); (d) jeżerċita setgħat korrettivi inkluż permezz ta’ twissijiet u ta’ ċanfiriet jew jagħti ordnijiet permezz ta’ avviż ta’ infurzar, li jirrikjedi li l-kontrolluri/il-proċessuri jieħdu jew joqogħdu lura milli jieħdu passi speċifikati, inkluż li l-kontrollur jew il-proċessur jiġi ordnat jagħmel kwalunkwe ħaġa speċifikata fl-Artikolu 58(2)(c)-(g) u (j) tal-GDPR tar-Renju Unit (“avviż ta’ infurzar”) (93); (e) u joħroġ multi amministrattivi fil-forma ta’ avviż ta’ penali (“avviż ta’ penali”) (94). Dan tal-aħħar jista’ jinħareġ ukoll f’każ li awtorità pubblika tkun naqset milli tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-GDPR tar-Renju Unit (95).

(93)

Il-Politika ta’ Azzjoni Regolatorja tal-ICO tistabbilixxi ċ-ċirkustanzi li fihom huwa joħroġ avviż ta’ informazzjoni, ta’ valutazzjoni, ta’ infurzar jew ta’ penali (96). Avviż ta’ infurzar mogħti bi tweġiba għal nuqqas minn kontrollur jew minn proċessur jista’ jimponi biss ir-rekwiżiti li l-Kummissarju jqis xierqa għall-fini ta’ rimedju tan-nuqqas. L-avviżi ta’ infurzar u ta’ penali jistgħu jinħarġu lil kontrollur jew lil proċessur fir-rigward ta’ ksur tal-Kapitolu II tal-GDPR tar-Renju Unit (prinċipji ta’ pproċessar), tal-Artikoli 12 -22 (drittijiet tas-suġġett tad-data), tal-Artikoli 25-39 (obbligi tal-kontrolluri u tal-proċessuri) u tal-Artikoli 44-49 (trasferimenti internazzjonali) tal-GDPR tar-Renju Unit. Jista’ jingħata wkoll avviż ta’ infurzar meta kontrollur ikun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżit li jħallas tariffa fir-regolamenti magħmula skont it-Taqsima 137 tad-DPA 2018. Barra minn hekk, korp ta’ monitoraġġ skont l-Artikolu 41 jew fornitur taċ-ċertifikazzjoni jista’ jingħata avviż ta’ infurzar jekk jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-GDPR tar-Renju Unit. Jista’ jingħata wkoll avviż ta’ penali lil persuna li ma tkunx ikkonformat ma’ avviż ta’ informazzjoni, ma’ avviż ta’ valutazzjoni jew ma’ avviż ta’ infurzar.

(94)

L-avviż ta’ penali jirrikjedi li l-persuna tħallas lill-Kummissarju tal-Informazzjoni ammont speċifikat fl-avviż. Fid-determinazzjoni ta’ jekk jingħatax avviż ta’ penali lil persuna u fid-determinazzjoni tal-ammont tal-penali, il-Kummissarju tal-Informazzjoni jeħtieġlu jqis il-kwistjonijiet elenkati fl-Artikolu 83(1) u (2) tal-GDPR tar-Renju Unit, li huma identiċi għar-regoli korrispondenti tar-Regolament (UE) 2016/679 (97). Skont l-Artikolu 83(4) u (5), l-ammonti massimi tal-multi amministrattivi f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi msemmija f’dawk id-dispożizzjonijiet huma £8 700 000 jew £17 500 000 rispettivament. Fil-każ ta’ impriża, il-Kummissarju tal-Informazzjoni jista’ jimponi wkoll multi bħala perċentwal tal-fatturat annwali globali, jekk ikun ogħla. Bħal fid-dispożizzjonijiet ekwivalenti tar-Regolament (UE) 2016/679, dawn l-ammonti huma stabbiliti għal 2 % u għal 4 % fl-Artikoli 83(4) u (5) rispettivament. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ avviż ta’ informazzjoni, ma’ avviż ta’ valutazzjoni jew ma’ avviż ta’ infurzar, l-ammont massimu tal-penali li jista’ jiġi impost minn avviż ta’ penali huwa l-ogħla bejn £17 500 000 jew, fil-każ ta’ impriża, 4 % tal-fatturat annwali globali.

(95)

Il-GDPR tar-Renju Unit flimkien mad-DPA 2018 saħħew ukoll setgħat oħrajn tal-Kummissarju tal-Informazzjoni. Pereżempju, il-Kummissarju issa jista’ jwettaq verifiki obbligatorji fir-rigward tal-kontrolluri u tal-proċessuri kollha permezz tal-użu ta’ avviżi ta’ valutazzjoni, filwaqt li skont il-leġiżlazzjoni preċedenti, id-Data Protection Act 1998, il-Kummissarju kellu din is-setgħa biss fir-rigward tal-gvern ċentrali u tal-organizzazzjonijiet tas-saħħa, oħrajn li għandhom jaqblu ma’ verifika.

(96)

Sa mill-introduzzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679, l-ICO jittratta madwar 40 000 ilment fis-sena minn suġġetti tad-data (98) u, barra minn hekk, iwettaq madwar 2000 investigazzjoni ex officio (99). Il-maġġoranza tal-ilmenti huma relatati mad-drittijiet ta’ aċċess għad-data u mal-iżvelar tagħha. Wara l-investigazzjonijiet tiegħu, il-Kummissarju qed jieħu miżuri ta’ infurzar f’firxa wiesgħa ta’ setturi. B’mod aktar speċifiku, skont l-aħħar rapport annwali tal-Kummissarju tal-Informazzjoni (2019-2020) (100), il-Kummissarju ħareġ 54 avviż ta’ informazzjoni, tmien avviżi ta’ valutazzjoni, seba' avviżi ta’ infurzar, erba' twissijiet, tmien prosekuzzjonijiet u 15-il multa matul il-perjodu ta’ rapportar (101).

(97)

Dan jinkludi diversi penali monetarji sinifikanti imposti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-DPA 2018. B’mod partikolari, f’Ottubru 2020, il-Kummissarju tal-Informazzjoni mmulta lil kumpanija linja tal-ajru Brittanika £ 20 miljun għal ksur ta’ data li affettwa aktar minn 400 000 klijent. Fl-aħħar ta’ Ottubru 2020, katina internazzjonali tal-lukandi ġiet immultata £ 18,4 miljun talli naqset milli żżomm id-data personali ta’ miljuni ta’ klijenti sigura u, f’Novembru 2020, fornitur tas-servizzi Brittaniku li jbigħ online biljetti tal-avvenimenti ġie mmultat £ 1,25 miljun talli naqas milli jipproteġi d-dettalji tal-ħlas tal-klijenti (102).

(98)

Minbarra s-setgħat ta’ infurzar tal-Kummissarju tal-Informazzjoni deskritti fil-premessa (92), ċerti tipi ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data jikkostitwixxu reati u, għalhekk, jistgħu jkunu soġġetti għal sanzjonijiet kriminali (it-Taqsima 196 tad-DPA 2018). Dan japplika, pereżempju, għall-kisba jew għall-iżvelar b’mod konxju jew imprudenti ta’ data personali mingħajr il-kunsens tal-kontrollur, għall-iżvelar ta’ data personali lil persuna oħra mingħajr il-kunsens tal-kontrollur (103), għall-identifikazzjoni mill-ġdid ta’ informazzjoni li tkun data personali deidentifikata mingħajr il-kunsens tal-kontrollur responsabbli għad-deidentifikazzjoni tad-data personali (104), għall-ostruzzjoni b’mod intenzjonali tas-setgħa tal-Kummissarju li jeżerċita s-setgħat tiegħu fir-rigward tal-ispezzjoni ta’ data personali f’konformità mal-obbligi internazzjonali (105), għal dikjarazzjonijiet foloz bi tweġiba għal avviż ta’ informazzjoni, jew għall-qerda ta’ informazzjoni b’rabta mal-avviżi ta’ informazzjoni u ta’ valutazzjoni (106).

2.6.3   Sorveljanza fuq il-ġudikatura

(99)

Is-sorveljanza tal-ipproċessar ta’ data personali mill-qrati u mill-ġudikatura hija maqsuma f’żewġ livelli. Meta detentur ta’ uffiċċju ġudizzjarju jew qorti ma tkunx qed taġixxi f’kapaċità ġudizzjarja, is-sorveljanza tiġi pprovduta mill-ICO. Meta l-kontrollur ikun qed jopera f’kapaċità ġudizzjarja, l-ICO ma jistax jeżerċita l-funzjonijiet ta’ sorveljanza tiegħu (107) u s-sorveljanza titwettaq minn korpi speċjali. Dan jirrifletti l-approċċ meħud fir-Regolament (UE) 2016/679 (l-Artikolu 55(3)).

(100)

B’mod partikolari, fit-tieni xenarju, għall-qrati tal-Ingilterra u ta’ Wales u għat-tribunali tal-Prim’Istanza u Superjuri tal-Ingilterra u ta’ Wales, tali sorveljanza tiġi pprovduta mill-Judicial Data Protection Panel (108). Barra minn hekk, il-Lord Chief Justice u s-Senior President of Tribunals ħarġu Avviż dwar il-Privatezza (109) li jistabbilixxi kif il-qrati fl-Ingilterra u f’Wales jipproċessaw data personali għal funzjoni ġudizzjarja. Inħareġ avviż simili mill-ġudikaturi tal-Irlanda ta’ Fuq (110) u tal-Iskozja (111).

(101)

Barra minn hekk, fl-Irlanda ta’ Fuq, il-Lord Chief Justice of Northern Ireland ħatar imħallef tal-High Court bħala Data Supervisory Judge (DSJ) (112). Huwa ħareġ ukoll gwida għall-Ġudikatura tal-Irlanda ta’ Fuq dwar x’għandu jsir fil-każ ta’ telf jew ta’ telf potenzjali ta’ data u l-proċess sabiex tiġi indirizzata kwalunkwe kwistjoni li tirriżulta minn dan (113).

(102)

Fl-Iskozja, il-Lord President ħatar Data Supervisory Judge sabiex jinvestiga kwalunkwe lment fuq il-bażi tal-protezzjoni tad-data. Dan huwa stabbilit skont ir-regoli dwar l-ilmenti ġudizzjarji li jirriflettu dawk stabbiliti għall-Ingilterra u għal Wales (114).

(103)

Fl-aħħar nett, fis-Supreme Court, wieħed mis-Supreme Court Justices huwa nnominat sabiex jissorvelja l-protezzjoni tad-data.

2.6.4   Rimedju

(104)

Sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni adegwata u b’mod partikolari l-infurzar tad-drittijiet individwali, is-suġġett tad-data jenħtieġ li jingħata rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv, inkluż indennizz.

(105)

L-ewwel, suġġett tad-data għandu d-dritt li jippreżenta lment lill-Kummissarju tal-Informazzjoni, jekk is-suġġett tad-data jqis li, b’rabta mad-data personali relatata miegħu, ikun seħħ ksur tal-GDPR tar-Renju Unit (115). Il-GDPR tar-Renju Unit iżomm ir-regoli fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2016/679 dwar dak id-dritt mingħajr modifika materjali. L-istess japplika għall-Artikolu 57(1)(f) u (2) li jistabbilixxi l-kompiti tal-Kummissarju fir-rigward tat-trattament tal-ilmenti. Kif deskritt fil-premessi (92) sa (98) above, il-Kummissarju tal-Informazzjoni għandu s-setgħa li jivvaluta l-konformità tal-kontrollur u tal-proċessur mal-GDPR tar-Renju Unit u mad-DPA 2018, jeħtieġu jieħu jew iżomm lura milli jieħu l-passi meħtieġa f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità u jimponi multi.

(106)

It-tieni, il-GDPR tar-Renju Unit u d-DPA 2018 jipprovdu d-dritt għal rimedju kontra l-Kummissarju tal-Informazzjoni. Skont l-Artikolu 78(1) tal-GDPR tar-Renju Unit, individwu għandu dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra deċiżjoni legalment vinkolanti tal-Kummissarju li tikkonċernah. Fil-kuntest tal-istħarriġ ġudizzjarju, l-imħallef jeżamina d-deċiżjoni li tiġi kkontestata fit-talba, u jqis jekk il-Kummissarju tal-Informazzjoni aġixxiex b’mod legali. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 78(2) tal-GDPR tar-Renju Unit, jekk il-Kummissarju jonqos milli jittratta b’mod xieraq ilment magħmul mis-suġġett tad-data(116) l-ilmentatur ikollu aċċess għal rimedju ġudizzjarju. Dan jista’ jitlob lil Tribunal tal-Prim’Istanza jordna lill-Kummissarju jieħu l-passi xierqa sabiex iwieġeb għall-ilment, jew sabiex jinforma lill-ilmentatur dwar il-progress fl-ilment (117). Barra minn hekk, kwalunkwe persuna li tiġi nnotifikata wieħed mill-avviżi msemmija hawn fuq (avviż ta’ informazzjoni, ta’ valutazzjoni, ta’ infurzar jew ta’ penali) mill-Kummissarju tista’ tappella quddiem Tribunal tal-Prim’Istanza (118). Jekk it-Tribunal iqis li d-deċiżjoni tal-Kummissarju ma hijiex konformi mal-liġi jew li l-Kummissarju tal-Informazzjoni missu eżerċita d-diskrezzjoni tiegħu b’mod differenti, it-Tribunal jeħtieġlu jippermetti l-appell, jew jissostitwixxi avviż jew deċiżjoni oħra li l-Kummissarju tal-Informazzjoni seta’ ta jew għamel.

(107)

It-tielet, l-individwi jistgħu jiksbu rimedju ġudizzjarju kontra kontrolluri u proċessuri direttament quddiem il-qrati skont l-Artikolu 79 tal-GDPR tar-Renju Unit u t-Taqsima 167 tad-DPA 2018. Jekk, fuq applikazzjoni minn suġġett tad-data, qorti tkun sodisfatta li seħħ ksur tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, il-qorti tista’ tordna lill-kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar, jew lil proċessur li jaġixxi f’isem dak il-kontrollur, sabiex jieħu passi speċifikati fl-ordni jew li jżomm lura milli jieħu passi speċifikati fl-ordni.

(108)

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 82 tal-GDPR tar-Renju Unit u t-Taqsima 168 tad-DPA 2018, kwalunkwe persuna li ġġarrab danni materjali jew mhux materjali bħala riżultat ta’ ksur tal-GDPR tar-Renju Unit għandha d-dritt li tirċievi kumpens mingħand il-kontrollur jew il-proċessur għad-dannu mġarrab. Ir-regoli dwar il-kumpens u r-responsabbiltà fl-Artikolu 82(1) – (5) tal-GDPR tar-Renju Unit huma identiċi għar-regoli korrispondenti fir-Regolament (UE) 2016/679. Skont it-Taqsima 168 tad-DPA 2018, danni mhux materjali jinkludu t-tbatija wkoll. Skont l-Artikolu 80 tal-GDPR tar-Renju Unit is-suġġett tad-data għandu wkoll dritt li jagħti mandat lil korp jew lil organizzazzjoni rappreżentattiva sabiex tippreżenta l-ilment lill-Kummissarju f’ismu (skont l-Artikolu 77 tal-GDPR tar-Renju Unit) u li teżerċita d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 78 (dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra l-Kummissarju), 79 (dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra kontrollur jew proċessur) u 82 (dritt għal kumpens u responsabbiltà) tal-GDPR tar-Renju Unit f’ismu.

(109)

Ir-raba’, u minbarra l-mezzi għar-rimedju deskritti hawn fuq, kwalunkwe persuna li tqis li d-drittijiet tagħha, li jinkludu d-drittijiet għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data, inkisru minn awtoritajiet pubbliċi, tista’ tikseb rimedju quddiem il-qrati tar-Renju Unit skont il-Human Rights Act 1998 (119). Individwu li jiddikjara li awtorità pubblika aġixxiet (jew tipproponi li taġixxi) b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dritt tal-Konvenzjoni, u konsegwentement illegali skont it-Taqsima 6(1) tal-Human Rights Act 1998, jista’ jiftaħ proċedimenti kontra l-awtorità quddiem il-qorti jew it-tribunal xieraq, jew jibbaża fuq id-drittijiet ikkonċernati fi kwalunkwe proċediment legali, meta jkun vittma tal-att illegali.

(110)

Jekk il-qorti ssib li xi att ta’ awtorità pubblika jkun illegali, hija tista’ tagħti tali kumpens jew rimedju, jew tagħmel tali ordni, fis-setgħat tagħha kif tqis li jkun ġust u xieraq (120). Il-qorti tista’ tiddikjara wkoll li dispożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni primarja tkun inkompatibbli ma’ dritt tal-Konvenzjoni.

(111)

Fl-aħħar nett, wara li jeżawrixxi r-rimedji nazzjonali, individwu jista’ jikseb rimedju quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal ksur tad-drittijiet iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

3.   AĊĊESS U UŻU TA’ DATA PERSONALI TTRASFERITA MILL-UNJONI EWROPEA MINN AWTORITAJIET PUBBLIĊI FIR-RENJU UNIT

(112)

Il-Kummissjoni vvalutat ukoll il-qafas legali tar-Renju Unit għall-ġbir u għall-użu sussegwenti ta’ data personali ttrasferita lil operaturi tan-negozju fir-Renju Unit minn awtoritajiet pubbliċi tar-Renju Unit fl-interess pubbliku, b’mod partikolari għal finijiet ta’ infurzar tad-dritt penali u tas-sigurtà nazzjonali (minn hawn ’il quddiem imsejħa “aċċess tal-gvern”). Fil-valutazzjoni ta’ jekk il-kundizzjonijiet li fihm l-aċċess tal-gvern għad-data ttrasferita lir-Renju Unit skont din id-Deċiżjoni jissodisfax it-test ta’ “ekwivalenza essenzjali” skont l-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Kummissjoni qieset b’mod partikolari l-kriterji li ġejjin.

(113)

L-ewwel nett, kwalunkwe limitazzjoni għad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali trid tkun prevista fil-liġi u l-bażi ġuridika li tippermetti l-interferenza ma’ tali dritt trid tiddefinixxi hija stess il-kamp ta’ applikazzjoni tal-limitazzjoni fuq l-eżerċizzju tad-dritt ikkonċernat (121).

(114)

It-tieni, sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tal-proporzjonalità, li skont dan id-derogi mill-protezzjoni ta’ data personali u l-limitazzjonijiet għaliha jridu japplikaw biss sa fejn ikunu strettament meħtieġa f’soċjetà demokratika sabiex jintlaħqu objettivi speċifiċi ta’ interess ġenerali ekwivalenti għal dawk rikonoxxuti mill-Unjoni, il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz inkwistjoni li tippermetti l-interferenza trid tistabbilixxi regoli ċari u preċiżi li jirregolaw il-kamp ta’ applikazzjoni u l-applikazzjoni tal-miżuri inkwistjoni u timponi salvagwardji minimi sabiex il-persuni li d-data tagħhom tkun ġiet ittrasferita jkollhom biżżejjed garanziji sabiex jipproteġu b’mod effettiv id-data personali tagħhom kontra r-riskju ta’ abbuż (122). B’mod partikolari, il-leġiżlazzjoni trid tindika f’liema ċirkustanzi u f’liema kundizzjonijiet tista’ tiġi adottata miżura li tipprovdi għall-ipproċessar ta’ tali data (123) kif ukoll soġġetta għall-issodisfar ta’ tali rekwiżiti għal sorveljanza indipendenti (124).

(115)

It-tielet, dik il-leġiżlazzjoni trid tkun legalment vinkolanti skont id-dritt domestiku u dawn ir-rekwiżiti legali ma jistgħux ikunu vinkolanti biss fuq l-awtoritajiet, iżda għandhom ukoll ikunu eżekwibbli quddiem il-qrati kontra l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni (125). B’mod partikolari, is-suġġetti tad-data jrid ikollhom il-possibbiltà li jieħdu azzjoni legali quddiem qorti indipendenti u imparzjali sabiex ikollhom aċċess għad-data personali tagħhom, jew sabiex jiksbu r-rettifika jew it-tħassir tat-tali data (126).

3.1   Qafas legali ġenerali

(116)

Bħala eżerċizzju ta’ setgħa minn awtorità pubblika, l-aċċess tal-gvern fir-Renju Unit irid jitwettaq b’rispett sħiħ tal-liġi. Ir-Renju Unit irratifika l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (ara l-premessa (9)) u l-awtoritajiet pubbliċi kollha fir-Renju Unit huma meħtieġa jaġixxu f’konformità mal-Konvenzjoni (127). L-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni jipprovdi li kwalunkwe interferenza mal-privatezza trid tkun f’konformità mal-liġi, fl-interessi ta’ wieħed mill-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2), u b’mod proporzjonat fid-dawl ta’ dak l-għan. L-Artikolu 8 jeħtieġ ukoll li l-interferenza tkun "prevedibbli", jiġifieri jkun hemm bażi ċara, aċċessibbli fil-liġi, u li l-liġi jkun fiha salvagwardji xierqa għall-prevenzjoni tal-abbuż.

(117)

Barra minn hekk, fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem speċifikat li jenħtieġ li kwalunkwe interferenza mad-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data tkun soġġetta għal sistema ta’ sorveljanza effettiva, indipendenti u imparzjali li trid tiġi stabbilita jew minn imħallef jew minn korp indipendenti ieħor (128) (eż. awtorità amministrattiva jew korp parlamentari).

(118)

Barra minn hekk, l-individwi jeħtiġilhom jiġu pprovduti b’rimedju effettiv, u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iċċarat li r-rimedju jrid jiġi offrut minn korp indipendenti u imparzjali li jkun adotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess, li jikkonsisti minn membri li jeħtieġ li jkollhom jew kellhom kariga ġudizzjarja għolja jew ikunu avukati tal-esperjenza, u li ma jista’ jkun hemm l-ebda oneru tal-evidenza li għandu jingħeleb sabiex tiġi ppreżentata talba quddiemu. Fit-twettiq tal-eżami tiegħu tal-ilmenti minn individwi, il-korp indipendenti u imparzjali jenħtieġ li jkollu aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha, inklużi materjali magħluqa. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li jkollu s-setgħat li jirrimedja n-nuqqas ta’ konformità (129).

(119)

Ir-Renju Unit irratifika wkoll il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali (Konvenzjoni 108), u ffirma l-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali (magħruf bħala l-Konvenzjoni 108+) fl-2018 (130). L-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni 108 jipprovdi li derogi mill-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data (Artikolu 5 Kwalità tad-data), ir-regoli li jirregolaw kategoriji speċjali ta’ data (Artikolu 6 Kategoriji speċjali ta’ data) u d-drittijiet tas-suġġett tad-data (Artikolu 8 Salvagwardji addizzjonali għas-suġġett tad-data) ikunu permissibbli biss meta tali deroga tkun prevista mid-dritt tal-Parti u tikkostitwixxi miżura neċessarja f’soċjetà demokratika fl-interessi tal-protezzjoni tas-sigurtà tal-Istat, tas-sigurtà pubblika, tal-interessi monetarji tal-Istat jew tas-soppressjoni ta’ reati kriminali, jew għall-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew tad-drittijiet u tal-libertajiet ta’ oħrajn (131).

(120)

Għalhekk, permezz tas-sħubija tal-Kunsill tal-Ewropa, l-aderenza għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u s-sottomissjoni għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ir-Renju Unit huwa soġġett għal numru ta’ obbligi, imnaqqxa fid-dritt internazzjonali, li jinkwadraw is-sistema tiegħu ta’ aċċess tal-gvern fuq il-bażi ta’ prinċipji, ta’ salvagwardji u ta’ drittijiet individwali simili għal dawk iggarantiti skont id-dritt tal-UE u applikabbli għall-Istati Membri. Għalhekk, kif enfasizzat fil-premessa (19), aderenza kontinwa għal tali strumenti hija element partikolarment importanti tal-valutazzjoni li fuqha hija bbażata din id-Deċiżjoni.

(121)

Barra minn hekk, salvagwardji u drittijiet speċifiċi tal-protezzjoni tad-data huma ggarantiti mid-DPA 2018 meta d-data tiġi pproċessata mill-awtoritajiet pubbliċi, inkluż mill-korpi tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà nazzjonali.

(122)

B’mod partikolari, ir-reġim għall-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tal-infurzar tad-dritt penali huwa stabbilit fil-Parti 3 tad-DPA 2018, li ġiet ippromulgata sabiex tittrasponi d-Direttiva (UE) 2016/680. Il-Parti 3 tad-DPA 2018 tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali minn awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tas-sejbien jew tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew tal-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inklużi s-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddidiet għas-sigurtà pubblika (132).

(123)

Il-kunċett ta’ “awtorità kompetenti” huwa definit fit-Taqsima 30 tad-DPA bħala persuna elenkata fl-Iskeda 7 tad-DPA 2018 kif ukoll kwalunkwe persuna oħra sal-punt li l-persuna għandha funzjonijiet statutorji għal kwalunkwe wieħed mill-iskopijiet tal-infurzar tal-liġi (133). Kif spjegat hawn taħt (ara l-premessa (139)), ċerti awtoritajiet kompetenti (pereżempju n-National Crime Agency) jistgħu jużaw, taħt ċerti kundizzjonijiet, is-setgħat ipprovduti mill-Investigatory Power Act 2016 (IPA 2016). F’dan il-każ, is-salvagwardji pprovduti mill-IPA 2016 se japplikaw flimkien ma’ dawk ipprovduti mill-Parti 3 tad-DPA 2018. Is-servizzi tal-intelligence (is-Servizz tal-Intelligence Sigriet, is-Servizz tas-Sigurtà u l-Kwartieri Ġenerali tal-Komunikazzjonijiet tal-Gvern) mhumiex “awtoritajiet kompetenti” (134) li jaqgħu taħt il-Parti 3 tad-DPA 2018 u, għalhekk, ir-regoli pprovduti fiha ma japplikaw għall-ebda waħda mill-attivitajiet tagħhom. Parti speċifika tad-DPA 2018 (Parti 4) hija ddedikata għall-ipproċessar ta’ data personali mis-servizzi ta’ intelligence (għal aktar dettalji ara l-premessa (125)).

(124)

B’mod simili għad-Direttiva (UE) 2016/680, il-Parti 3 tad-DPA 2018 tistabbilixxi l-prinċipji tal-legalità u tal-ġustizzja (135), tal-limitazzjoni tal-fini (136), tal-minimizzazzjoni tad-data (137), tal-preċiżjoni (138), tal-limitazzjoni tal-ħżin (139) u tas-sigurtà (140). Il-leġiżlazzjoni timponi obbligi speċifiċi ta’ trasparenza (141) u tipprovdi lill-individwi bi dritt ta’ aċċess (142), ta’ rettifika u ta’ tħassir (143) u bid-dritt li ma jkunux soġġetti għal teħid awtomatizzat ta’ deċiżjonijiet (144). L-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa wkoll jimplimentaw il-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku, iżommu rekords tal-attivitajiet ta’ pproċessar, u, għal ċerti operazzjonijiet ta’ pproċessar, iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u jikkonsultaw minn qabel lill-Kummissarju tal-Informazzjoni (145). Skont it-Taqsima 56 tad-DPA 2018, dawn huma meħtieġa juru l-konformità. Barra minn hekk, huma meħtieġa jistabbilixxu miżuri xierqa sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-ipproċessar (146) u huma soġġetti għal obbligi speċifiċi f’każ ta’ ksur ta’ data, inkluża n-notifika ta’ tali ksur lill-Kummissarju tal-Informazzjoni u lis-suġġetti tad-data (147). Kif inhu l-każ fid-Direttiva (UE) 2016/680, hemm ukoll rekwiżit għal kontrollur (sakemm ma jkunx qorti jew awtorità ġudizzjarja oħra li taġixxi f’kapaċità ġudizzjarja) li jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-data (UPD) (148) li jassisti lill-kontrollur fil-konformità mal-obbligi tiegħu kif ukoll fil-monitoraġġ ta’ dik il-konformità (149). Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni timponi rekwiżiti speċifiċi għat-trasferimenti internazzjonali ta’ data personali għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-protezzjoni (150). Fl-istess data bħal din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta’ adegwatezza fuq il-bażi tal-Artikolu 36(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680, li sabet li r-reġim ta’ protezzjoni tad-data applikabbli għall-ipproċessar mill-awtoritajiet tal-infurzar tad-dritt penali tar-Renju Unit jiżgura livell ta’ protezzjoni essenzjalment ekwivalenti għal dak iggarantit mid-Direttiva (UE) 2016/680.

(125)

Il-Parti 4 tad-DPA 2018 tapplika għall-ipproċessar kollu mis-servizzi tal-intelligence jew f’isimhom. B’mod partikolari, tistabbilixxi l-prinċipji ewlenin tal-protezzjoni tad-data (legalità, ġustizzja u trasparenza (151); limitazzjoni tal-iskop (152); minimizzazzjoni tad-data (153); preċiżjoni (154); limitazzjoni (155) u sigurtà (156) tal-ħżin), timponi kundizzjonijiet fuq l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data (157), tipprovdi għal drittijiet tas-suġġett tad-data (158), teħtieġ protezzjoni tad-data mid-disinn (159) u tirregola t-trasferimenti internazzjonali ta’ data personali (160). L-ICO reċentement ħarġet gwida dettaljata dwar l-ipproċessar mill-aġenziji tal-intelligence skont il-Parti 4 tad-DPA 2018 (161).

(126)

Fl-istess ħin, it-Taqsima 110 tad-DPA 2018 tipprovdi għal eżenzjoni minn dispożizzjonijiet speċifikati fil-Parti 4 tad-DPA 2018 (162) meta tali eżenzjoni tkun meħtieġa għas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali. Din l-eżenzjoni tista’ tiġi invokata fuq il-bażi ta’ analiżi każ b’każ (163). Kif spjegat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit u kkonfermat mill-ġurisprudenza, “kontrollur jeħtieġlu jqis il-konsegwenzi attwali għas-sigurtà jew għad-difiża nazzjonali li kieku jkollu jikkonforma mad-dispożizzjoni partikolari dwar il-protezzjoni tad-data, u jekk ikunx jista’ jikkonforma b’mod raġonevoli mar-regola tas-soltu mingħajr ma jaffettwa s-sigurtà jew id-difiża nazzjonali” (164). Jekk l-eżenzjoni ntużatx kif xieraq jew le huwa soġġett għas-sorveljanza tal-ICO (165).

(127)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-possibbiltà li tiġi ristretta għall-protezzjoni tas-“sigurtà nazzjonali”, l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet speċifikati hawn fuq, skont it-Taqsima 111 tad-DPA 2018, kontrollur jista’ japplika għal ċertifikat iffirmat minn Ministru tal-Kabinett jew mill-Avukat Ġenerali li jiċċertifika li restrizzjoni ta’ dawn id-drittijiet hija miżura neċessarja u proporzjonata għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali (166).

(128)

Il-gvern tar-Renju Unit ħareġ gwida sabiex jassisti lill-kontrolluri meta jikkunsidraw jekk japplikawx għal ċertifikat tas-sigurtà nazzjonali skont id-DPA 2018, li tenfasizza b’mod partikolari li kwalunkwe limitazzjoni għad-drittijiet tas-suġġetti tad-data għas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali trid tkun proporzjonata u meħtieġa (167). Iċ-ċertifikati tas-sigurtà nazzjonali kollha jridu jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-ICO (168).

(129)

Iċ-ċertifikat jenħtieġ li jkun għal durata fissa ta’ mhux aktar minn ħames snin, b’tali mod li jiġi rrieżaminat regolarment mill-Eżekuttiv (169). Ċertifikat għandu jidentifika d-data personali jew kategoriji ta’ data personali soġġetti għall-eżenzjoni kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-DPA 2018 li għalihom tapplika l-eżenzjoni (170).

(130)

Huwa importanti li wieħed jinnota li ċ-ċertifikati ta’ sigurtà nazzjonali ma jipprevedux raġuni addizzjonali għar-restrizzjoni tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali. Fi kliem ieħor, il-kontrollur jew il-proċessur jista’ jibbaża biss fuq ċertifikat meta jkun ikkonkluda li jkun meħtieġ li wieħed jibbaża fuq l-eżenzjoni tas-sigurtà nazzjonali li, kif spjegat aktar ’il fuq, trid tiġi applikata fuq bażi ta’ każ b’każ (171). Anki jekk ċertifikat tas-sigurtà nazzjonali jkun japplika għall-kwistjoni inkwistjoni, l-ICO jista’ jinvestiga jekk id-dipendenza fuq l-eżenzjoni mis-sigurtà nazzjonali kinitx iġġustifikata f’każ speċifiku (172).

(131)

Kwalunkwe persuna affettwata direttament mill-ħruġ taċ-ċertifikat tista’ tappella quddiem l-Upper Tribunal (173) kontra ċ-ċertifikat (174) jew, meta ċ-ċertifikat jidentifika data permezz ta’ deskrizzjoni ġenerali, tikkontesta l-applikazzjoni taċ-ċertifikat għal data speċifika (175). It-tribunal jistħarreġ id-deċiżjoni li jinħareġ ċertifikat u jiddeċiedi jekk kienx hemm motivazzjonijiet raġonevoli għall-ħruġ taċ-ċertifikat (176). Jista’ jikkunsidra firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet, inklużi n-neċessità, il-proporzjonalità u l-legalità, filwaqt li jqis l-impatt fuq id-drittijiet tas-suġġetti tad-data u jibbilanċja l-ħtieġa li tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà nazzjonali. B’riżultat ta’ dan, it-tribunal jista’ jiddetermina li ċ-ċertifikat ma japplikax għal data personali speċifika li hija s-suġġett tal-appell (177).

(132)

Sett differenti ta’ restrizzjonijiet possibbli jikkonċerna dawk li japplikaw, taħt l-Iskeda 11 tad-DPA 2018, għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Parti 4 tad-DPA 2018 (178) sabiex jissalvagwardjaw objettivi importanti oħrajn ta’ interess pubbliku ġenerali jew interessi protetti bħal, pereżempju, il-privileġġ parlamentari, il-privileġġ professjonali legali, it-tmexxija ta’ proċedimenti ġudizzjarji jew l-effettività tal-kombattiment tal-forzi armati (179). L-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija jew eżentata għal ċerti kategoriji ta’ informazzjoni (“fuq il-bażi tal-klassi”), jew eżentata fejn l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet x’aktarx li tippreġudika l-interess protett (“fuq il-bażi tal-preġudizzju”) (180). L-eżenzjonijiet ibbażati fuq il-preġudizzju jistgħu jiġu invokati biss sa fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni dwar il-protezzjoni tad-data elenkata x’aktarx li tippreġudika l-interess speċifiku inkwistjoni. Għalhekk, l-użu ta’ eżenzjoni dejjem irid ikun iġġustifikat billi ssir referenza għall-preġudizzju rilevanti li x’aktarx iseħħ fil-każ individwali. L-eżenzjonijiet fuq il-bażi tal-klassi jistgħu jiġu invokati biss fir-rigward tal-kategorija speċifika u ddefinita b’mod ristrett ta’ informazzjoni li għaliha tingħata l-eżenzjoni. Dawn huma simili fl-iskop u fl-effett għal diversi eċċezzjonijiet għall-GDPR tar-Renju Unit (taħt l-Iskeda 2 tad-DPA 2018) li, min-naħa tagħhom, jirriflettu dawk previsti fl-Artikolu 23 tal-GDPR.

(133)

Minn dan ta’ hawn fuq isegwi li l-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet huma fis-seħħ skont id-dispożizzjonijiet legali applikabbli tar-Renju Unit, kif interpretati wkoll mill-qrati u mill-Information Commission, sabiex jiġi żgurat li dawn l-eżenzjonijiet u r-restrizzjonijiet jibqgħu fil-limiti ta’ dak li jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali.

3.2   Aċċess u użu mill-awtoritajiet pubbliċi tar-Renju Unit għall-finijiet ta’ infurzar tad-dritt penali

(134)

Id-dritt tar-Renju Unit jimponi numru ta’ limitazzjonijiet fuq l-aċċess u fuq l-użu ta’ data personali għall-finijiet ta’ infurzar tad-dritt penali, u jipprovdi mekkaniżmi ta’ sorveljanza u ta’ rimedju f’dan il-qasam li huma konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-premessi (113) sa (115) ta’ din id-deċiżjoni. Il-kundizzjonijiet li fihom jista’ jseħħ dan l-aċċess u s-salvagwardji applikabbli għall-użu ta’ dawn is-setgħat huma vvalutati fid-dettall fit-taqsimiet li ġejjin.

3.2.1   Bażijiet ġuridiċi u limitazzjonijiet/salvagwardji applikabbli

(135)

Skont il-prinċipju tal-legalità ggarantit skont it-Taqsima 35 tad-DPA 2018, l-ipproċessar ta’ data personali għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet tal-infurzar tal-liġi jkun legali biss jekk ikun ibbażat fuq il-liġi u jew is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar għal dak il-fini (181) jew l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq għal dak il-fini minn awtorità kompetenti.

3.2.1.1   Mandati ta’ perkwiżizzjoni u ordnijiet ta’ produzzjoni

(136)

Fil-qafas legali tar-Renju Unit, il-ġbir ta’ data personali minn operaturi tan-negozju, li jinkludu dawk li jipproċessaw data ttrasferita mill-UE skont din id-deċiżjoni ta’ adegwatezza, għall-finijiet ta’ infurzar tad-dritt penali, huwa permissibbli fuq il-bażi ta’ mandati ta’ perkwiżizzjoni (182) u ta’ ordnijiet ta’ produzzjoni (183).

(137)

Il-mandati ta’ perkwiżizzjoni jinħarġu minn qorti, normalment wara talba ppreżentata mill-uffiċjal tal-investigazzjoni. Jippermettu lil uffiċjal jidħol f’bini sabiex ifittex materjal jew individwi rilevanti għall-investigazzjoni tiegħu u jżomm kwalunkwe ħaġa li għaliha tkun ġiet awtorizzata perkwiżizzjoni, inkluż kwalunkwe dokument jew materjal rilevanti li jkun fih data personali (184). Ordni ta’ produzzjoni, li jeħtieġ ukoll li tinħareġ minn qorti, teħtieġ li l-persuna speċifikata fiha tipproduċi jew tagħti aċċess għal materjal li jkun fil-pussess jew taħt il-kontroll tagħha. Ir-rikorrent jeħtieġlu jiġġustifika quddiem il-qorti għaliex il-mandat jew l-ordni hija neċessarja, kif ukoll għaliex hija fl-interess pubbliku. Hemm diversi setgħat statutorji li jippermettu l-ħruġ ta’ mandati ta’ perkwiżizzjoni u ta’ ordnijiet ta’ produzzjoni. Kull dispożizzjoni għandha s-sett ta’ kundizzjonijiet statutorji tagħha stess li jridu jiġu ssodisfati sabiex jinħareġ mandat (185) jew ordni ta’ produzzjoni (186).

(138)

L-ordnijiet ta’ produzzjoni u l-mandati ta’ perkwiżizzjoni jistgħu jiġu kkontestati permezz ta’ stħarriġ ġudizzjarju (187). F’termini ta’ salvagwardji, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Parti 3 tad-DPA 2018), jistgħu jaċċessaw biss data personali – li hija forma ta’ pproċessar – f’konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fid-DPA 2018 (ara l-premessi (122) u (124) above). Għalhekk, jenħtieġ li talba magħmula minn kwalunkwe awtorità tal-infurzar tal-liġi tkun f’konformità mal-prinċipju li skont dan l-għanijiet tal-ipproċessar iridu jkunu speċifikati, espliċiti u leġittimi (188) u li d-data personali pproċessata minn awtorità kompetenti trid tkun rilevanti għal dak l-għan u mhux eċċessiva (189).

3.2.1.2   Setgħat investigattivi għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi

(139)

Għall-fini tal-prevenzjoni jew id-detezzjoni ta’ delitti serji biss (190), ċerti awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, pereżempju l-Aġenzija Nazzjonali tal-Kriminalità jew il-Kap tal-Pulizija (191), jistgħu jużaw setgħat investigattivi mmirati taħt l-IPA tal-2016. F’dan il-każ, is-salvagwardji pprovduti mill-IPA 2016 se japplikaw flimkien ma’ dawk ipprovduti mill-Parti 3 tad-DPA 2018. Is-setgħat investigattivi speċifiċi li dawk l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jiddependu fuqhom huma: interċettazzjonijiet immirati (Parti 2 tal-IPA 2016), akkwist ta’ data ta’ komunikazzjoni (Parti 3 tal-IPA 2016), żamma ta’ data ta’ komunikazzjoni (Parti 4 tal-IPA 2016) u interferenza mmirata tat-tagħmir (Parti 5 tal-IPA 2016). L-interċettazzjoni tkopri l-kisba tal-kontenut ta’ komunikazzjoni (192) filwaqt li l-kisba u ż-żamma tad-data ta’ komunikazzjoni ma humiex immirati lejn il-kisba tal-kontenut tal-komunikazzjoni, iżda lejn il-“min”, il-“meta”, il-“fejn” u l-“kif” tal-komunikazzjoni. Din tkopri pereżempju l-ħin u d-durata ta’ komunikazzjoni, in-numru tat-telefown jew l-indirizz tal-posta elettronika tal-oriġinatur u tar-riċevitur tal-komunikazzjoni, u xi kultant il-post tal-apparati li minnhom tkun saret il-komunikazzjoni, l-abbonat għal servizz tat-telefown jew kont dettaljat (193). L-interferenza tat-tagħmir hija sett ta’ tekniki użati sabiex tinkiseb varjetà ta’ data mit-tagħmir, li jinkludi kompjuters, tablets u smart phones kif ukoll kejbils, wajers u apparati tal-ħżin (194).

(140)

Is-setgħat ta’ interċettazzjoni mmirata jistgħu jintużaw ukoll meta jkunu “neċessarji għall-fini li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta’ strument ta’ assistenza reċiproka tal-UE jew ftehim ta’ assistenza reċiproka internazzjonali” (l-hekk imsejjaħ “mandat ta’ assistenza reċiproka” (195)). Il-mandati ta’ assistenza reċiproka huma pprovduti biss fir-rigward tal-interċettazzjoni, u mhux tal-kisba ta’ data ta’ komunikazzjoni jew tal-interferenza tat-tagħmir. Dawn is-setgħat immirati huma regolati fl-Investigatory Powers Act 2016 (IPA 2016) (196), li, flimkien mar-Regulation of Investigatory Powers Act 2000 (RIPA) għall-Ingilterra, għal Wales u għall-Irlanda ta’ Fuq u mar-Regulation of Investigatory Powers (Scotland) Act 2000 (RIPSA) għall-Iskozja, jipprovdu l-bażi ġuridika u jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbli għall-użu tat-tali setgħat. L-IPA 2016 jipprovdi wkoll ir-reġim għall-użu ta’ setgħat investigattivi tal-massa, għalkemm dawn ma humiex disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (l-aġenziji tal-intelligence biss jistgħu jagħmlu użu minnhom) (197).

(141)

Sabiex jeżerċitaw dawn is-setgħat, l-awtoritajiet jeħtieġ li jiksbu mandat (198) maħruġ minn awtorità kompetenti (199), u approvat minn Kummissarju Ġudizzjarju indipendenti (200) (l-hekk imsejħa proċedura “double-lock”). Il-kisba ta’ tali mandat hija soġġetta għal test tan-neċessità u tal-proporzjonalità (201). Peress li dawn is-setgħat investigattivi mmirati pprovduti mill-IPA 2016 huma l-istess bħal dawk disponibbli għall-aġenziji tas-sigurtà nazzjonali, il-kundizzjonijiet, il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbli għal tali setgħat huma indirizzati fid-dettall fit-Taqsima dwar l-aċċess u l-użu ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi tar-Renju Unit għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali (ara l-premessi (177) u dawk segwenti).

3.2.2   Użu ulterjuri tal-informazzjoni miġbura

(142)

Il-kondiviżjoni tad-data minn awtorità tal-infurzar tal-liġi ma’ awtorità differenti għal finijiet oħrajn għajr dawk li għalihom tkun inġabret oriġinarjament (l-hekk imsejħa “kondiviżjoni ulterjuri”) hija soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet.

(143)

B’mod simili għal dak li huwa pprovdut fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2016/680, it-Taqsima 36(3) tad-DPA 2018 tippermetti li data personali miġbura minn awtorità kompetenti għal fini ta’ infurzar tal-liġi tista’ tiġi pproċessata b’mod ulterjuri (kemm jekk mill-kontrollur oriġinali kif ukoll minn kontrollur ieħor) għal kwalunkwe fini ieħor ta’ infurzar tal-liġi, dment li l-kontrollur ikun awtorizzat bil-liġi sabiex jipproċessa d-data għall-fini l-ieħor u l-ipproċessar ikun meħtieġ u proporzjonat għal dak l-għan (202). F’dan il-każ, is-salvagwardji kollha pprovduti mill-Parti 3 tad-DPA 2018, imsemmija fil-premessi (122) u (124) japplikaw għall-ipproċessar imwettaq mill-awtorità riċeventi.

(144)

Fl-ordinament ġuridiku tar-Renju Unit, liġijiet differenti jippermettu b’mod espliċitu l-kondiviżjoni ulterjuri bħal din. B’mod partikolari, (i) id-Digital Economy Act 2017 jippermetti l-kondiviżjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi għal diversi finijiet, pereżempju fil-każ ta’ kwalunkwe frodi kontra s-settur pubbliku li jinvolvi telf jew riskju ta’ telf għal awtoritajiet pubbliċi (203) jew f’każ ta’ dejn dovut lil awtorità pubblika jew lill-Kuruna (204); (ii) il-Crime and Courts Act 2013 li jippermetti l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni man-National Crime Agency (NCA) (205) għall-ġlieda, għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta’ kriminalità serja u organizzata; (iii) is-Serious Crime Act 2007 li jippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi jiżvelaw informazzjoni lill-organizzazzjonijiet ta’ kontra l-frodi għall-finijiet tal-prevenzjoni tal-frodi (206).

(145)

Dawn il-liġijiet jipprevedu b’mod espliċitu li l-kondiviżjoni tal-informazzjoni jenħtieġ li tkun f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-DPA 2018. Barra minn hekk, il-College of Policing ħareġ Prattika Professjonali Awtorizzata dwar il-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni (207) sabiex jgħin lill-pulizija tikkonforma mal-obbligi tagħha dwar il-protezzjoni tad-data skont il-GDPR tar-Renju Unit, id-DPA u l-Human Rights Act 1998. Naturalment, il-konformità tal-kondiviżjoni mal-qafas legali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data hija soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju (208).

(146)

Barra minn hekk, b’mod simili għal dak li huwa stabbilit fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/680, id-DPA 2018 tipprovdi li d-data personali miġbura għal kwalunkwe fini ta’ infurzar tal-liġi tista’ tiġi pproċessata għal fini li ma jkunx wieħed ta’ infurzar tal-liġi meta l-ipproċessar ikun awtorizzat bil-liġi (209).

(147)

Dan it-tip ta’ kondiviżjoni jkopri żewġ xenarji: 1) meta awtorità tal-infurzar tad-dritt penali taqsam data ma’ awtorità tal-infurzar mhux tad-dritt penali minbarra aġenzija tal-intelligence (bħal eż. awtorità finanzjarja jew tat-taxxa, awtorità tal-kompetizzjoni, uffiċċju tal-benessri taż-żgħażagħ, eċċ.); u 2) meta awtorità tal-infurzar tad-dritt penali taqsam data ma’ aġenzija tal-intelligence. Fl-ewwel xenarju, l-ipproċessar ta’ data personali jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-GDPR tar-Renju Unit kif ukoll fil-Parti 2 tad-DPA 2018. Il-Kummissjoni vvalutat is-salvagwardji pprovduti mill-GDPR tar-Renju Unit u mill-Parti 2 tad-DPA 2018 fil-premessi (12) sa (111) u waslet għall-konklużjoni li r-Renju Unit jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni għad-data personali ttrasferita fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 mill-Unjoni Ewropea għar-Renju Unit.

(148)

Fit-tieni xenarju, fir-rigward tal-kondiviżjoni tad-data miġbura minn awtorità tal-infurzar tad-dritt penali ma’ aġenzija tal-intelligence għall-finijiet tas-sigurtà nazzjonali, il-bażi ġuridika li tawtorizza tali kondiviżjoni hija t-Taqsima 19 tal-Counter Terrorism Act 2008 (CTA 2008) (210). Skont dan l-Att, kwalunkwe persuna tista’ tagħti informazzjoni lil kwalunkwe wieħed mis-servizzi tal-intelligence għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta’ dak is-servizz, inkluża s-“sigurtà nazzjonali”.

(149)

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom id-data tista’ tiġi kondiviża għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, l-Intelligence Services Act (211) u s-Security Service Act (212) jillimitaw il-kapaċità tas-servizzi tal-intelligence li jiksbu data għal dak li jkun meħtieġ sabiex jeżegwixxu l-funzjonijiet statutorji tagħhom. L-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, li jfittxu li jaqsmu data mas-servizzi tal-intelligence se jkollhom iqisu numru ta’ fatturi/limitazzjonijiet, minbarra l-funzjonijiet statutorji tal-aġenziji li huma stabbiliti fl-Intelligence Services Act u fis-Security Service Act (213). It-Taqsima 20 tas-CTA 2008 tagħmilha ċara li kwalunkwe kondiviżjoni tad-data skont it-Taqsima 19 xorta trid tikkonforma mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data; li jfisser li japplikaw il-limitazzjonijiet u r-rekwiżiti kollha fil-Parti 3 tad-DPA 2018. Barra minn hekk, peress li l-awtoritajiet kompetenti huma awtoritajiet pubbliċi għall-finijiet tal-Human Rights Act 1998, dawn jeħtiġilhom jiżguraw li jaġixxu f’konformità mad-drittijiet tal-Konvenzjoni, inkluż l-Artikolu 8 tal-KEDB. Dawn il-limiti jiżguraw li l-kondiviżjoni tad-data kollha bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u s-servizzi tal-intelligence tikkonforma mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u mal-KEDB.

(150)

Meta awtorità kompetenti jkollha l-ħsieb li tikkondividi data personali pproċessata skont il-Parti 3 tad-DPA 2018 ma’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta’ pajjiż terz, ikunu japplikaw rekwiżiti speċifiċi (214). B’mod partikolari, dawn it-trasferimenti jistgħu jseħħu meta jkunu bbażati fuq regolamenti ta’ adegwatezza magħmula mis-Segretarju tal-Istat jew, fin-nuqqas ta’ tali regolamenti, iridu jiġu żgurati salvagwardji xierqa. It-Taqsima 75 tad-DPA 2018 tipprovdi li jkun hemm fis-seħħ salvagwardji xierqa fejn ikunu stabbiliti minn strument legali li jorbot lir-riċevitur intiż, jew fejn il-kontrollur, wara li jkun ivvaluta ċ-ċirkustanzi kollha li jikkonċernaw it-trasferimenti ta’ dak it-tip ta’ data personali lill-pajjiż terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali, jikkonkludi li jkunu jeżistu salvagwardji xierqa li jipproteġu d-data.

(151)

Jekk trasferiment ma jkunx ibbażat fuq regolament ta’ adegwatezza jew fuq salvagwardji xierqa, dan jista’ jsir biss f’ċerti ċirkustanzi speċifikati, imsemmija bħala “ċirkustanzi speċjali” (215). Dan ikun il-każ meta t-trasferiment ikun meħtieġ: (a) sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna oħra; (b) sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data; (c) għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ stat membru jew ta’ pajjiż terz; (d) f’każijiet individwali għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet ta’ infurzar tal-liġi; jew (e) f’każijiet individwali għal fini legali (bħal fir-rigward ta’ proċedimenti ġudizzjarji jew sabiex jinkiseb parir legali). Jista’ jiġi nnotat li (d) u (e) ma japplikawx jekk id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jisbqu l-interess pubbliku fit-trasferiment. Dan is-sett ta’ ċirkustanzi jikkorrispondi għas-sitwazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet speċifiċi li jikkwalifikaw bħala “derogi” skont l-Artikolu 38 tad-Direttiva (UE) 2016/680.

(152)

Barra minn hekk, meta l-materjal miksub mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi skont mandat li jawtorizza l-użu ta’ interċettazzjoni jew ta’ interferenza ta’ tagħmir jingħadda lil pajjiż terz, l-IPA 2016 jimponi salvagwardji addizzjonali. B’mod partikolari, tali żvelar, iddefinit bħala “żvelar barra l-pajjiż, ikun permess biss jekk l-awtorità emittenti tqis li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti xierqa speċifiċi li jillimitaw in-numru ta’ persuni li lilhom tiġi żvelata d-data, il-punt sa fejn kwalunkwe materjal jiġi żvelat jew jitqiegħed għad-dispożizzjoni kif ukoll il-punt sa fejn kwalunkwe materjal jiġi kkupjat u n-numru ta’ kopji magħmula. Barra minn hekk, l-awtorità emittenti tista’ tqis li jkunu meħtieġa arranġamenti xierqa sabiex jiġi żgurat li kull kopja magħmula minn kwalunkwe parti ta’ dak il-materjal tinqered malli ma jkunx hemm aktar motivi rilevanti sabiex tinżamm (jekk ma tinqeridx qabel) (216).

(153)

Fl-aħħar nett, forom speċifiċi ta’ trasferimenti ulterjuri mir-Renju Unit lejn l-Istati Uniti jistgħu jseħħu fil-futur fuq il-bażi tal-“Agreement between the Government of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland and the Government of the United States of America on Access to Electronic Data for the Purpose of Countering Serious Crime” (il-“Ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Istati Uniti” jew il-“Ftehim”) (217), konkluż f’Ottubru 2019 (218). Filwaqt li l-Ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Istati Uniti għadu ma daħalx fis-seħħ [fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni], id-dħul fis-seħħ prevedibbli tiegħu jista’ jaffettwa t-trasferimenti ulterjuri lejn l-Istati Uniti ta’ data ttrasferita għall-ewwel darba lejn ir-Renju Unit fuq il-bażi tad-Deċiżjoni. B’mod aktar speċifiku, id-data ttrasferita mill-UE lill-fornituri ta’ servizzi fir-Renju Unit tista’ tkun soġġetta għal ordnijiet għall-produzzjoni ta’ evidenza elettronika maħruġa minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kompetenti tal-Istati Uniti u magħmula applikabbli fir-Renju Unit skont dan il-Ftehim ladarba jidħol fis-seħħ. Għal dawn ir-raġunijiet, il-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet u tas-salvagwardji li fihom jistgħu jinħarġu u jiġu eżegwiti tali ordnijiet hija rilevanti għal din id-Deċiżjoni.

(154)

F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi nnotat li, l-ewwel nett, fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni materjali tiegħu, il-Ftehim huwa applikabbli biss għal delitti li huma punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas tliet snin (iddefiniti bħala “delitt gravi”) (219), li jinkludu “attività terroristika”. It-tieni, id-data pproċessata fil-ġurisdizzjoni l-oħra tista’ tinkiseb skont dan il-Ftehim biss wara “Ordni […] soġġetta għal stħarriġ jew għal sorveljanza skont id-dritt domestiku tal-Parti Emittenti minn qorti, minn imħallef, minn maġistrat, jew minn awtorità indipendenti oħra qabel jew fil-proċedimenti dwar l-eżekuzzjoni tal-Ordni” (220). It-tielet, kwalunkwe ordni trid “tkun ibbażata fuq rekwiżiti għal ġustifikazzjoni raġonevoli bbażata fuq fatti li jistgħu jiġu artikolati u kredibbli, fuq il-partikolarità, fuq il-legalità, u fuq is-severità rigward l-imġiba li tkun qed tiġi investigata” (221) u “tkun immirata lejn kontijiet speċifiċi kif ukoll tidentifika persuna, kont, indirizz, jew apparat personali speċifiku, jew kwalunkwe identifikatur speċifiku ieħor” (222). Ir-raba’, id-data miksuba skont dan il-ftehim tibbenefika minn protezzjonijiet ekwivalenti għas-salvagwardji speċifiċi pprovduti mill-hekk imsejjaħ “Ftehim Komprensiv bejn l-UE u l-Istati Uniti” (223) – ftehim komprensiv dwar il-protezzjoni tad-data konkluż f’Diċembru 2016 mill-UE u mill-Istati Uniti u li jistabbilixxi s-salvagwardji u d-drittijiet applikabbli għat-trasferimenti ta’ data fil-Qasam ta’ kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi – li lkoll huma inkorporati f’dan il-Ftehim b’referenza fuq bażi mutatis mutandis sabiex b’mod partikolari titqies in-natura speċifika tat-trasferimenti (jiġifieri trasferimenti minn operaturi privati għal infurzar tal-liġi, aktar milli trasferimenti bejn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi) (224). Il-Ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Istati Uniti jipprovdi speċifikament li protezzjonijiet ekwivalenti għal dawk ipprovduti mill-Ftehim Komprensiv bejn l-UE u l-Istati Uniti se jiġu applikati “għall-informazzjoni personali kollha prodotta fl-eżekuzzjoni tal-Ordnijiet soġġetti għall-Ftehim sabiex jiġu prodotti protezzjonijiet ekwivalenti” (225).

(155)

Għalhekk, jenħtieġ li d-data ttrasferita lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti skont il-Ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Istati Uniti tibbenefika mill-protezzjonijiet ipprovduti minn strument tad-dritt tal-UE, bl-adattamenti meħtieġa sabiex tiġi riflessa n-natura tat-trasferimenti inkwistjoni. L-awtoritajiet tar-Renju Unit ikkonfermaw ukoll li l-protezzjonijiet tal-Ftehim Komprensiv se japplikaw għall-informazzjoni personali kollha prodotta jew ippreservata skont il-Ftehim, irrispettivament min-natura jew mit-tip ta’ korp li jagħmel it-talba (eż. awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kemm federali kif ukoll tal-Istati fl-Istati Uniti), b’tali mod li l-protezzjoni ekwivalenti trid tiġi pprovduta fil-każijiet kollha. Madankollu, l-awtoritajiet tar-Renju Unit spjegaw ukoll li d-dettalji tal-implimentazzjoni konkreta tas-salvagwardji għall-protezzjoni tad-data għadhom soġġetti għal diskussjonijiet bejn ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Fil-kuntest tat-taħditiet mas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea dwar din id-deċiżjoni, l-awtoritajiet tar-Renju Unit ikkonfermaw li se jħallu l-Ftehim jidħol fis-seħħ biss ladarba jkunu sodisfatti li l-implimentazzjoni tiegħu tikkonforma mal-obbligi legali pprovduti fih, inkluża ċ-ċarezza fir-rigward tal-konformità mal-istandards dwar il-protezzjoni tad-data għal kwalunkwe data mitluba skont dan il-Ftehim. Peress li d-dħul fis-seħħ possibbli tal-Ftehim jista’ jkollu impatt fuq il-livell ta’ protezzjoni vvalutat f’din id-Deċiżjoni, kwalunkwe informazzjoni u kjarifika futura dwar il-mod kif l-Istati Uniti se jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-Ftehim jenħtieġ li tiġi kkomunikata mir-Renju Unit lill-Kummissjoni Ewropea, hekk kif issir disponibbli u fi kwalunkwe każ qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, biex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq ta’ din id-deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) 2016/679. Se tingħata attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni u għall-adattament tal-protezzjoni tal-Ftehim Komprensiv għat-tip speċifiku ta’ trasferimenti koperti mill-Ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.

(156)

B’mod aktar ġenerali, kwalunkwe żvilupp rilevanti fir-rigward tad-dħul fis-seħħ u tal-applikazzjoni tal-Ftehim se jitqies kif xieraq fil-kuntest tal-monitoraġġ kontinwu ta’ din id-deċiżjoni, inkluż fir-rigward tal-konsegwenzi neċessarji li għandhom jitfasslu f’każ ta’ kwalunkwe indikazzjoni li livell ta’ protezzjoni essenzjalment ekwivalenti ma għadux żgurat.

3.2.3   Sorveljanza

(157)

Skont is-setgħat użati mill-awtoritajiet kompetenti meta jipproċessaw data personali għall-fini ta’ infurzar tal-liġi (kemm jekk skont id-DPA 2018 jew l-IPA 2016), korpi differenti jiżguraw is-sorveljanza fuq l-użu ta’ dawn is-setgħat. B’mod partikolari, il-Kummissarju tal-Informazzjoni jissorvelja l-ipproċessar ta’ data personali meta din tkun taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Parti 3 tad-DPA 2018 (226). Sorveljanza indipendenti u ġudizzjarja dwar l-użu tas-setgħat investigattivi skont l-IPA 2016 hija żgurata mill-Investigatory Powers Commissioner’s Office (IPCO) (227) (din il-parti hija indirizzata fil-premessi (250) sa (255)). Barra minn hekk, sorveljanza addizzjonali hija ggarantita mill-Parlament kif ukoll minn korpi oħrajn.

3.2.3.1   Sorveljanza fuq il-Parti 3 tad-DPA 2018

(158)

Il-funzjonijiet ġenerali tal-Kummissarju tal-Informazzjoni – li l-indipendenza u l-organizzazzjoni tiegħu huma spjegati fil-premessa (87) – fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Parti 3 tad-DPA 2018 huma stabbiliti fl-Iskeda 13 tad-DPA 2018. Il-kompitu ewlieni tal-ICO huwa li jissorvelja u jinforza l-Parti 3 tad-DPA 2018 kif ukoll li jippromwovi s-sensibilizzazzjoni pubblika, jagħti pariri lill-Parlament, lill-gvern u lil istituzzjonijiet u lil korpi oħrajn. Sabiex iżomm l-indipendenza tal-ġudikatura, il-Kummissarju tal-Informazzjoni ma huwiex awtorizzat jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali minn individwu li jaġixxi f’kapaċità ġudizzjarja, jew minn qorti jew minn tribunal li jaġixxi fil-kapaċità ġudizzjarja tiegħu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, korpi oħrajn jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ sorveljanza, kif spjegat fil-premessi (99) sa (103).

(159)

Il-Kummissarju għandu setgħat investigattivi, korrettivi, ta’ awtorizzazzjoni u konsultattivi ġenerali fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li għaliha tapplika l-Parti 3. B’mod partikolari, il-Kummissarju għandu s-setgħat li jinnotifika lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar ksur allegat tal-Parti 3 tad-DPA 2018, li joħroġ twissijiet jew ċanfiriet lil kontrollur jew lil proċessur li jkun kiser id-dispożizzjonijiet tal-Parti 3 tal-Att, kif ukoll li joħroġ fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba, opinjonijiet lill-Parlament, lill-gvern jew lil istituzzjonijiet u lil korpi oħrajn kif ukoll lill-pubbliku dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni ta’ data personali (228).

(160)

Barra minn hekk, il-Kummissarju għandu s-setgħat li joħroġ avviżi ta’ informazzjoni (229), avviżi ta’ valutazzjoni (230) u avviżi ta’ infurzar kif (231) ukoll is-setgħa li jaċċessa dokumenti ta’ kontrolluri u ta’ proċessuri, jaċċessa l-bini tagħhom (232) u joħroġ multi amministrattivi fil-forma ta’ avviżi ta’ penali (233). Il-Politika ta’ Azzjoni Regolatorja tal-ICO tistabbilixxi ċ-ċirkustanzi li fihom joħroġ rispettivament avviżi ta’ informazzjoni, ta’ valutazzjoni, ta’ infurzar u ta’ penali (234) (ara wkoll il-premessa (93) u l-premessi 101-102 dwar id-deċiżjoni ta’ adegwatezza tad-Direttiva (UE) 2016/680).

(161)

Skont l-aħħar rapporti annwali tiegħu (2018–2019 (235), 2019-2020 (236)), il-Kummissarju tal-Informazzjoni wettaq numru ta’ investigazzjonijiet u ħa miżuri ta’ infurzar fir-rigward tal-ipproċessar tad-data minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Pereżempju, il-Kummissarju wettaq investigazzjoni u ppubblika opinjoni f’Ottubru 2019 dwar l-użu għall-infurzar tal-liġi tat-teknoloġija tar-rikonoxximent tal-wiċċ f’postijiet pubbliċi. L-investigazzjoni ffokat b’mod partikolari fuq l-użu ta’ kapaċitajiet ta’ rikonoxximent tal-wiċċ minn filmati diretti mill-Pulizija ta’ South Wales u mill-Metropolitan Police Service (MPS). Il-Kummissarju tal-Informazzjoni investiga wkoll l-MPS “Gangs matrix” (237) u sab firxa ta’ ksur serju tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data li x’aktarx kien se jdgħajjef il-fiduċja pubblika fil-matriċi u f’kif kienet qed tintuża d-data. F’Novembru 2018, il-Kummissarju tal-Informazzjoni ħareġ avviż ta’ infurzar u sussegwentement l-MPS ħa l-passi meħtieġa sabiex iżid is-sigurtà u r-responsabbiltà u bl-għan li jiżgura li d-data kienet qed tintuża b’mod proporzjonat. Eżempju ieħor ta’ azzjoni ta’ infurzar f’dan il-qasam huwa l-multa ta’ £325 000 maħruġa mill-Kummissarju f’Mejju 2018 kontra l-Crown Prosecution Service (uffiċċju tal-prosekutur), għat-telf ta’ DVDs mhux kriptati li fihom reġistrazzjonijiet ta’ interrogazzjonijiet tal-pulizija. Il-Kummissarju tal-Informazzjoni wettaq ukoll investigazzjonijiet dwar suġġetti usa’, pereżempju fl-ewwel nofs tal-2020 dwar l-użu tal-Estrazzjoni mit-Telefowns Ċellulari għal Finijiet tal-Pulizija u l-ipproċessar ta’ data tal-vittmi mill-pulizija. Barra minn hekk, il-Kummissarju bħalissa qed jinvestiga każ li jinvolvi l-aċċess tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għad-data miżmuma minn entità tas-settur privat, Clearview AI Inc (238).

(162)

Minbarra s-setgħat ta’ infurzar tal-Kummissarju tal-Informazzjoni msemmija fil-premessi ((160) u (161)), ċerti tipi ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data jikkostitwixxu reati u, għalhekk, jistgħu jkunu soġġetti għal sanzjonijiet kriminali (it-Taqsima 196 tad-DPA 2018). Dan japplika, pereżempju, għall-kisba, għall-iżvelar jew għaż-żamma ta’ data personali mingħajr il-kunsens tal-kontrollur u għall-akkwist tal-iżvelar ta’ data personali lil persuna oħra mingħajr il-kunsens tal-kontrollur (239)’; l-identifikazzjoni mill-ġdid ta’ informazzjoni li tkun data personali deidentifikata mingħajr il-kunsens tal-kontrollur responsabbli għad-deidentifikazzjoni tad-data personali (240); l-ostakolar b’mod intenzjonali lill-Kummissarju mill-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu fir-rigward tal-ispezzjoni ta’ data personali f’konformità mal-obbligi internazzjonali (241), il-ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet foloz bħala tweġiba għal avviż ta’ informazzjoni, jew il-qerda ta’ informazzjoni b’rabta ma’ avviżi ta’ informazzjoni u ta’ valutazzjoni (242).

3.2.3.2   Korpi oħrajn ta’ sorveljanza fil-qasam tal-infurzar tad-dritt penali

(163)

Minbarra l-Kummissarju tal-Informazzjoni, hemm diversi korpi ta’ sorveljanza fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali b’mandati speċifiċi rilevanti għal kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data. Dan jinkludi, pereżempju, il-Kummissarju għaż-Żamma u għall-Użu ta’ Materjal Bijometriku (“il-Kummissarju tal-Bijometrija”) (243) u l-Kummissarju għall-Kameras ta’ Sorveljanza (244).

3.2.3.3   Sorveljanza Parlamentari fil-qasam tal-infurzar tad-dritt penali

(164)

Il-Home Affairs Select Committee (HASC) jiżgura sorveljanza parlamentari fil-qasam tal-infurzar tal-liġi. Dan il-Kumitat jikkonsisti fi 11-il Membru tal-Parlament, meħuda mill-akbar tliet partiti politiċi. Il-Kumitat għandu l-kompitu li jeżamina n-nefqa, l-amministrazzjoni u l-politika tal-Home Office u tal-korpi pubbliċi assoċjati, jiġifieri inklużi l-pulizija u l-NCA – li l-ħidma tagħhom il-Kumitat jista’ jiskrutinizza b’mod speċifiku (245).

(165)

Il-Kumitat jista’, fil-limiti tal-mandat tiegħu, jagħżel is-suġġett tal-inkjesta tiegħu stess, inklużi każijiet speċifiċi, dment li l-kwistjoni ma tkunx sub judice. Il-Kumitat jista’ jfittex ukoll evidenza bil-miktub u bil-fomm minn firxa wiesgħa ta’ gruppi u ta’ individwi rilevanti. Huwa jipproduċi rapporti dwar is-sejbiet tiegħu u joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Gvern (246). Il-Gvern huwa mistenni li jwieġeb għal kull waħda mir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport u jeħtieġlu jwieġeb fi żmien 60 jum (247).

(166)

Fil-qasam tas-sorveljanza, il-Kumitat ipproduċa wkoll rapport dwar ir-Regulation of Investigatory Powers Act 2000 (RIPA 2000) (248), li sab li l-RIPA 2000 ma kienx adattat għall-iskop tiegħu. Ir-rapport tiegħu ġie kkunsidrat matul is-sostituzzjoni ta’ partijiet sinifikanti tal-RIPA 2000 mal-IPA 2016. Lista sħiħa ta’ inkjesti tista’ tinstab fuq is-sit web tal-Kumitat (249).

(167)

Il-kompiti tal-HASC jitwettqu fl-Iskozja mill-Justice Subcommittee on Policing u fl-Irlanda ta’ Fuq mill-Committee for Justice (250).

3.2.4   Rimedju

(168)

Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, il-mekkaniżmi ta’ rimedju huma disponibbli fil-Parti 3 tad-DPA 2018 u fl-IPA 2016, kif ukoll fil-Human Rights Act 1998.

(169)

Din is-serje ta’ mekkaniżmi tipprovdi lis-suġġetti tad-data b’mezzi amministrattivi u ġudizzjarji effettivi ta’ rimedju, li jippermettulhom b’mod partikolari jiżguraw id-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt li jkollhom aċċess għad-data personali tagħhom, jew li jiksbu r-rettifika jew it-tħassir ta’ tali data.

(170)

L-ewwel, skont it-Taqsima 165 tad-DPA 2018, suġġett tad-data għandu d-dritt li jippreżenta lment lill-Kummissarju tal-Informazzjoni jekk is-suġġett tad-data jqis li, b’rabta mad-data personali relatata miegħu, ikun seħħ ksur tal-Parti 3 tad-DPA 2018 (251). Il-Kummissarju tal-Informazzjoni għandu s-setgħa li jivvaluta l-konformità tal-kontrollur u tal-proċessur mad-DPA 2018, jeħtieġhom jieħdu l-passi meħtieġa f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità u jimponi multi.

(171)

It-tieni, id-DPA 2018 jipprovdi d-dritt għal rimedju kontra l-Kummissarju tal-Informazzjoni jekk jonqos milli jittratta b’mod xieraq ilment imressaq mis-suġġett tad-data. B’mod aktar speċifiku, jekk il-Kummissarju jonqos milli “jagħmel progress” (252) f’ilment magħmul mis-suġġett tad-data, l-ilmentatur ikollu aċċess għal rimedju ġudizzjarju, peress li jista’ jitlob lil Tribunal tal-Prim’Istanza (253) jordna lill-Kummissarju jieħu l-passi xierqa sabiex iwieġeb għall-ilment, jew jinforma lill-ilmentatur bil-progress fl-ilment (254). Barra minn hekk, kwalunkwe persuna li tingħata xi wieħed mill-avviżi msemmija (avviż ta’ informazzjoni, ta’ valutazzjoni, ta’ infurzar jew ta’ penali) mill-Kummissarju tista’ tappella quddiem Tribunal tal-Prim’Istanza. Jekk it-Tribunal iqis li d-deċiżjoni tal-Kummissarju ma hijiex konformi mal-liġi jew li l-Kummissarju tal-Informazzjoni missu eżerċita d-diskrezzjoni tiegħu b’mod differenti, it-Tribunal jeħtieġlu jippermetti l-appell, jew jissostitwixxi avviż jew deċiżjoni oħra li l-Kummissarju tal-Informazzjoni seta’ ta jew għamel (255).

(172)

It-tielet, l-individwi jistgħu jiksbu rimedju ġudizzjarju kontra kontrolluri u proċessuri direttament quddiem il-qrati. B’mod partikolari, skont it-Taqsima 167 tad-DPA 2018, suġġett tad-data jista’ jippreżenta talba quddiem il-qorti għal ksur tad-dritt tiegħu skont il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-qorti tista’, permezz ta’ ordni, titlob lill-kontrollur jieħu (jew iżomm lura milli jieħu) kwalunkwe pass fir-rigward tal-ipproċessar għall-konformità mad-DPA 2018. Barra minn hekk, skont it-Taqsima 169 tad-DPA 2018, kwalunkwe persuna li ssofri dannu minħabba ksur ta’ rekwiżit tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data (inkluża l-Parti 3 tad-DPA 2018), minbarra l-GDPR tar-Renju Unit, hija intitolata għal kumpens għal dak id-dannu mill-kontrollur jew mill-proċessur, ħlief jekk il-kontrollur jew il-proċessur jagħti prova li l-kontrollur jew il-proċessur bl-ebda mod ma jkun responsabbli għall-avveniment li jwassal għad-dannu. Id-dannu jinkludi kemm telf finanzjarju kif ukoll dannu li ma jinvolvux telf finanzjarju, bħal tbatija.

(173)

Fl-aħħar nett, kwalunkwe persuna, sa fejn tqis li d-drittijiet tagħha, li jinkludu d-drittijiet għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data, inkisru minn kwalunkwe awtorità pubblika, tista’ tikseb rimedju quddiem il-qrati tar-Renju Unit skont il-Human Rights Act 1998 (256), u, wara li tkun eżawrixxiet ir-rimedji nazzjonali, persuna, organizzazzjoni mhux governattiva u gruppi ta’ individwi jistgħu jiksbu rimedju quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal ksur tad-drittijiet iggarantiti skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (257) (ara fil-premessa (111)).

3.2.4.1   Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli skont l-IPA 2016

(174)

L-individwi jistgħu jiksbu rimedju għal ksur tal-IPA 2016 quddiem l-Investigatory Powers Tribunal. Il-mogħdijiet ta’ rimedju disponibbli skont l-IPA 2016 huma deskritti fil-premessi (263) sa (269) below.

3.3   Aċċess u użu mill-awtoritajiet pubbliċi tar-Renju Unit għall-finijiet tas-sigurtà nazzjonali

(175)

Fl-ordinament ġuridiku tar-Renju Unit, is-servizzi tal-intelligence li għandhom is-setgħa li jiġbru informazzjoni elettronika miżmuma minn kontrolluri jew minn proċessuri għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali, f’sitwazzjonijiet li huma rilevanti għal xenarju ta’ adegwatezza, huma s-Security Service (258) (MI5), is-Secret Intelligence Service (259) (SIS) u l-Government Communications Headquarters (260) (GCHQ) (261).

3.3.1   Bażijiet ġuridiċi, limitazzjonijiet u salvagwardji

(176)

Fir-Renju Unit, is-setgħat tal-aġenziji tal-intelligence huma stabbiliti fl-IPA 2016 u l-RIPA 2000, li, flimkien mad-DPA 2018, jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni materjali u personali ta’ dawn is-setgħat kif ukoll il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji għall-użu tagħhom. Dawk is-setgħat kif ukoll il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbli għalihom huma vvalutati fid-dettall fit-taqsimiet li ġejjin.

3.3.1.1   Setgħat investigattivi eżerċitati fil-kuntest tas-sigurtà nazzjonali

(177)

L-IPA 2016 jipprovdi l-qafas legali għall-użu ta’ setgħat investigattivi, jiġifieri s-setgħa ta’ interċettazzjoni, ta’ aċċess tad-data ta’ komunikazzjoni u li titwettaq interferenza tat-tagħmir. L-IPA 2016 jintroduċi projbizzjoni ġenerali u jagħmilha reat kriminali li jintużaw tekniki li jippermettu aċċess għall-kontenut tal-komunikazzjonijiet, aċċess għad-data ta’ komunikazzjoni jew interferenza tat-tagħmir mingħajr awtorità legali (262). Dan huwa rifless fil-fatt li l-użu ta’ dawn is-setgħat investigattivi huwa legali biss meta jitwettaq fuq il-bażi ta’ mandat jew ta’ awtorizzazzjoni (263).

(178)

L-IPA 2016 jistabbilixxi regoli dettaljati li jirregolaw il-kamp ta’ applikazzjoni u l-applikazzjoni ta’ kull setgħa investigattiva kif ukoll il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji speċifiċi tagħhom. Japplikaw regoli differenti skont it-tip ta’ setgħa investigattiva (interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet, kisba u żamma tad-data ta’ komunikazzjoni u interferenza tat-tagħmir) (264), kif ukoll dwar jekk is-setgħa tkunx eżerċitata fuq mira speċifika jew tal-massa. Dettalji dwar l-ambitu, is-salvagwardji u l-limitazzjonijiet ta’ kull miżura pprovduta mill-IPA 2016 huma deskritti fit-taqsima speċifika hawn taħt.

(179)

Minbarra dan, l-IPA 2016 huwa ssupplimentat b’numru ta’ Kodiċijiet ta’ Prattika statutorji, maħruġa mis-Secretary of State, approvati miż-żewġ Kmamar tal-Parlament (265) u applikabbli fil-pajjiż kollu, li jipprovdu gwida ulterjuri dwar l-użu ta’ dawn is-setgħat (266). Filwaqt li s-suġġetti tad-data jistgħu jiddependu direttament fuq id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-IPA tal-2016 biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, l-Iskeda 7, il-paragrafu 5 tal-IPA tal-2016 tispeċifika li l-Kodiċijiet ta’ Prattika huma ammissibbli bħala evidenza fi proċedimenti ċivili u kriminali, u l-qorti, it-tribunal jew l-awtorità superviżorja jistgħu jqisu kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mal-Kodiċijiet meta jiddeterminaw kwistjoni rilevanti fi proċedimenti ġudizzjarji (267). Fil-kuntest tal-valutazzjoni tagħha tal- “kwalità tal-liġi” tal-leġiżlazzjoni preċedenti tar-Renju Unit fil-qasam tas-sorveljanza, l-RIPA 2000, l-Awla Manja tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem espressament irrikonoxxiet ir-rilevanza tal-Kodiċi ta’ Prattika tar-Renju Unit u aċċettat li d-dispożizzjonijiet tagħha jistgħu jitqiesu fil-valutazzjoni tal-prevedibbiltà tal-leġiżlazzjoni li tippermetti s-sorveljanza (268).

(180)

Jenħtieġ li għalhekk jiġi nnotat li setgħat immirati (interċettazzjoni mmirata (269), kisba tad-data ta’ komunikazzjoni (270), żamma tad-data ta’ komunikazzjoni (271) u interferenza ta’ tagħmir immirat (272)) huma disponibbli għall-aġenziji tas-sigurtà nazzjonali u għal ċerti awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (273) filwaqt li servizzi tal-intelligence biss jistgħu jagħmlu użu minn setgħat tal-massa (jiġifieri interċettazzjoni tal-massa (274), kisba tad-data ta’ komunikazzjoni tal-massa (275), interferenza tat-tagħmir tal-massa (276) u settijiet ta’ data personali tal-massa (277)).

(181)

Fid-deċiżjoni dwar liema setgħa ta’ investigazzjoni jenħtieġ li tintuża, l-aġenzija tal-intelligence trid tikkonforma mad-“dmirijiet ġenerali fir-rigward tal-privatezza” elenkati fit-Taqsima 2(2)(a) tal-IPA 2016, li jinkludu test tan-neċessità u tal-proporzjonalità. B’mod aktar speċifiku, skont din id-dispożizzjoni, awtorità pubblika li jkollha l-intenzjoni li tuża setgħa investigattiva jeħtiġilha tikkunsidra (i) jekk dak li qed jintalab li jinkiseb mill-mandat, mill-awtorizzazzjoni jew mill-avviż jistax jinkiseb b’mod raġonevoli b’mezzi oħrajn anqas intrużivi; (ii) jekk il-livell ta’ protezzjoni li għandu jiġi applikat fir-rigward ta’ kwalunkwe kisba ta’ informazzjoni permezz tal-mandat, tal-awtorizzazzjoni jew tal-avviż huwiex ogħla minħabba s-sensittività partikolari ta’ dik l-informazzjoni; (iii) l-interess pubbliku fl-integrità u fis-sigurtà tas-sistemi tat-telekomunikazzjoni u tas-servizzi postali, u (iv) kwalunkwe aspett ieħor tal-interess pubbliku fil-protezzjoni tal-privatezza (278).

(182)

Il-mod kif dawn il-kriterji jenħtieġ li jiġu applikati – u l-mod kif il-konformità tagħhom tiġi vvalutata bħala parti mill-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ tali setgħat mis-Secretary of State u mill-Kummissarji Ġudizzjarji indipendenti – huwa speċifikat aktar fil-Kodiċijiet ta’ Prattika rilevanti. B’mod partikolari, l-użu ta’ kwalunkwe waħda minn dawn is-setgħat investigattivi dejjem irid ikun “proporzjonat ma’ dak li qed jintalab li jinkiseb [li] jinvolvi l-ibbilanċjar tas-serjetà tal-intrużjoni fil-privatezza (u kunsiderazzjonijiet oħrajn stabbiliti fit-taqsima 2(2)) kontra l-ħtieġa għall-attività f’termini investigattivi, operazzjonali jew ta’ kapaċità”. Dan ifisser b’mod partikolari li “jenħtieġ li joffri prospett realistiku li jġib il-benefiċċju mistenni u jenħtieġ li ma jkunx sproporzjonat jew arbitrarju” u “jenħtieġ li l-ebda interferenza mal-privatezza ma titqies proporzjonata jekk l-informazzjoni li titfittex tkun tista’ tinkiseb raġonevolment b’mezzi oħrajn anqas intrużivi” (279). B’mod aktar speċifiku, il-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità trid tiġi vvalutata fir-rigward tal-kriterji li ġejjin: “(i) il-livell tal-interferenza proposta mal-privatezza kontra dak li qed jitfittex li jinkiseb; (ii) kif u għaliex il-metodi li għandhom jiġu adottati se jikkawżaw l-anqas interferenza possibbli lill-persuna u lil oħrajn; (iii) jekk l-attività hijiex użu xieraq tal-Att u mod raġonevoli, wara li jitqiesu l-alternattivi raġonevoli kollha, li jinkiseb dak li qed jitfittex li jinkiseb; (iv) liema metodi oħrajn, kif xieraq, jew ma ġewx implimentati jew tħaddmux iżda li huma vvalutati bħala insuffiċjenti sabiex jintlaħqu l-objettivi operazzjonali mingħajr l-użu tas-setgħa investigattiva proposta” (280).

(183)

Fil-prattika, kif spjegat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, dan jiżgura li, l-ewwel nett, aġenzija tal-intelligence tistabbilixxi l-objettiv operazzjonali (b’hekk tiddelimita l-ġbir, eż. fini tal-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali f’żona ġeografika speċifika) u, it-tieni, fuq il-bażi ta’ dak l-objettiv operazzjonali, ikollha tikkunsidra liema għażla teknika (eż. Interċettazzjoni mmirata jew tal-massa, interferenza tat-tagħmir, kisba tad-data ta’ komunikazzjoni) tkun l-aktar proporzjonata (jiġifieri l-anqas intrużiva għall-privatezza, ara t-Taqsima 2(2) tal-IPA) għal dak li qed jitfittex li jinkiseb u, għalhekk, tista’ tiġi awtorizzata skont waħda mill-bażijiet statutorji disponibbli.

(184)

Ta’ min jinnota li din id-dipendenza fuq l-istandards tan-neċessità u tal-proporzjonalità ġiet osservata u ntlaqgħet ukoll mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Dritt għall-Privatezza, Joseph Cannataci, li ddikjara, fir-rigward tas-sistema stabbilita mill-IPA 2016, li “l-proċeduri fis-seħħ kemm fi ħdan is-servizzi tal-intelligence kif ukoll fi ħdan l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jidhru li jeħtieġu b’mod sistematiku l-kunsiderazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità ta’ miżura jew ta’ operazzjoni ta’ sorveljanza qabel ma tiġi rrakkomandata għall-awtorizzazzjoni kif ukoll ir-rieżami tagħha fuq l-istess bażi” (281). Huwa osserva wkoll li fil-laqgħa tiegħu mar-rappreżentanti tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà nazzjonali “huwa rċieva opinjoni kunsenswali li d-dritt għall-privatezza jeħtieġ li jkun kunsiderazzjoni primarja għal kwalunkwe deċiżjoni dwar miżuri ta’ sorveljanza. Ilkoll fehmu u apprezzaw in-neċessità u l-proporzjonalità bħala l-prinċipji kardinali li għandhom jitqiesu”.

(185)

Il-kriterji speċifiċi għall-ħruġ tal-mandati differenti, kif ukoll il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji stabbiliti mill-IPA 2016 rigward kull setgħa investigattiva huma spjegati f’dettall fil-premessi (186) sa (243).

3.3.1.1.1   Interċettazzjoni u eżaminazzjoni mmirati

(186)

Hemm tliet tipi ta’ mandati għal interċettazzjoni mmirata: il-mandat ta’ interċettazzjoni mmirata (282), il-mandat ta’ eżami mmirat u mandat ta’ assistenza reċiproka (283). Il-kundizzjonijiet biex jinkisbu tali mandati kif ukoll is-salvagwardji rilevanti huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tal-Parti 2 tal-IPA 2016.

(187)

Mandat ta’ interċettazzjoni mmirata jawtorizza l-interċettazzjoni tal-komunikazzjonijiet deskritti fil-mandat matul it-trażmissjoni tagħhom u l-kisba ta’ data oħra rilevanti għal dawk il-komunikazzjonijiet (284), inkluża data sekondarja (285). Mandat ta’ eżaminazzjoni mmirata jawtorizza lil persuna twettaq l-għażla għall-eżaminazzjoni ta’ kontenut interċettat miksub permezz ta’ mandat ta’ interċettazzjoni tal-massa (286).

(188)

Kwalunkwe mandat skont il-Parti 2 tal-IPA 2016 jista’ jinħareġ mis-Secretary of State (287) u jiġi approvat minn Kummissarju Ġudizzjarju (288). Fil-każijiet kollha, id-durata ta’ kwalunkwe tip ta’ mandat immirat hija limitata għal 6 xhur (289) u japplikaw regoli speċifiċi dwar il-modifika (290) u t-tiġdid tiegħu (291).

(189)

Qabel ma joħroġ il-mandat, is-Secretary of State jeħtieġlu jwettaq valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità (292). B’mod speċifiku, għal mandat ta’ interċettazzjoni mmirata u għal mandat ta’ eżaminazzjoni mmirata, jenħtieġ li s-Secretary of State jivverifika jekk il-miżura tkunx meħtieġa għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin: l-interess tas-sigurtà nazzjonali; il-prevenzjoni jew is-sejba ta’ reat serju; jew l-interessi tal-benesseri ekonomiku tar-Renju Unit (293) sa fejn dawk l-interessi jkunu rilevanti wkoll għall-interessi tas-sigurtà nazzjonali (294). Min-naħa l-oħra, mandat ta’ assistenza reċiproka (ara l-premessa (139) above) jista’ jinħareġ biss jekk is-Secretary of State jqis li jkunu jeżistu ċirkustanzi ekwivalenti għal dawk li fihom huwa joħroġ mandat għall-fini tal-prevenzjoni u tas-sejbien ta’ reati serji (295).

(190)

Barra minn hekk, jenħtieġ li s-Secretary of State jivvaluta jekk il-miżura tkunx proporzjonata għal dak li qed jitfittex li jinkiseb (296). Il-valutazzjoni dwar il-proporzjonalità tal-miżuri mitluba trid tqis id-dmirijiet ġenerali fir-rigward tal-privatezza stabbiliti fit-Taqsima 2(2) tal-IPA 2016, b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġi vvalutat jekk dak li qed jitfittex li jinkiseb mill-mandat, mill-awtorizzazzjoni jew mill-avviż jistax jinkiseb raġonevolment b’mezzi anqas intrużivi u jekk il-livell ta’ protezzjoni li għandu jiġi applikat fir-rigward ta’ kwalunkwe kisba ta’ informazzjoni permezz tal-mandat, ikunx ogħla minħabba s-sensittività partikolari ta’ dik l-informazzjoni (ara l-premessa (181) above).

(191)

Għal dan l-għan, is-Secretary of State jkollu jqis l-elementi kollha tal-applikazzjoni pprovduti mill-awtorità li tissottometti t-talba, b’mod partikolari dawk relatati mal-persuni li jkunu se jiġu interċettati u r-rilevanza tal-miżura għall-investigazzjoni. Dawn l-elementi huma spjegati fil-Code of Practice on Interception of Communications u jridu jkunu deskritti f’ċertu livell ta’ speċifiċità (297). Barra minn hekk, it-Taqsima 17 tal-IPA 2016 teħtieġ li kwalunkwe mandat maħruġ skont il-Kapitolu 2 tiegħu jrid isemmi jew jiddeskrivi l-persuna speċifika jew grupp ta’ persuni, organizzazzjoni jew bini li għandu jiġi interċettat (il-“mira”). Fil-każ ta’ mandat ta’ interċettazzjoni mmirata jew ta’ mandat ta’ eżaminazzjoni mmirata, dawn jistgħu jkunu relatati wkoll ma’ grupp ta’ persuni, ma’ aktar minn persuna jew organizzazzjoni waħda, jew ma’ aktar minn sett wieħed ta’ bini (imsejjaħ ukoll “mandat tematiku”) (298). F’dawn il-każijiet, jenħtieġ li l-mandat jiddeskrivi l-iskop jew l-attività komuni kondiviża mill-grupp ta’ persuni jew mill-operazzjoni/mill-investigazzjonijiet u l-isem jew jiddeskrivi kemm jista’ jkun minn fost dawk il-persuni/l-organizzazzjonijiet jew is-sett ta’ bini fejn ikun raġonevolment prattikabbli (299). Fl-aħħar nett, il-mandati kollha maħruġa skont il-Parti 2 tal-IPA 2016 iridu jispeċifikaw l-indirizzi, in-numri, l-apparat, il-fatturi, jew it-taħlita ta’ fatturi li jkunu se jintużaw sabiex jiġu identifikati l-komunikazzjonijiet (300). F’dan ir-rigward, il-Code of Practice on Interception of Communications jispeċifika li, fil-każ ta’ mandat ta’ interċettazzjoni mmirata u ta’ mandat ta’ eżaminazzjoni mmirata, “il-mandat irid jispeċifika (jew jiddeskrivi) il-fatturi jew it-taħlita ta’ fatturi li jkunu se jintużaw għall-identifikazzjoni tal-komunikazzjonijiet. Meta l-komunikazzjonijiet jiġu identifikati b’referenza għal numru tat-telefown (pereżempju), in-numru jrid ikun speċifikat billi jiġi pprovdut fl-intier tiegħu. Iżda fejn jintużaw seletturi tal-internet kumplessi ħafna jew li jinbidlu kontinwament sabiex jiġu identifikati l-komunikazzjonijiet, jenħtieġ li dawk is-seletturi jiġu deskritti sa fejn ikun possibbli” (301).

(192)

Salvagwardja importanti f’dan il-kuntest hija li l-valutazzjoni mwettqa mis-Secretary of State sabiex joħroġ mandat trid tiġi approvata minn Kummissarju Ġudizzjarju indipendenti (302) li jivverifika b’mod partikolari jekk id-deċiżjoni li jinħareġ il-mandat tikkonformax mal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità (303) (dwar l-istatus u r-rwol tal-Kummissarji Ġudizzjarji, ara l-premessi (251) sa (256) below). L-IPA 2016 jiċċara wkoll li, meta jwettaq kontroll bħal dan, il-Kummissarju Ġudizzjarju jeħtieġlu japplika l-istess prinċipji li jiġu applikati minn qorti wara talba għal stħarriġ ġudizzjarju (304). Dan jiżgura li, f’kull każ, u qabel ma jseħħ l-aċċess għad-data, il-konformità mal-prinċipju tan-neċessità u tal-proporzjonalità tiġi vverifikata b’mod sistematiku minn korp indipendenti.

(193)

L-IPA 2016 jipprevedi ftit eċċezzjonijiet speċifiċi u dojoq biex jitwettqu interċettazzjonijiet immirati mingħajr mandat. Il-każijiet limitati huma dettaljati fil-liġi (305) u, ħlief għal dak ibbażat fuq il-“kunsens” tal-ispeditur/riċevitur, dawn jitwettqu minn persuni (korpi privati jew pubbliċi) differenti mill-aġenziji tas-sigurtà nazzjonali. Barra minn hekk, dan it-tip ta’ interċettazzjonijiet jitwettqu għal skopijiet differenti minn ġbir ta’ “intelligence” (306) u għal xi wħud minnhom huwa improbabbli ħafna li l-ġbir jista’ jseħħ fil-kuntest ta’ xenarju ta’ “trasferiment” (pereżempju fil-każ ta’ interċettazzjoni mwettqa fi sptar psikjatriku jew fil-ħabs). Meta titqies in-natura tal-korp li għalih japplikaw dawn il-każijiet speċifiċi (differenti mill-aġenziji tas-sigurtà nazzjonali), se japplikaw is-salvagwardji kollha pprovduti mill-Parti 2 tal-APD 2018 u l-GDPR tar-Renju Unit, inkluż is-sorveljanza tal-ICO u l-mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli. Barra minn hekk, minbarra s-salvagwardji pprovduti mid-DPA 2018, f’ċerti każijiet, l-IPA tal-2016 jipprevedi wkoll is-sorveljanza ex post tal-IPCO (307).

(194)

Meta titwettaq l-interċettazzjoni, limitazzjonijiet u salvagwardji addizzjonali huma applikabbli fid-dawl tal-istatus speċifiku tal-persuna/i interċettata/i (308). Pereżempju, l-interċettazzjoni ta’ oġġetti soġġetti għal privileġġ legali hija awtorizzata biss fil-preżenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali u konvinċenti, il-persuna li toħroġ il-mandat jeħtiġilha tqis l-interess pubbliku fil-kunfidenzjalità ta’ oġġetti soġġetti għal privileġġ legali u li jkun hemm fis-seħħ rekwiżiti speċifiċi għall-immaniġġjar, għaż-żamma u għall-iżvelar ta’ materjal bħal dan (309).

(195)

Barra minn hekk, l-IPA 2016 jipprovdi salvagwardji speċifiċi relatati mas-sigurtà, maż-żamma u mal-iżvelar li s-Secretary of State jenħtieġ li jqis qabel ma joħroġ mandat immirat (310). B’mod partikolari, it-Taqsima 53(5) tal-IPA 2016 teħtieġ li kull kopja magħmula minn kwalunkwe wieħed minn dawk il-materjali miġbura skont il-mandat trid tinħażen b’mod sikur u tinqered hekk kif ma jkun għad hemm l-ebda raġuni rilevanti għaż-żamma tagħha, filwaqt li t-Taqsima 53(2) tal-IPA 2016 tirrikjedi li n-numru ta’ persuni li lilhom jiġi żvelat il-materjal u l-punt sa fejn jiġi żvelat, jitqiegħed għad-dispożizzjoni jew ikkupjat kwalunkwe materjal ikun limitat għall-minimu li jkun neċessarju għall-finijiet statutorji.

(196)

Fl-aħħar nett, meta l-materjal li jkun ġie interċettat jew b’mandat ta’ interċettazzjoni mmirata jew b’mandat ta’ assistenza reċiproka jkun se jingħadda lil pajjiż terz (“żvelar barra l-pajjiż”), l-IPA 2016 jipprovdi li s-Secretary of State jeħtieġlu jiżgura li jkun hemm arranġamenti xierqa fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li jkunu jeżistu salvagwardji simili dwar is-sigurtà, iż-żamma u l-iżvelar f’dak il-pajjiż terz (311). Barra minn hekk, it-Taqsima 109(2) tad-DPA 2018 tipprevedi li s-servizzi ta’ intelligence jistgħu jittrasferixxu data personali barra mit-territorju tar-Renju Unit biss jekk it-trasferiment ikun miżura neċessarja u proporzjonata mwettqa għall-finijiet tal-funzjonijiet statutorji tal-kontrollur jew għal finijiet oħra previsti fit-Taqsima 2(2)(a) tal-Att dwar is-Servizzi ta’ Sigurtà 1989 jew it-Taqsimiet 2(2)(a) u 4(2)(a) tal-Att dwar is-Servizzi tal-Intelligence 1994 (312). Huwa importanti li dawn ir-rekwiżiti japplikaw ukoll f’każijiet fejn tiġi invokata l-eżenzjoni tas-sigurtà nazzjonali skont it-Taqsima 110 tad-DPA 2018, peress li t-Taqsima 110 tad-DPA 2018 ma telenkax it-Taqsima 109 tad-DPA 2018 bħala waħda mid-dispożizzjonijiet li jistgħu ma jiġux applikati jekk tkun meħtieġa eżenzjoni minn ċerti dispożizzjonijiet għall-fini tas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali.

3.3.1.1.2   Akkwist u żamma mmirati tad-data ta’ komunikazzjoni

(197)

L-IPA 2016 jippermetti li Secretary of State jitlob lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni jżommu data ta’ komunikazzjoni għall-fini ta’ aċċess immirat minn firxa ta’ awtoritajiet pubbliċi, inklużi aġenziji tal-infurzar tal-liġi u tal-intelligence. Il-Parti 4 tal-IPA 2016 tipprovdi għaż-żamma tad-data ta’ komunikazzjoni, filwaqt li l-Parti 3 tipprovdi għall-kisba mmirata tad-data ta’ komunikazzjoni (TCD). Il-Parti 3 u l-Parti 4 tal-IPA 2016 jistabbilixxu wkoll limitazzjonijiet speċifiċi dwar l-użu ta’ dawn is-setgħat u jipprovdu salvagwardji speċifiċi.

(198)

It-terminu “data tal-komunikazzjoni” jkopri l-“min”, il-“meta”, il-“fejn” u l-“kif” ta’ komunikazzjoni, iżda mhux il-kontenut, jiġifieri dak li ntqal jew inkiteb. Hekk kif huma differenti mill-interċettazzjoni, il-kisba u ż-żamma tad-data ta’ komunikazzjoni ma għandhomx l-għan li jiksbu l-kontenut tal-komunikazzjoni, iżda għandhom l-għan li jiksbu informazzjoni bħall-abbonat għal servizz tat-telefown jew kont dettaljat. Din tista’ tinkludi ż-żmien u d-durata tal-komunikazzjoni, in-numru jew l-indirizz tal-posta elettronika tal-oriġinatur u tar-riċevitur u kultant il-lokalizzazzjoni tal-apparati li minnhom tkun saret it-telekomunikazzjoni (313).

(199)

Jenħtieġ li jiġi nnotat li ż-żamma u l-kisba tad-data ta’ komunikazzjoni normalment mhux se jikkonċernaw data personali tas-suġġetti tad-data tal-UE ttrasferita skont din id-Deċiżjoni lejn ir-Renju Unit. L-obbligu li tinżamm jew tiġi żvelata d-data ta’ komunikazzjonijiet skont il-Partijiet 3 u 4 tal-IPA 2016 ikopri data li tinġabar mill-operaturi tat-telekomunikazzjoni fir-Renju Unit direttament mill-utenti ta’ servizz ta’ telekomunikazzjoni (314). Dan it-tip ta’ pproċessar “li jħares lejn il-klijent” tipikament ma jinvolvix trasferiment fuq il-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri trasferiment minn kontrollur/minn proċessur fl-UE lil kontrollur/lil proċessur fir-Renju Unit.

(200)

Madankollu, għall-finijiet ta’ kompletezza, il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji li jirregolaw dawn ir-reġimi ta’ kisba u ta’ żamma huma analizzzati fil-premessi li ġejjin.

(201)

Bħala premessa, għandu jiġi nnutat li ż-żamma u l-akkwist immirat ta’ data ta’ komunikazzjoni huma disponibbli kemm għall-aġenziji tas-sigurtà nazzjonali kif ukoll għal ċerti awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (315). Il-kundizzjonijiet li jeħtieġu ż-żamma u/jew l-akkwist ta’ data ta’ komunikazzjoni jistgħu jvarjaw skont ir-raġuni għat-talba tal-miżura, jiġifieri għan ta’ sigurtà nazzjonali jew ta’ infurzar tal-liġi.

(202)

B’mod partikolari, filwaqt li r-reġim il-ġdid introduċa r-rekwiżit ġenerali ta’ awtorizzazzjoni ex ante minn korp indipendenti li se japplika fil-każijiet kollha meta tinżamm u/jew tinkiseb data ta’ komunikazzjoni (jew għal infurzar tal-liġi jew għal skop ta’ sigurtà nazzjonali), wara s-sentenza Tele2/Watson tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (316), ġew introdotti salvagwardji speċifiċi meta l-miżura tintalab għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi. B’mod partikolari, meta ż-żamma jew il-kisba ta’ data ta’ komunikazzjoni tintalab għal fini ta’ infurzar tal-liġi, l-awtorizzazzjoni ex ante għandha dejjem tingħata mill-Kummissarju tas-Setgħa Investigattiva. Dan mhux dejjem ikun il-każ meta l-miżura tintalab għal skop ta’ sigurtà nazzjonali, peress li, kif deskritt hawn taħt, f’ċerti każijiet tali tip ta’ miżuri jistgħu jiġu awtorizzati minn “individwu li jawtorizza” differenti. Barra minn hekk, ir-reġim il-ġdid żied għal “reati serji” l-livell limitu li għalih jistgħu jiġu permessi ż-żamma u l-akkwist ta’ data ta’ komunikazzjoni (317).

(i)   Awtorizzazzjoni għall-kisba tad-data ta’ komunikazzjonijiet

(203)

Skont il-Parti 3 tal-IPA 2016, l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti huma awtorizzati jiksbu data ta’ komunikazzjonijiet mingħand operatur tat-telekomunikazzjoni jew mingħand kwalunkwe persuna li kapaċi tikseb u tiżvela tali data. L-awtorizzazzjoni ma tistax tippermetti l-interċettazzjoni tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet (318) u ssir bla effett wara perjodu ta’ xahar (319) bil-possibbiltà li tiġġedded soġġetta għal awtorizzazzjoni addizzjonali (320). Il-kisba ta’ data ta’ komunikazzjoni teħtieġ awtorizzazzjoni mill-Kummissarju tas-Setgħat Investigattivi (IPC) (321) (dwar l-istatus u s-setgħat tal-IPC ara l-premessi (250)sa (251) below). Dan huwa dejjem il-każ meta l-akkwist ta’ data ta’ komunikazzjoni jintalab minn awtorità rilevanti tal-infurzar tal-liġi. Madankollu, skont it-Taqsima 61 tal-IPA 2016, meta d-data tinkiseb għall-interessi tas-sigurtà nazzjonali jew tal-benessri ekonomiku tar-Renju Unit dment li tkun rilevanti għas-sigurtà nazzjonali, jew fejn issir talba minn membru ta’ aġenzija tal-intelligence skont it-Taqsima 61(7)(b) (322), il-kisba tista’ tiġi awtorizzata b’mod alternattiv (323) mill-IPC jew minn uffiċjal anzjan maħtur (324). L-uffiċjal maħtur irid ikun indipendenti mill-investigazzjoni jew l-operazzjoni kkonċernata u jkollu għarfien operazzjonali dwar il-prinċipji u l-leġiżlazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, speċifikament dawk tan-neċessità u tal-proporzjonalità (325). Id-deċiżjoni meħuda mill-uffiċjal maħtur se tkun soġġetta għas-sorveljanza ex post imwettqa mill-IPC (ara l-premessa (254) below għal aktar dettalji dwar il-funzjonijiet ta’ sorveljanza ex post tal-IPC).

(204)

L-awtorizzazzjoni għall-kisba tad-data ta’ komunikazzjoni hija bbażata fuq valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tal-miżura. B’mod aktar speċifiku, in-neċessità tal-miżura hija vvalutata fid-dawl tar-raġunijiet elenkati fil-leġiżlazzjoni (326). Meta titqies in-natura mmirata ta’ din il-miżura, din trid tkun neċessarja wkoll għal investigazzjoni jew għal operazzjoni speċifika (327). Aktar rekwiżiti dwar il-valutazzjoni tan-neċessità tal-miżuri huma stabbiliti fil-Code of Practice on Communications Data (328). B’mod partikolari, dan il-Kodiċi jipprovdi li t-talba sottomessa mill-awtorità rikjedenti jenħtieġ li tidentifika tliet elementi minimi sabiex tiġġustifika l-ħtieġa ta’ tali talba: (i) l-avveniment li qed jiġi investigat bħal delitt jew lokalizzazzjoni ta’ persuna nieqsa vulnerabbli; (ii) il-persuna li qed tfittex id-data tagħha, bħal persuna suspettata, xhud jew nieqsa, u kif dawn inhi marbuta mal-avveniment; u (iii) id-data ta’ komunikazzjonijiet imfittxija, bħal numru tat-telefown jew indirizz IP, u kif din id-data hija relatata mal-persuna u mal-avveniment (329).

(205)

Barra minn hekk, il-kisba tad-data ta’ komunikazzjoni trid tkun proporzjonata għal dak li jkun qed jitfittex li jinkiseb (330). Il-Code of Practice on Communications Data jiċċara li, fit-twettiq ta’ tali valutazzjoni, jenħtieġ li l-individwu li jawtorizza jwettaq eżerċizzju ta’ bbilanċjar bejn “il-firxa tal-interferenza mad-drittijiet u mal-libertajiet ta’ individwu kontra benefiċċju speċifiku għall-investigazzjoni jew għall-operazzjoni li qed titwettaq minn awtorità pubblika rilevanti fl-interess pubbliku” u li fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha ta’ każ partikolari, “interferenza mad-drittijiet ta’ individwu xorta tista’ ma tkunx iġġustifikata minħabba li l-impatt negattiv fuq id-drittijiet ta’ individwu ieħor jew ta’ grupp ta’ individwi jkun sever wisq”. Barra minn hekk, sabiex tiġi vvalutata b’mod speċifiku l-proporzjonalità tal-miżura, il-Kodiċi jelenka numru ta’ elementi li jenħtieġ li jiġu inklużi fit-talba sottomessa mill-awtorità rikjedenti (331). Barra minn hekk, trid tingħata kunsiderazzjoni partikolari lit-tip ta’ data ta’ komunikazzjonijiet (data ta’ “entità” jew ta’ “avvenimenti” (332)) li għandha tinkiseb, u trid tingħata preferenza lill-użu ta’ kategorija ta’ data anqas intrużiva (333). Il-Code of Practice on Communications Data fih ukoll struzzjonijiet speċifiċi għal awtorizzazzjonijiet li jinvolvu d-data ta’ komunikazzjonijiet ta’ persuni fi professjonijiet partikolari (bħal tobba, avukati, ġurnalisti, membri parlamentari, jew membri tal-kleru) (334) li huma soġġetti għal salvagwardji addizzjonali (335).

(ii)   Avviż li jeħtieġ iż-żamma ta’ data ta’ komunikazzjonijiet

(206)

Il-Parti 4 tal-IPA 2016 tistabbilixxi r-regoli dwar iż-żamma ta’ data ta’ komunikazzjonijiet, u b’mod partikolari l-kriterji li jippermettu lis-Secretary of State joħroġ avviż ta’ żamma (336). Is-salvagwardji introdotti mill-IPA huma l-istess meta d-data tinżamm għal skop ta’ infurzar tal-liġi jew fl-interess tas-sigurtà nazzjonali.

(207)

Il-ħruġ ta’ dawn l-avviżi ta’ żamma għandu l-għan li jiżgura li l-operaturi tat-telekomunikazzjoni jżommu, għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar, id-data ta’ komunikazzjonijiet rilevanti li kieku titħassar ladarba ma tibqax meħtieġa għall-fini tan-negozju (337). Id-data miżmuma għandha tibqa’ disponibbli għall-perjodu meħtieġ jekk sussegwentement ikun neċessarju li awtorità pubblika takkwistaha skont awtorizzazzjoni għal akkwist immirat tad-data ta’ komunikazzjoni pprovduta mill-Parti 3 tal-IPA 2016 u deskritta fil-premessi (203) sa (205).

(208)

L-eżerċizzju tas-setgħa li tintalab iż-żamma ta’ ċerta data huwa soġġett għal għadd ta’ limitazzjonijiet u salvagwardji. Is-Secretary of State jista’ joħroġ avviż ta’ żamma lil operatur wieħed jew aktar (338) biss meta jqis li r-rekwiżit li tinżamm id-data jkun meħtieġ għal wieħed mill-finijiet statutorji (339) u jkun proporzjonat għal dak li jkun qed jitfittex li jinkiseb (340). Kif iċċarat mill-IPA 2016 stess (341), qabel ma joħroġ avviż ta’ żamma, is-Secretary of State jeħtieġlu jqis: il-benefiċċji probabbli tal-avviż (342); deskrizzjoni tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni; l-adegwatezza tal-limitazzjoni tad-data li għandha tinżamm b’referenza għal-lokalizzazzjoni, jew deskrizzjonijiet ta’ persuni li lilhom jiġu forniti s-servizzi ta’ telekomunikazzjoni (343); in-numru probabbli ta’ utenti (jekk magħruf) ta’ kwalunkwe servizz ta’ telekomunikazzjoni li miegħu jkun relatat l-avviż (344); il-fattibbiltà teknika tal-konformità mal-avviż; l-ispiża probabbli tal-konformità mal-avviż, u kwalunkwe effett ieħor tal-avviż fuq l-operatur tat-telekomunikazzjoni (jew deskrizzjoni tal-operaturi) li miegħu jkun relatat (345). Kif spjegat aktar fid-dettall fil-Kapitolu 17 tal-Code of Practice on Communications Data, l-avviżi kollha ta’ żamma jeħtieġ li jispeċifikaw kull tip ta’ data li jeħtieġ li jinżamm u kif dak it-tip ta’ data jissodisfa t-testijiet meħtieġa għaż-żamma.

(209)

Fil-każijiet kollha (kemm għal skopijiet ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll ta’ infurzar tal-liġi) id-deċiżjoni tas-Segretarju tal-Istat li joħroġ l-avviż ta’ żamma trid tiġi approvata minn Kummissarju Ġudizzjarju indipendenti taħt l-hekk imsejħa “proċedura double-lock”, li għandu jirrevedi b’mod partikolari jekk l-avviż biex tinżamm id-data ta’ komunikazzjoni rilevanti huwiex meħtieġ u proporzjonat għal wieħed jew aktar mill-għanijiet statutorji (346).

3.3.1.1.3   Interferenza tat-tagħmir

(210)

L-interferenza tat-tagħmir hija sett ta’ tekniki użati sabiex tinkiseb varjetà ta’ data minn tagħmir (347), li jinkludi kompjuters, tablets u smart phones kif ukoll kejbils, wajers u apparati tal-ħżin (348). L-interferenza tat-tagħmir tippermetti li jinkiseb kemm il-kontenut ta’ komunikazzjonijiet kif ukoll data tat-tagħmir (349).

(211)

F’konformità mat-Taqsima 13(1) tal-IPA 2016, l-użu ta’ interferenza tat-tagħmir minn servizz tal-intelligence jeħtieġ awtorizzazzjoni permezz ta’ mandat taħt il-proċedura “double-lock” stabbilita mill-IPA 2016, dment li jkun hemm “konnessjoni mal-Gżejjer Brittaniċi” (350). Skont l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, f’sitwazzjonijiet li fihom id-data tiġi ttrasferita mill-Unjoni Ewropea lir-Renju Unit fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, dejjem ikun hemm “konnessjoni mal-Gżejjer Brittaniċi” u, għalhekk, kwalunkwe interferenza tat-tagħmir li tkopri tali data tkun soġġetta għar-rekwiżit obbligatorju ta’ mandat tat-Taqsima 13(1) tal-IPA 2016 (351).

(212)

Ir-regoli dwar il-mandati ta’ interferenza mmirata tat-tagħmir huma stabbiliti fil-Parti 5 tal-IPA 2016. B’mod simili għall-interċettazzjoni mmirata, l-interferenza immirata tat-tagħmir trid tkun relatata ma’ “mira” speċifika, li trid tkun stabbilita fil-mandat (352). Id-dettalji dwar kif trid tiġi identifikata “mira” jiddependu mill-kwistjoni u mit-tip ta’ tagħmir li miegħu trid issir interferenza. B’mod partikolari, it-Taqsima 115(3) tal-IPA tispeċifika l-elementi li jenħtieġ li jkunu inklużi fil-mandat (eż. isem il-persuna jew l-organizzazzjoni, deskrizzjoni tal-post) skont, pereżempju, jekk l-interferenza tikkonċernax tagħmir li jappartjeni, jintuża għal jew ikun fil-pussess ta’ persuna jew ta’ organizzazzjoni partikolari jew ta’ grupp ta’ persuni, ikun f’post speċifiku eċċ. (353). Il-finijiet li għalihom jistgħu jinħarġu mandati ta’ interferenza mmirata tat-tagħmir jiddependu mill-awtorità pubblika li tapplika għalihom (354).

(213)

B’mod simili għall-interċettazzjoni mmirata, l-awtorità emittenti jeħtieġ li tikkunsidra jekk il-miżura tkunx neċessarja sabiex jinkiseb fini speċifiku u jekk tkunx proporzjonata għal dak li jitfittex li jinkiseb (355). Barra minn hekk, jenħtieġ li tqis ukoll jekk jeżistux salvagwardji fir-rigward tas-sigurtà, taż-żamma u tal-iżvelarkif ukoll fir-rigward tal-“iżvelar barra l-pajjiż” (356) (ara l-premessa (196)).

(214)

Il-mandat irid jiġi approvat minn Kummissarju Ġudizzjarju, ħlief f’każijiet ta’ urġenza (357). Fil-każ tal-aħħar, Kummissarju Ġudizzjarju jrid jiġi informat li nħareġ mandat u jeħtieġlu japprovah fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol. F’każ li l-Kummissarju Ġudizzjarju jirrifjuta li japprovaha, il-mandat ma jibqax ikollu effett u ma jistax jiġġedded (358). Barra minn hekk, il-Kummissarju Ġudizzjarju għandu s-setgħa li jitlob li kwalunkwe data li tkun inkisbet taħt il-mandat titħassar (359). Il-fatt li nħareġ mandat b’mod urġenti ma għandux impatt fuq is-sorveljanza ex post (ara l-premessi (244) sa (255)) u lanqas fuq il-possibbiltajiet għall-individwi li jfittxu rimedju (ara l-premessi (260) sa (270)). L-individwi jistgħu jilmentaw mal-ICO jew jagħmlu talba dwar kwalunkwe mġiba allegata quddiem it-Tribunal tas-Setgħat Investigattivi bil-mod tas-soltu. Fil-każijiet kollha, it-test applikat mill-Kummissarju Ġudizzjarju meta jiddeċiedi jekk għandux japprova mandat huwa t-test tan-neċessità u tal-proporzjonalità kif applikabbli għat-talbiet għal interċettazzjoni mmirata (360) (ara l-premessa (192) above).

(215)

Finalment, salvagwardji speċifiċi applikabbli għall-interċettazzjoni mmirata japplikaw ukoll għall-interferenza tat-tagħmir fir-rigward tad-durata, tat-tiġdid, u tal-modifika tal-mandat kif ukoll għall-interċettazzjoni ta’ Membri tal-Parlament, ta’ oġġetti soġġetti għal privileġġ legali u ta’ materjal ġurnalistiku (ara aktar dettalji fil-premessa (193)).

3.3.1.1.4   Eżerċizzju ta’ setgħat tal-massa

(216)

Is-setgħat tal-massa huma rregolati fil-Parti 6 tal-IPA 2016. Barra minn hekk, il-Kodiċijiet ta’ prattika jipprovdu għal aktar dettalji dwar l-użu ta’ setgħat tal-massa. Filwaqt li fid-dritt tar-Renju Unit ma hemm l-ebda definizzjoni ta’ “setgħa tal-massa”, fil-kuntest tal-IPA 2016, din ġiet deskritta bħala l-ġbir u ż-żamma ta’ kwantitajiet kbar ta’ data miksuba mill-Gvern permezz ta’ diversi mezzi (jiġifieri s-setgħat ta’ interċettazzjoni tal-massa, ta’ kisba tal-massa, ta’ interferenza tat-tagħmir tal-massa u ta’ settijiet ta’ data personali tal-massa) u li sussegwentement tkun tista’ tiġi aċċessata mill-awtoritajiet. Din id-deskrizzjoni hija ċċarata billi titqabbel ma’ dak li ma hijiex “setgħa tal-massa”: din ma tikkorrispondix għall-hekk imsejħa “sorveljanza tal-massa” mingħajr limitazzjonijiet jew salvagwardji. Għall-kuntrarju, kif spjegat hawn taħt, tinkorpora limitazzjonijiet u salvagwardji mfassla sabiex jiżguraw li l-aċċess għad-data ma jingħatax fuq bażi indiskriminata jew mhux iġġustifikata (361). B’mod partikolari, is-setgħat tal-massa jistgħu jintużaw biss jekk tiġi stabbilita rabta bejn il-miżura teknika li aġenzija nazzjonali tal-intelligence jkollha l-ħsieb li tuża u l-objettiv operazzjonali li għalih tintalab tali miżura.

(217)

Barra minn hekk, is-setgħat tal-massa huma disponibbli għall-aġenziji tal-intelligence biss u dejjem ikunu soġġetti għal mandat maħruġ mis-Secretary of State u approvati minn Kummissarju Ġudizzjarju. Fl-għażla tal-mezzi sabiex tinġabar l-intelligence, irid jiġi kkunsidrat jekk l-objettiv inkwistjoni jistax jitfittex b’“mezzi anqas intrużivi” (362). Dan l-approċċ isegwi mill-qafas tal-leġiżlazzjoni li huwa mibni fuq il-prinċipju tal-proporzjonalità u, għalhekk, jagħti prijorità lill-ġbir tal-massa.

3.3.1.1.4.1   Interċettazzjoni tal-massa u interferenza tat-tagħmir tal-massa

(218)

Ir-reġim għall-interċettazzjoni tal-massa huwa pprovdut fil-Kapitolu 1 tal-Parti 6 tal-IPA 2016 filwaqt li l-Kapitolu 3 tal-istess Parti jirregola l-interferenza tat-tagħmir tal-massa. Dawn ir-reġimi huma sostanzjalment l-istess, u għalhekk il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji addizzjonali applikabbli għal dawk il-mandati jiġu analizzati flimkien.

(i)   Kundizzjonijiet u kriterji għall-ħruġ tal-mandat

(219)

Mandat ta’ interċettazzjoni tal-massa huwa limitat għall-interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet matul it-trażmissjoni tagħhom mibgħuta jew riċevuti minn individwi li jkunu barra mill-Gżejjer Brittaniċi (363), l-hekk imsejħa “komunikazzjonijiet relatati ma’ barra l-pajjiż” (364), kif ukoll data rilevanti oħra u l-għażla sussegwenti għall-eżaminazzjoni tal-materjal interċettat (365). Mandat ta’ interferenza ta’ tagħmir tal-massa (366) jawtorizza lid-destinatarju sabiex jiżgura interferenza ma’ kwalunkwe tagħmir bl-għan li jikseb komunikazzjonijiet relatati ma’ barra l-pajjiż (inkluża kwalunkwe ħaġa li tinkludi diskors, mużika, ħsejjes, immaġnijiet viżwali jew data ta’ kwalunkwe deskrizzjoni), data tat-tagħmir (data li tippermetti jew tiffaċilita l-funzjonament ta’ servizz postali; sistema tat-telekomunikazzjoni; servizz ta’ telekomunikazzjoni) jew kwalunkwe informazzjoni oħra (367).

(220)

Is-Secretary of State jista’ joħroġ mandat kbir biss wara talba magħmula minn kap ta’ servizz tal-intelligence (368). Mandat li jawtorizza interċettazzjoni tal-massa jew interferenza tat-tagħmir tal-massa jrid jinħareġ biss jekk ikun meħtieġ għall-interess tas-sigurtà nazzjonali u għal fini ieħor ta’ prevenzjoni jew ta’ sejbien ta’ delitt gravi, jew fl-interess tal-benessri ekonomiku tar-Renju Unit meta jkun rilevanti għas-sigurtà nazzjonali (369). Barra minn hekk, it-Taqsima 142(7) tal-IPA 2016 tirrikjedi li mandat ta’ interċettazzjoni tal-massa jrid jiġi speċifikat f’aktar dettall milli sempliċi referenza għall-“interessi tas-sigurtà nazzjonali”, għall-“benessri ekonomiku tar-Renju Unit” u għall-“prevenzjoni u ġlieda kontra l-kriminalità serja” iżda trid tkun stabbilita rabta bejn il-miżura mfittxija u fini operazzjonali wieħed jew aktar li jrid ikun inkluż fil-mandat.

(221)

L-għażla tal-fini operazzjonali hija riżultat ta’ proċess b’diversi saffi. It-Taqsima 142(4) tipprovdi li l-finijiet operazzjonali speċifikati fil-mandat iridu jiġu speċifikati f’lista miżmuma mill-kapijiet tas-servizzi tal-intelligence, bħala finijiet li huma jqisu bħala finijiet operazzjonali li għalihom il-kontenut interċettat jew id-data sekondarja miksuba taħt mandati ta’ interċettazzjoni tal-massa jistgħu jintgħażlu għal eżaminazzjoni. Il-lista ta’ finijiet operazzjonali trid tiġi approvata mis-Secretary of State. Is-Secretary of State jista’ jagħti din l-approvazzjoni biss jekk ikun sodisfatt li l-fini operazzjonali jkun speċifikat f’livell akbar ta’ dettall mir-raġunijiet ġenerali għall-awtorizzazzjoni tal-mandat (sigurtà nazzjonali jew sigurtà nazzjonali u benessri ekonomiku jew prevenzjoni ta’ delitt gravi) (370). Fi tmiem kull perjodu rilevanti ta’ tliet xhur, is-Secretary of State jeħtieġlu jagħti kopja tal-lista ta’ finijiet operazzjonali lill-ISC Parlamentari. Fl-aħħar nett, il-Prim Ministru jeħtieġlu jirrieżamina l-lista ta’ finijiet operazzjonali tal-anqas darba fis-sena (371). Kif ġie nnotat mill-High Court, “dawn ma għandhomx jitwarrbu bħala salvagwardji insinifikanti, peress li flimkien jibnu sett kumpless ta’ modi ta’ responsabbiltà, li jinvolvu lill-Parlament kif ukoll lill-membri tal-gvern fl-ogħla livell” (372).

(222)

Tali finijiet operazzjonali jillimitaw ukoll il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għażla tal-materjal ta’ interċettazzjoni għall-istadju tal-eżaminazzjoni. L-għażla għall-eżaminazzjoni ta’ kwalunkwe materjal miġbur skont il-mandat tal-massa trid tkun iġġustifikata fid-dawl tal-fini(jiet) operazzjonali. Kif spjegat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, dan ifisser li l-arranġamenti prattiċi dwar l-eżaminazzjoni jridu jiġu vvalutati mis-Secretary of State diġà sa mill-istadju tal-mandat, filwaqt li jiġu pprovduti biżżejjed dettalji sabiex jiġu ssodisfati d-dmirijiet statutorji skont it-taqsimiet 152 u 193 tal-IPA 2016 (373). Id-dettalji mogħtija lis-Secretary of State fir-rigward ta’ dawk l-arranġamenti jeħtieġ li jinkludu, pereżempju, informazzjoni (jekk applikabbli) dwar kif l-arranġamenti ta’ filtrazzjoni jistgħu jvarjaw matul iż-żmien li matulu mandat ikollu effett (374). Għal aktar dettalji dwar il-proċess u s-salvagwardji applikati għall-fażijiet ta’ filtrazzjoni u ta’ eżaminazzjoni, ara l-premessa (229) below.

(223)

Setgħa tal-massa tista’ tiġi awtorizzata biss jekk tkun proporzjonata għal dak li jkun qed jitfittex li jinkiseb (375). Kif speċifikat fil-Code of Practice on Interception, kwalunkwe valutazzjoni tal-proporzjonalità tinvolvi “l-ibbilanċjar tas-serjetà tal-intrużjoni fil-privatezza (u ta’ kunsiderazzjonijiet oħrajn stabbiliti fit-taqsima 2(2)) kontra l-ħtieġa għall-attività f’termini investigattivi, operazzjonali jew ta’ kapaċità. Jenħtieġ li l-imġiba awtorizzata toffri prospett realistiku li ġġib il-benefiċċju mistenni u ma għandhiex tkun sproporzjonata jew arbitrarja” (376). Kif diġà ntqal, dan ifisser li fil-prattika t-test tal-proporzjonalità jkun bbażat fuq test tal-bilanċ bejn dak li qed jitfittex li jinkiseb (“fini(jiet) operazzjonali”) u l-għażliet tekniċi disponibbli (eż. interċettazzjoni mmirata jew tal-massa, interferenza tat-tagħmir, kisba tad-data ta’ komunikazzjoni), bl-għoti ta’ preferenza lill-mezzi l-anqas intrużivi (ara l-premessi (181) u (182) above). Meta aktar minn miżura waħda tkun xierqa għall-objettiv, trid tingħata preferenza lill-mezzi anqas intrużivi.

(224)

Salvagwardja addizzjonali dwar il-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-miżura mitluba hija żgurata mill-fatt li s-Secretary of State jeħtieġlu jirċievi l-informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex iwettaq il-valutazzjoni tiegħu kif xieraq. B’mod partikolari, il-Code of Practice on Interception u l-Code of Practice on Equipment Interference jirrikjedu li t-talba ppreżentata mill-awtorità rilevanti jenħtieġ li ssemmi l-isfond tat-talba, id-deskrizzjoni tal-komunikazzjonijiet li għandhom jiġu interċettati u l-operaturi tat-telekomunikazzjoni meħtieġa li jassistu, id-deskrizzjoni tal-imġiba li għandha tiġi awtorizzata, il-finijiet operazzjonali, u spjegazzjoni dwar għaliex l-imġiba tkun neċessarja u proporzjonata (377).

(225)

Finalment huwa importanti li jingħad li d-deċiżjoni tas-Secretary of State li joħroġ il-mandat trid tiġi approvata minn Kummissarju Ġudizzjarju indipendenti li jivvaluta l-evalwazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tal-miżura proposta, billi juża l-istess prinċipji li jintużaw minn qorti f’talba għal stħarriġ ġudizzjarju (378). Aktar speċifikament, il-Kummissarju Ġudizzjarju jirrieżamina l-konklużjonijiet tas-Secretary of State dwar jekk il-mandat ikunx neċessarju u jekk l-imġiba tkunx proporzjonata fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2(2) tal-IPA 2016 (dmirijiet ġenerali fir-rigward tal-privatezza). Il-Kummissarju Ġudizzjarju jirrevedi wkoll il-konklużjonijiet tas-Secretary of State dwar jekk kull wieħed mill-finijiet operazzjonali speċifikati fil-mandat ikunx fini li għalih l-għażla tkun, jew tista’ tkun, neċessarja. Jekk il-Kummissarju Ġudizzjarju jirrifjuta li japprova d-deċiżjoni li joħroġ mandat, is-Secretary of State jista’ jew: (i) jaċċetta d-deċiżjoni u, għalhekk, ma joħroġx il-mandat; jew (ii) jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissarju għas-Setgħat Investigattivi għal deċiżjoni (sakemm il-Kummissarju għas-Setgħat Investigattivi ma jkunx ħa d-deċiżjoni oriġinali) (379).

(ii)   Salvagwardji addizzjonali

(226)

L-IPA 2016 introduċa aktar limiti fuq id-durata, fuq it-tiġdid u fuq il-modifika ta’ mandat tal-massa. Il-mandat irid ikollu durata massima ta’ sitt xhur u kwalunkwe deċiżjoni sabiex jiġġedded jew jiġi mmodifikat (ħlief modifiki minuri) il-mandat trid tiġi approvata wkoll minn Kummissarju Ġudizzjarju (380). Il-Code of Practice on Interception u l-Code of Practice on Equipment Interference speċifikaw li tibdil fil-finijiet operazzjonali tal-mandat jitqies bħala modifika kbira tal-mandat (381).

(227)

B’mod simili għal dak li huwa pprovdut għall-interċettazzjoni mmirata, il-Parti 6 tal-IPA 2016 tipprovdi li s-Secretary of State jeħtieġlu jiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti sabiex jiġu pprovduti salvagwardji dwar iż-żamma u l-iżvelar ta’ materjal miksub taħt il-mandat (382) ., kif ukoll għall-iżvelar barra l-pajjiż (383). B’mod partikolari, it-Taqsimiet 150(5) u 191(5) tal-IPA 2016 jeħtieġu li kull kopja magħmula minn kwalunkwe wieħed minn dawk il-materjali miġbura skont il-mandat trid tinħażen b’mod sikur u tinqered hekk kif ma jkun għad hemm l-ebda raġuni rilevanti għaż-żamma tagħha, filwaqt li t-Taqsimiet 150(2) u 191(2) jirrikjedu li n-numru ta’ persuni li lilhom jiġi żvelat il-materjal u l-punt sa fejn jiġi żvelat, jitqiegħed għad-dispożizzjoni jew ikkupjat kwalunkwe materjal ikun limitat għall-minimu li jkun neċessarju għall-finijiet statutorji (384).

(228)

Fl-aħħar nett, meta l-materjal li jkun ġie interċettat jew permezz ta’ interċettazzjoni tal-massa jew permezz ta’ interferenza tat-tagħmir tal-massa jkun se jingħadda lil pajjiż terz (“żvelar barra l-pajjiż”), l-IPA 2016 jipprovdi li s-Secretary of State jeħtieġlu jiżgura li jkun hemm arranġamenti xierqa fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li jkunu jeżistu salvagwardji simili dwar is-sigurtà, iż-żamma u l-iżvelar f’dak il-pajjiż terz (385). Barra minn hekk, it-Taqsima 109 tad-DPA 2018 tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għal trasferimenti internazzjonali ta’ data personali minn servizzi ta’ intelligence lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, u ma tippermettix li data tiġi ttrasferita lejn pajjiż jew territorju barra mir-Renju Unit jew lil organizzazzjoni internazzjonali, sakemm it-trasferiment ma jkunx meħtieġ u proporzjonat għall-fini tal-funzjonijiet statutorji tal-kontrollur jew għal finijiet oħra previsti fit-Taqsima 2(2)(a) tal-Att dwar is-Servizzi ta’ Sigurtà 1989 jew it-Taqsimiet 2(2)(a) u 4(2)(a) tal-Att dwar is-Servizzi tal-Intelligence 1994 (386). Huwa importanti li dawn ir-rekwiżiti japplikaw ukoll f’każijiet fejn tiġi invokata l-eżenzjoni tas-sigurtà nazzjonali skont it-Taqsima 110 tad-DPA 2018, peress li t-Taqsima 110 tad-DPA 2018 ma telenkax it-Taqsima 109 tad-DPA 2018 bħala waħda mid-dispożizzjonijiet li jistgħu ma jiġux applikati jekk tkun meħtieġa eżenzjoni minn ċerti dispożizzjonijiet għall-fini tas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali.

(229)

Ladarba l-mandat ikun ġie approvat u d-data tkun inġabret bil-massa, id-data tkun soġġetta għal għażla qabel ma tiġi eżaminata. Il-fażi tal-għażla u tal-eżaminazzjoni tiġi soġġetta għal test tal-proporzjonalità ulterjuri mwettaq mill-analist li jiddefinixxi, fuq il-bażi tal-finijiet operazzjonali inklużi fil-mandat (u l-arranġamenti ta’ filtrazzjoni potenzjalment eżistenti), il-kriterji għall-għażla. Kif previst mit-Taqsimiet 152 u 193 tal-IPA, meta joħroġ il-mandat, is-Secretary of State jeħtieġlu jiżgura li jkunu fis-seħħ arranġamenti li jiggarantixxu li l-għażla tal-materjal issir biss għall-finijiet operazzjonali speċifikati u li tkun meħtieġa u proporzjonata fiċ-ċirkustanzi kollha. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet tar-Renju Unit iċċaraw li l-materjal interċettat bil-massa jintgħażel, l-ewwel nett, permezz ta’ filtrazzjoni awtomatizzata bl-għan li tiġi skartata data li x’aktarx ma tkunx ta’ interess għas-sigurtà nazzjonali. Il-filtri jvarjaw minn żmien għal żmien (hekk kif jinbidlu l-mudelli, it-tipi u l-protokolli tat-traffiku tal-internet) u jiddependu mit-teknoloġija u mill-kuntest operazzjonali. Wara din il-fażi, id-data tista’ tintgħażel għall-eżaminazzjoni biss jekk tkun rilevanti għall-finijiet operazzjonali speċifikati fil-mandat (387). Is-salvagwardji pprovduti mill-IPA 2016 għall-eżami tal-materjal miġbur japplikaw għal kwalunkwe tip ta’ data (kemm il-kontenut interċettat kif ukoll id-data sekondarja) (388). It-Taqsimiet 152 u 193 tal-IPA 2016 jipprevedu wkoll projbizzjoni ġenerali li jintgħażel materjal ta’ eżaminazzjoni li jirreferi għal konverżazzjonijiet mibgħuta minn jew maħsuba għal individwi li jinsabu fil-Gżejjer Brittaniċi. Jekk l-awtoritajiet ikunu jixtiequ jeżaminaw materjal bħal dan, ikollhom jissottomettu talba għal mandat ta’ eżaminazzjoni mmirata skont il-Parti 2 u l-Parti 4 tal-IPA 2016, maħruġ mis-Secretary of State u approvat minn Kummissarju Ġudizzjarju (389). Jekk persuna tagħżel kontenut interċettat apposta għall-eżaminazzjoni bi ksur tar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjonijiet (390), hija tkun qed twettaq reat kriminali (391).

(230)

Il-valutazzjoni mwettqa mill-analist dwar l-għażla tal-materjal hija soġġetta għal sorveljanza ex post mill-IPC li jevalwa l-konformità mas-salvagwardji speċifiċi stabbiliti fl-IPA 2016 għall-fażi ta’ eżaminazzjoni (392) (ara wkoll il-premessa (229)). L-IPC jeħtieġlu jżomm taħt rieżami (inkluż permezz ta’ awditjar, spezzjoni u investigazzjoni) l-eżerċizzju mill-awtoritajiet pubbliċi tas-setgħat investigattivi msemmija fl-IPA 2016 (393). F’dan ir-rigward, il-Code of Practice on Interception u l-Code of Practice on Equipment Interference jiċċaraw li r-rekords iridu jinżammu mill-aġenzija għall-finijiet ta’ eżaminazzjoni u ta’ awditi sussegwenti, u dawn ir-rekords iridu jiddeskrivu għaliex l-aċċess għall-materjal minn persuni awtorizzati jkun neċessarju u proporzjonat u l-finijiet operazzjonali applikabbli (394). Pereżempju, fir-Rapport annwali tal-2018, l-Investigatory Powers Commissioner Office (IPCO) (395) ikkonkluda li l-ġustifikazzjonijiet miżmuma fir-rekords mill-analist għall-eżaminazzjoni ta’ ċertu materjal miġbur bil-massa kienu jissodisfaw l-istandard meħtieġ tal-proporzjonalità, billi pprovdew biżżejjed dettalji dwar ir-raġunijiet għad-“domandi” tagħhom fir-rigward tal-fini li għandu jinkiseb (396). Fir-rapport tiegħu tal-2019, l-IPCO, fir-rigward tas-setgħat tal-massa, iddikjara b’mod ċar l-intenzjoni tiegħu li jkompli l-ispezzjonijiet tal-interċettazzjonijiet tal-massa, inkluż eżami dettaljat tas-seletturi u l-kriterji tat-tiftix (397). Huwa se jkompli wkoll jiskrutinizza bir-reqqa, fuq bażi ta’ każ b’każ, l-għażla ta’ miżuri ta’ sorveljanza (immirati v. tal-massa) kemm waqt il-konsiderazzjoni tiegħu ta’ applikazzjonijiet għall-mandati taħt is-serratura doppja kif ukoll waqt l-ispezzjonijiet (398). Dan il-monitoraġġ ulterjuri se jitqies kif xieraq fil-kuntest tal-monitoraġġ mill-Kummissjoni ta’ din id-Deċiżjoni msemmija fil-premessi (281)-(284).

3.3.1.1.4.2   Kisba ta’ data ta’ komunikazzjonijiet tal-massa

(231)

Il-Kapitolu 2 tal-Parti 6 tal-IPA 2016 jirregola l-mandati ta’ kisba tal-massa li jawtorizzaw lid-destinatarju sabiex jitlob lil operatur tat-telekomunikazzjoni jiżvela jew jikseb kwalunkwe data ta’ komunikazzjonijiet fil-pussess tal-operatur. Dawn il-mandati jawtorizzaw ukoll lill-awtorità rikjedenti sabiex tagħżel id-data għall-fażi ulterjuri tal-eżaminazzjoni. Hekk kif inhu l-każ għaż-żamma u għall-kisba mmirati tad-data ta’ komunikazzjonijiet (ara l-premessa (199)), anki l-kisba tad-data ta’ komunikazzjonijiet tal-massa normalment ma tkunx tikkonċerna data personali ta’ suġġetti tad-data tal-UE ttrasferita skont din id-Deċiżjoni lir-Renju Unit. L-obbligu li tiġi żvelata d-data ta’ komunikazzjonijiet skont il-Kapitolu 2 tal-Parti 6 tal-IPA 2016 ikopri data li tinġabar mill-operaturi tat-telekomunikazzjoni fir-Renju Unit direttament mill-utenti ta’ servizz ta’ telekomunikazzjoni (399). Dan it-tip ta’ pproċessar “li jħares lejn il-klijent” tipikament ma jinvolvix trasferiment fuq il-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri trasferiment minn kontrollur/minn proċessur fl-UE lil kontrollur/lil proċessur fir-Renju Unit.

(232)

Madankollu, għall-fini ta’ kompletezza, il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji li jirregolaw il-kisba tad-data ta’ komunikazzjonijiet tal-massa huma deskritti hawn taħt.

(233)

L-IPA 2016 jissostitwixxi l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-kisba tad-data ta’ komunikazzjonijiet tal-massa li kienet is-suġġett tas-sentenza tal-QĠUE fil-kawża Privacy International. Il-leġiżlazzjoni inkwistjoni f’dak il-każ ġiet irrevokata u r-reġim il-ġdid jipprevedi kundizzjonijiet u għal salvagwardji speċifiċi li fihom tista’ tiġi awtorizzata tali miżura.

(234)

B’mod partikolari, b’mod differenti mir-reġim preċedenti li bih is-Secretary of State kellu diskrezzjoni sħiħa fl-awtorizzazzjoni tal-miżura (400), l-IPA 2016 jirrikjedi li s-Secretary of State joħroġ mandat biss jekk il-miżura tkun neċessarja u proporzjonata. Fil-prattika dan ifisser li jenħtieġ li jkun hemm rabta bejn l-aċċess għad-data u l-għan imfittex (401). B’mod aktar speċifiku, is-Secretary of State jkollu jivvaluta l-eżistenza ta’ rabta bejn il-miżura mitluba u “fini operazzjonali” wieħed jew aktar indikat fil-mandat (ara l-premessa (219)) fir-rigward tal-valutazzjoni tal-proporzjonalità, il-Kodiċi ta’ Prattika rilevanti jispeċifika li “s-Secretary of State jeħtieġlu jqis jekk dak li qed jintalab jinkiseb mill-mandat jistax jinkiseb b’mod raġonevoli b’mezzi oħrajn anqas intrużivi (it-Taqsima 2(2)(a) tal-Att). Pereżempju, il-kisba tal-informazzjoni meħtieġa permezz ta’ setgħa anqas intrużiva bħall-kisba mmirata tad-data ta’ komunikazzjonijiet” (402).

(235)

Sabiex iwettaq tali valutazzjoni, is-Secretary of State jibbaża fuq informazzjoni li l-kapijiet tal-intelligence (403) huma meħtieġa jissottomettu fit-talba tagħhom, bħar-raġunijiet għaliex il-miżura tkun meqjusa neċessarja għal waħda mir-raġunijiet statutorji u r-raġunijiet għaliex dak li qed jitfittex li jinkiseb ma jistax jinkiseb b’mod raġonevoli b’mezzi oħrajn anqas intrużivi (404). Barra minn hekk, il-finijiet operazzjonali jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni li għalih id-data miksuba permezz tal-mandat tista’ tintgħażel għall-eżaminazzjoni (405). Kif speċifikat fil-Kodiċi ta’ Prattika rilevanti, il-finijiet operazzjonali jridu jiddeskrivu rekwiżit ċar u jinkludu biżżejjed dettall sabiex jissodisfaw lis-Secretary of State li d-data miksuba tista’ tintgħażel biss għal eżaminazzjoni għal raġunijiet speċifiċi (406). Fil-fatt, qabel ma jawtorizza l-mandat, is-Secretary of State jkollu jiżgura li jkunu fis-seħħ arranġamenti speċifiċi li jiżguraw li dak il-materjal meqjus neċessarju għall-eżaminazzjoni għal fini operazzjonali u għal fini statutorju biss jintgħażel għall-eżaminazzjoni u jenħtieġ li jkun proporzjonat u neċessarju fiċ-ċirkustanzi kollha. Dan ir-rekwiżit speċifiku, rifless fit-Taqsimiet 158 u 172 (407) tal-IPA 2016, rigward il-valutazzjoni minn qabel tan-neċessità u tal-proporzjonalità tal-kriterji użati għall-finijiet tal-għażla jirrappreżenta novità importanti oħra tar-reġim introdott mill-IPA 2016 meta mqabbel mar-reġim li kien fis-seħħ qabel.

(236)

L-IPA 2016 introduċa wkoll l-obbligu għas-Secretary of State, sabiex jiżgura li, qabel ma joħroġ il-mandat għall-kisba tad-data ta’ komunikazzjonijiet tal-massa, ikun hemm fis-seħħ limitazzjonijiet speċifiċi dwar is-sigurtà, iż-żamma u l-iżvelar tad-data personali miġbura (408). Fil-każ ta’ żvelar barra l-pajjiż, is-salvagwardji, deskritti fil-premessa (227), għall-interċettazzjoni tal-massa u għall-interferenza tat-tagħmir tal-massa japplikaw anki f’dan il-kuntest (409). Limiti oħrajn huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar id-durata (410), it-tiġdid (411) u l-modifika tal-mandati tal-massa (412).

(237)

Huwa importanti li, bħal fil-każ tas-setgħat tal-massa l-oħrajn, qabel ma joħroġ il-mandat, is-Secretary of State jeħtieġ li jikseb l-approvazzjoni minn Kummissarju Ġudizzjarju (413). Din hija karatteristika importanti tar-reġim stabbilit mill-IPA 2016.

(238)

L-IPC iwettaq sorveljanza ex post fuq il-proċedura ta’ eżaminazzjoni fuq il-materjal (data ta’ komunikazzjonijiet) tal-massa miksub (ara l-premessa (254) below). F’dak ir-rigward, l-IPA 2016 introduċa r-rekwiżit li l-analist tal-intelligence li jwettaq l-eżaminazzjoni, irid jirreġistra, qabel ma jagħżel id-data għall-eżaminazzjoni, ir-raġuni għaliex l-eżaminazzjoni proposta tkun neċessarja u proporzjonata għal fini operazzjonali speċifikat (414). Fl-IPCO Annual Report 2019, fir-rigward tal-prattika tal-GCHQ u tal-MI5 instab li “r-rwol kritiku tad-data ta’ komunikazzjonijiet tal-massa (BCD) għall-medda ta’ attivitajiet imwettqa fil-GCHQ kien artikolat sew fil-każijiet li spezzjonajna. Aħna qisna n-natura tad-data mitluba u r-rekwiżiti tal-intelligence ddikjarati u konna sodisfatti li d-dokumentazzjoni wriet li l-approċċ tagħhom kien neċessarju u proporzjonat” (415). Il-ġustifikazzjonijiet irrekordjati tal-MI5 kienu ta’ standard tajjeb u kienu jissodisfaw il-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità” (416).

3.3.1.1.4.3   Żamma u eżaminazzjoni ta’ settijiet ta’ data personali tal-massa

(239)

Il-mandati ta’ Sett ta’ Data Personali tal-Massa (BPD) (417) jawtorizzaw lill-aġenziji tal-intelligence sabiex iżommu u jeżaminaw settijiet ta’ data li jkun fihom data personali relatata ma’ numru ta’ individwi. Skont l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, l-analiżi ta’ dawn is-settijiet ta’ data tista’ tkun “l-uniku mod sabiex il-UKIC jagħmel progress fl-investigazzjonijiet u jidentifika terroristi minn spunt ta’ intelligence limitat ħafna, jew meta l-komunikazzjonijiet tagħhom ikunu nħbew apposta” (418). Hemm żewġ tipi ta’ mandati: “mandati tal-BPD ta’ klassi” (419) li jikkonċernaw ċerta kategorija ta’ settijiet ta’ data, jiġifieri settijiet ta’ data li jkunu simili fil-kontenut tagħhom u fl-użu propost u li jqajmu kunsiderazzjonijiet simili dwar, pereżempju, il-grad ta’ intrużjoni u ta’ sensittività u l-proporzjonalità tal-użu tad-data, sabiex b’hekk is-Secretary of State jkun jista’ jqis in-neċessità u l-proporzjonalità tal-kisba tad-data kollha fi ħdan il-klassi rilevanti f’daqqa. Pereżempju, mandat tal-BPD ta’ klassi jista’ jkopri settijiet ta’ data tal-ivvjaġġar li jkunu relatati ma’ rotot simili (420). Minflok, “mandati tal-BPD speċifiċi” (421) jikkonċernaw sett ta’ data speċifiku wieħed, bħal sett ta’ data ta’ tip ta’ informazzjoni ġdid jew mhux tas-soltu li ma jaqax taħt mandat eżistenti tal-BPD ta’ klassi, jew sett ta’ data li jikkonċerna tipi speċifiċi ta’ data personali (422) u għalhekk jeħtieġ salvagwardji addizzjonali (423). Id-dispożizzjonijiet tal-IPA 2016 relatati mal-BPDs jippermettu li dawn is-settijiet ta’ data jiġu eżaminati u jinżammu biss fejn ikun neċessarju u proporzjonat li jsir dan (424), u f’konformità mal-obbligi ġenerali relatati mal-privatezza (425).

(240)

Is-setgħa li jinħareġ mandat tal-BPD hija soġġetta għall-proċedura ta’ “double-lock”: il-valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tal-miżura titwettaq l-ewwel mis-Secretary of State u mbagħad mill-Kummissarju Ġudizzjarju (426). Is-Secretary of State huwa meħtieġ jikkunsidra n-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tat-tip ta’ mandat li jitfittex, il-kategorija tad-data kkonċernata u n-numru ta’ settijiet ta’ data personali tal-massa individwali li x’aktarx jaqgħu taħt it-tip speċifiku tal-mandat (427). Barra minn hekk, kif speċifikat fil-Code of Practice on Intelligence Services’ Retention and Use of Bulk Personal Datasets, għandhom jinżammu rekords dettaljati u dawn huma soġġetti għal awditu mill-IPC (428). Iż-żamma u l-eżaminazzjoni tal-BPD barra mil-limiti tal-IPA 2016 huma reat kriminali (429).

3.3.2   Użu ulterjuri tal-informazzjoni miġbura

(241)

Data personali pproċessata skont il-Parti 4 tad-DPA 2018 ma għandhiex tiġi pproċessata b’mod li ma jkunx kompatibbli mal-fini li għalih tkun inġabret (430). Id-DPA 2018 jipprovdi li l-kontrollur jista’ jipproċessa d-data għal fini ieħor, differenti minn dak li għalih tkun inġabret id-data, meta dan ikun kompatibbli ma’ dak oriġinali u dment li l-kontrollur ikun awtorizzat bil-liġi li jipproċessa d-data u li dak l-ipproċessar ikun neċessarju u proporzjonat (431). Barra minn hekk, is-Security Service Act 1989 u l-Intelligence Services Act 1994 jispeċifikaw li l-kapijiet tal-aġenziji tal-intelligence għandhom id-dmir li jiżguraw li ma tinkiseb jew ma tiġi żvelata l-ebda informazzjoni ħlief sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq xieraq tal-funzjonijiet tal-aġenzija jew għall-finijiet limitati u speċifiċi l-oħrajn elenkati fid-dispożizzjonijiet rilevanti (432).

(242)

Barra minn hekk, it-Taqsima 109 tad-DPA 2018 tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għat-trasferimenti internazzjonali ta’ data personali mis-servizzi tal-intelligence lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali. Skont din id-dispożizzjoni, data personali ma tistax tiġi ttrasferita lejn pajjiż jew lejn territorju barra mir-Renju Unit jew lil organizzazzjoni internazzjonali, sakemm it-trasferiment ma jkunx neċessarju u proporzjonat għall-fini tal-funzjonijiet statutorji tal-kontrollur jew għal finijiet oħrajn previsti fit-Taqsima 2(2)(a) tas-Security Service Act 1989 jew fit-Taqsimiet 2(2)(a) u 4(2)(a) tal-Intelligence Services Act 1994 (433). Huwa importanti li dawn ir-rekwiżiti japplikaw ukoll f’każijiet fejn tiġi invokata l-eżenzjoni tas-sigurtà nazzjonali skont it-Taqsima 110 tad-DPA 2018, peress li t-Taqsima 110 tad-DPA 2018 ma telenkax it-Taqsima 109 tad-DPA 2018 bħala waħda mid-dispożizzjonijiet li jistgħu ma jiġux applikati jekk tkun meħtieġa eżenzjoni minn ċerti dispożizzjonijiet għall-fini tas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali.

(243)

Barra minn hekk, kif enfasizzat mill-ICO fil-gwida tagħha dwar l-ipproċessar tas-servizzi ta’ intelligence, minbarra s-salvagwardji pprovduti mill-Parti 4 tad-DPA 2018, aġenzija tal-intelligence, meta tikkondividi d-data ma’ korp tal-intelligence ta’ pajjiż terz, hija wkoll soġġetta għal salvagwardji pprovduti minn miżuri leġiżlattivi oħra li japplikaw għalihom biex jiġi żgurat li d-data personali tinkiseb, tiġi kondiviża u ttrattata b’mod legali u responsabbli (434). Pereżempju, l-IPA 2016 jistabbilixxi salvagwardji ulterjuri fir-rigward tat-trasferimenti lejn pajjiż terz ta’ materjal miġbur permezz ta’ interċettazzjoni mmirata (435), interferenza tat-tagħmir immirata (436), interċettazzjoni tal-massa (437), kisba tad-data ta’ komunikazzjonijiet tal-massa (438) u interferenza tat-tagħmir tal-massa (439) (l-hekk imsejħa “żvelar barra l-pajjiż”). B’mod partikolari, l-awtorità li toħroġ il-mandat jeħtiġilha tiżgura li jkun hemm arranġamenti fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li l-pajjiż terz li jirċievi d-data jillimita n-numru ta’ persuni li jaraw il-materjal, u l-firxa tal-iżvelar u n-numru ta’ kopji magħmula minn kwalunkwe materjal sal-minimu meħtieġ għall-finijiet awtorizzati stabbiliti fl-IPA 2016 (440).

3.3.3   Sorveljanza

(244)

L-aċċess tal-gvern għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali huwa ssorveljat minn numru ta’ korpi differenti. Il-Kummissarju tal-Informazzjoni jissorvelja l-ipproċessar ta’ data personali fid-dawl tad-DPA 2018 (għal aktar informazzjoni dwar l-indipendenza, ir-rwol tal-ħatra u s-setgħat tal-Kummissarju, ara l-premessi (85) sa (98)), filwaqt li l-IPC jipprovdi sorveljanza indipendenti u ġudizzjarja dwar l-użu tas-setgħat investigattivi skont l-IPA 2016. L-IPC jissorvelja l-użu tas-setgħat investigattivi tal-IPA 2016 kemm mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kif ukoll mill-awtoritajiet tas-sigurtà nazzjonali. Is-sorveljanza politika hija ggarantita mill-Intelligence Service Committee tal-Parlament.

3.3.3.1   Sorveljanza skont il-Parti 4 tad-DPA

(245)

L-ipproċessar ta’ data personali mwettaq mis-servizzi tal-intelligence skont il-Parti 4 tad-DPA 2018 huwa ssorveljat mill-Kummissarju tal-Informazzjoni (441).

(246)

Il-funzjonijiet ġenerali tal-Kummissarju tal-Informazzjoni fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mis-servizzi tal-intelligence skont il-Parti 4 tad-DPA 2018 huma stabbiliti fl-Iskeda 13 tad-DPA 2018. Il-kompiti jinkludu l-monitoraġġ u l-infurzar tal-Parti 4 tad-DPA 2018, il-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, l-għoti ta’ pariri lill-Parlament, lill-gvern u lil istituzzjonijiet oħrajn dwar miżuri leġiżlattivi u amministrattivi, il-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni tal-kontrolluri u tal-proċessuri dwar l-obbligi tagħhom, l-għoti ta’ informazzjoni lil suġġett tad-data dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, it-twettiq ta’ investigazzjonijiet, eċċ.

(247)

Il-Kummissarju, bħal fil-Parti 3 tad-DPA 2018, għandu s-setgħat li jinnotifika lill-kontrolluri dwar ksur allegat u li joħroġ twissijiet li pproċessar x’aktarx jikser ir-regoli, u li joħroġ ċanfiriet meta jiġi kkonfermat il-ksur. Jista’ joħroġ ukoll avviżi ta’ infurzar u ta’ penali għall-ksur ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-att (442). Madankollu, b’mod differenti minn kif jiġri għal partijiet oħra tad-DPA 2018, il-Kummissarju ma jistax jagħti avviż ta’ valutazzjoni lil korp tas-sigurtà nazzjonali (443).

(248)

Barra minn hekk, it-Taqsima 110 tad-DPA 2018 tipprovdi eċċezzjoni għall-użu ta’ ċerti setgħat tal-Kummissarju meta dan ikun meħtieġ għall-finijiet tas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali. Dawn jinkludu s-setgħa tal-Kummissarju li joħroġ (kwalunkwe tip ta’) avviżi skont id-DPA (avviżi ta’ informazzjoni, ta’ valutazzjoni, ta’ infurzar u ta’ penali), is-setgħa li jagħmel spezzjonijiet f’konformità mal-obbligi internazzjonali, is-setgħat ta’ dħul u ta’ spezzjoni, u r-regoli dwar ir-reati (444). Kif spjegat fil-premessa (126), dawn l-eċċezzjonijiet japplikaw biss jekk ikunu meħtieġa u proporzjonati u fuq bażi ta’ każ b’każ.

(249)

L-ICO u s-servizzi tal-intelligence tar-Renju Unit iffirmaw Memorandum ta’ Qbil (445) li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni f’numru ta’ oqsma, inklużi notifiki ta’ ksur tad-data u l-immaniġġjar tal-ilmenti tas-suġġetti tad-data. B’mod partikolari, dan jipprovdi li malli jirċievi lment, l-ICO jivvaluta li l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe eżenzjoni tas-sigurtà nazzjonali saritx kif xieraq. It-tweġibiet għad-domandi magħmula mill-ICO fil-kuntest tal-eżaminazzjoni tal-ilmenti individwali jridu jingħataw fi żmien 20 jum ta’ xogħol mill-aġenzija tal-intelligence kkonċernata, bl-użu tal-kanali siguri xierqa jekk tkun involuta informazzjoni klassifikata. Minn April 2018 sal-lum, l-ICO rċieva 21 ilment mingħand individwi dwar is-servizzi tal-intelligence. Kull ilment ġie vvalutat u r-riżultat ġie kkomunikat lis-suġġett tad-data (446).

3.3.3.2   Sorveljanza tal-użu tas-setgħat investigattivi skont l-IPA 2016

(250)

Skont il-Parti 8 tal-IPA 2016, is-sorveljanza fuq l-użu tas-setgħat investigattivi tiġi eżerċitata mill-Investigatory Powers Commissioner (IPC). L-IPC huwa assistit minn Kummissarji Ġudizzjarji oħrajn, li kollettivament jissejħu Kummissarji Ġudizzjarji (447). L-IPA 2016 jistabbilixxi l-garanziji li jipproteġu l-indipendenza tal-Kummissarji Ġudizzjarji. Il-Kummissarji ġudizzjarji huma meħtieġa li jkollhom, jew li jkollhom, kariga ġudizzjarja għolja (jiġifieri jridu jkunu jew kienu membri tal-qrati l-aktar anzjani) (448) u, bħal kwalunkwe membru tal-ġudikatura, huma jgawdu minn status indipendenti mill-gvern (449). Skont it-Taqsima 227 tal-IPA 2016, huwa l-Prim Ministru li jaħtar lill-IPC u lill-Kummissarji Ġudizzjarji daqskemm iqis meħtieġ. Il-Kummissarji kollha, kemm jekk huma membri attwali kif ukoll jekk kienu membri tal-ġudikatura, jistgħu jinħatru biss fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni konġunta mit-tliet Kummissarji Ewlenin għall-Ingilterra u Wales, l-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Lord Chancellor (450). Is-Secretary of State jeħtieġlu jipprovdi lill-IPC b’persunal, b’akkomodazzjoni, b’tagħmir u b’faċilitajiet u b’servizzi oħrajn (451). Il-mandat tal-Kummissarji huwa ta’ tliet snin u jistgħu jerġgħu jinħatru (452). Bħala garanzija ulterjuri tal-indipendenza tagħhom, il-Kummissarji Ġudizzjarji jistgħu jitneħħew mill-kariga biss soġġetti għal kundizzjonijiet stretti li jimponu limitu għoli: jew mill-Prim Ministru fiċ-ċirkustanzi speċifiċi elenkati b’mod eżawrjenti fit-Taqsima 228(5) tal-IPA 2016 (bħal falliment jew priġunerija), jew jekk riżoluzzjoni li tapprova t-tneħħija tkun għaddiet minn kull House of Parliament (453).

(251)

L-IPC u l-Kummissarji Ġudizzjarji huma appoġġati fir-rwoli tagħhom mill-Investigatory Powers Commissioner’s Office (IPCO). Il-persunal tal-IPCO jinkludi tim ta’ spetturi, esperti legali u tekniċi interni, u Bord Konsultattiv dwar it-Teknoloġija sabiex jipprovdi pariri minn esperti. Kif inhu l-każ għall-Kummissarji Ġudizzjarji individwali, l-indipendenza tal-IPCO hija protetta. L-IPCO huwa “arm’s-length body” tal-Home Office, jiġifieri jirċievi finanzjament mill-Home Office, iżda jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod indipendenti (454).

(252)

Il-funzjonijiet ewlenin tal-Kummissarji Ġudizzjarji huma stabbiliti fit-Taqsima 229 tal-IPA 2016 (455). B’mod partikolari, il-Kummissarji Ġudizzjarji għandhom setgħa estensiva ta’ approvazzjoni minn qabel, li hija parti mis-salvagwardji introdotti fil-qafas legali tar-Renju Unit bl-IPA 2016. Il-mandati fir-rigward tal-interċettazzjoni mmirata, tal-interferenza tat-tagħmir, tas-settijiet ta’ data personali tal-massa, tal-kisba tad-data ta’ komunikazzjonijiet tal-massa kif ukoll l-avviżi taż-żamma għad-data ta’ komunikazzjonijiet ilkoll iridu jiġu approvati mill-Kummissarji Ġudizzjarji (456). L-IPC dejjem jeħtieġlu jawtorizza minn qabel ukoll il-kisba tad-data ta’ komunikazzjonijiet għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi (457). Jekk Kummissarju jirrifjuta li japprova mandat, is-Secretary of State jista’ jappella mal-Investigatory Powers Commissioner, li d-deċiżjoni tiegħu tkun finali.

(253)

Ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Dritt għall-Privatezza laqa’ bis-sħiħ l-istabbiliment tal-Kummissarji Ġudizzjarji permezz tal-IPA 2016, peress li “t-talbiet l-aktar sensittivi jew intrużivi sabiex titwettaq is-sorveljanza jeħtieġ li jiġu awtorizzati kemm minn ministru tal-kabinett kif ukoll mill-Investigatory Powers Commissioner’s Office”. B’mod partikolari, huwa enfasizza li “dan l-element ta’ stħarriġ ġudizzjarju [permezz tar-rwol tal-IPC] megħjun minn tim b’aktar riżorsi ta’ spetturi b’esperjenza u ta’ esperti fit-teknoloġija huwa waħda mill-aktar salvagwardji ġodda sinifikanti introdotti mill-IPA”, li ssostitwiet sistema preċedentement frammentata ta’ awtoritajiet ta’ sorveljanza u tikkomplementa r-rwol tal-Intelligence and Security Committee of Parliament u tal-Investigatory Powers Tribunal” (458).

(254)

Barra minn hekk, l-IPC għandha s-setgħat li twettaq sorveljanza ex post, inkluż permezz ta’ awditjar, spezzjoni u investigazzjoni, tal-użu tas-setgħat investigattivi skont l-IPA tal-2016 (459) u xi setgħat u funzjonijiet oħra previsti fil-leġiżlazzjoni rilevanti (460). Ir-riżultati ta’ tali sorveljanza ex post huma inklużi fir-rapport li l-IPC jeħtieġlu jħejji kull sena u jippreżenta lill-Prim Ministru (461) u li jrid jiġi ppubblikat u ppreżentat quddiem il-Parlament (462). Ir-rapport fih statistika u informazzjoni rilevanti dwar l-użu tas-setgħat investigattivi mill-aġenziji tal-intelligence u mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kif ukoll l-użu tas-salvagwardji fir-rigward ta’ punti soġġetti għal privileġġ legali, ta’ materjal ġurnalistiku kunfidenzjali u ta’ sorsi ta’ informazzjoni ġurnalistika, ta’ informazzjoni dwar l-arranġamenti meħudin u tal-finijiet operazzjonali użati fil-kuntest ta’ mandati tal-massa. Fl-aħħar nett, fir-Rapport Annwali tal-IPCO, huwa speċifikat f’liema qasam ingħataw rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet pubbliċi u kif dawn ġew indirizzati (463).

(255)

Skont it-Taqsima 231 tal-IPA 2016, jekk l-IPC isir jaf b’xi żball rilevanti li jkun sar mill-awtoritajiet pubbliċi fl-użu tas-setgħat investigattivi tagħhom, huwa jeħtieġlu jinforma lill-persuna kkonċernata meta jqis li l-iżball ikun serju u li jkun fl-interess pubbliku li l-persuna tiġi infurmata (464). B’mod partikolari, it-Taqsima 231 tal-IPA 2016 tispeċifika li, meta jinforma lil persuna dwar żball, l-IPC jeħtieġlu jipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe dritt li huwa jippreżenta talba quddiem l-Investigatory Powers Tribunal, u jipprovdi tali dettalji li l-Kummissarju jqis meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet u jkun hemm interess pubbliku fl-iżvelar (465).

3.3.3.3   Sorveljanza Parlamentari tas-Servizzi tal-intelligence

(256)

Is-sorveljanza parlamentari mill-Intelligence and Security Committee (ISC) għandha l-bażi statutorja tagħha fil-Justice and Security Act 2013 (JSA 2013) (466). L-Att jistabbilixxi l-ISC bħala kumitat tal-Parlament tar-Renju Unit. Mill-2013, l-ISC ingħata setgħat akbar inkluża s-sorveljanza ta’ attivitajiet operazzjonali tas-servizzi tas-sigurtà. Skont it-Taqsima 2 tal-JSA 2013, l-ISC għandu l-kompitu li jissorvelja n-nefqa, l-amministrazzjoni, il-politika u l-operazzjonijiet tal-aġenziji tas-sigurtà nazzjonali. Il-JSA 2013 jispeċifika li l-ISC jista’ jwettaq investigazzjonijiet dwar kwistjonijiet operazzjonali meta dawn ma jkunux relatati ma’ operazzjonijiet kontinwi (467). Il-Memorandum ta’ Qbil miftiehem bejn il-Prim Ministru u l-ISC (468) jispeċifika fid-dettall l-elementi li għandhom jitqiesu meta jiġi kkunsidrat jekk attività tkunx parti minn xi operazzjoni li tkun għaddejja (469). L-ISC jista’ jintalab ukoll jinvestiga operazzjonijiet li għadhom għaddejjin mill-Prim Ministru u jista’ jirrieżamina l-informazzjoni pprovduta b’mod volontarju mill-aġenziji.

(257)

Skont l-Iskeda 1 tal-JSA 2013, l-ISC jista’ jitlob lill-kapijiet ta’ kwalunkwe wieħed mit-tliet servizzi tal-intelligence sabiex jiżvelaw kwalunkwe informazzjoni. L-aġenzija jeħtiġilha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli, sakemm is-Secretary of State ma jimponix il-veto tiegħu (470). Skont l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, fil-prattika ftit li xejn hemm informazzjoni li ma tiġix ipprovduta lill-ISC (471).

(258)

L-ISC jikkonsisti f’membri li jappartjenu għal waħda mill-Kmamar tal-Parlament u maħtura mill-Prim Ministru wara li jikkonsulta lill-kap tal-oppożizzjoni (472). L-ISC huwa meħtieġ jagħmel rapport annwali lill-Parlament dwar l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħha u rapporti oħra li huwa jqis xierqa (473). Barra minn hekk, l-ISC huwa intitolat li kull tliet xhur jirċievi l-lista ta’ finijiet operazzjonali li tintuża sabiex jiġi eżaminat il-materjal tal-massa miksub (474). Kopji tal-investigazzjonijiet, tal-ispezzjonijiet jew tal-awditi tal-Investigatory Power Commissioner huma kondiviżi mal-ISC mill-Prim Ministru meta l-kwistjoni tar-rapporti tkun rilevanti għall-kompetenzi statutorji tal-Kumitat (475). Finalment, il-Kumitat jista’ jitlob lill-IPC iwettaq investigazzjoni u l-Kummissarju jeħtieġlu jinforma lill-ISC dwar id-deċiżjoni dwar jekk għandhiex issir tali investigazzjoni (476).

(259)

L-ISC ipprovda wkoll input dwar l-abbozz tal-IPA 2016, li rriżulta f’numru ta’ emendi li issa huma riflessi fl-IPA 2016 (477). B’mod partikolari, l-ISC irrakkomanda t-tisħiħ tal-protezzjonijiet tal-privatezza bl-introduzzjoni ta’ sett ta’ protezzjonijiet tal-privatezza li japplikaw fil-firxa sħiħa ta’ setgħat investigattivi (478). Huwa ssuġġerixxa wkoll tibdiliet fil-kapaċitajiet proposti li jikkonċernaw l-Interferenza tat-Tagħmir, il-BPD u d-Data ta’ Komunikazzjonijiet, u talab emendi speċifiċi oħrajn sabiex jissaħħu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji għall-użu tas-setgħat investigattivi (479).

3.3.4   Rimedju

(260)

Fil-qasam tal-aċċess mill-gvern għal finijiet tas-sigurtà nazzjonali, is-suġġetti tad-data jrid ikollhom il-possibbiltà li jieħdu azzjoni legali quddiem qorti indipendenti u imparzjali sabiex ikollhom aċċess għad-data personali tagħhom, jew sabiex jiksbu r-rettifika jew it-tħassir tat-tali data (480). B’mod partikolari, korp ġudizzjarju bħal dan jeħtieġlu jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet vinkolanti dwar is-servizz tal-intelligence (481). Fir-Renju Unit, kif spjegat fil-premessi (261) sa (271), numru ta’ mezzi ta’ rimedju ġudizzjarju jipprovdu lis-suġġetti tad-data bil-possibbiltà li jfittxu u jiksbu tali rimedji legali.

3.3.4.1   Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli skont il-Parti 4 tad-DPA

(261)

Skont it-Taqsima 165 tad-DPA 2018, suġġett tad-data għandu d-dritt li jippreżenta lment lill-Kummissarju tal-Informazzjoni jekk is-suġġett tad-data jqis li, b’rabta mad-data personali relatata miegħu, ikun seħħ ksur tal-Parti 4 tad-DPA 2018. Il-Kummissarju tal-Informazzjoni għandu s-setgħa li jivvaluta l-konformità tal-kontrollur u tal-proċessur mad-DPA 2018, u jeħtieġhom jieħdu l-passi meħtieġa. Barra minn hekk, skont il-Parti 4 tad-DPA 2018, l-individwi huma intitolati jitolbu lill-High Court (jew lill-Court of Session fl-Iskozja) għal ordni li teħtieġ li l-kontrollur jikkonforma mad-drittijiet ta’ aċċess għad-data (482), ta’ oġġezzjonar għall-ipproċessar (483) u ta’ rettifika jew ta’ tħassir (484).

(262)

L-individwi huma intitolati wkoll li jfittxu kumpens għal dannu mġarrab minħabba ksur ta’ rekwiżit tal-Parti 4 tad-DPA 2018 mill-kontrollur jew minn proċessur (485). Id-dannu jinkludi kemm telf finanzjarju kif ukoll dannu li ma jinvolvux telf finanzjarju, bħal tbatija (486).

3.3.4.2   Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli skont l-IPA 2016

(263)

L-individwi jistgħu jiksbu rimedju għal ksur tal-IPA 2016 quddiem l-Investigatory Powers Tribunal.

(264)

L-Investigatory Powers Tribunal huwa stabbilit bl-RIPA 2000 u huwa indipendenti mill-eżekuttiv (487). F’konformità mat-Taqsima 65 tal-RIPA 2000, il-membri ta’ dak it-Tribunal jinħatru mill-Maestà Tagħha għal perjodu ta’ ħames snin. Membru ta’ dak it-Tribunal jista’ jitneħħa mill-kariga mill-Maestà Tagħha fuq Indirizz (488) miż-żewġ Houses of Parliament (489).

(265)

Skont it-Taqsima 65 tal-RIPA 2000, it-Tribunal huwa l-korp ġudizzjarju xieraq għal kwalunkwe lment minn persuna affettwata ħażin minn imġiba skont l-IPA 2016, l-RIPA 2000 jew kwalunkwe kondotta tas-servizzi tal-intelligence (490).

(266)

Sabiex jiftaħ kawża quddiem l-Investigatory Powers Tribunal (“rekwiżit ta’ locus standi”), skont it-Taqsima 65 tal-RIPA 2000, individwu jrid jemmen (491) li l-imġiba ta’ servizz tal-intelligence tkun saret fir-rigward tiegħu, ta’ kwalunkwe proprjetà tiegħu, ta’ kwalunkwe komunikazzjoni mibgħuta minnu jew lilu, jew maħsuba għalih, jew tal-użu tiegħu ta’ kwalunkwe servizz postali, servizz ta’ telekomunikazzjoni jew sistema ta’ telekomunikazzjoni” (492). Barra minn hekk, l-ilmentatur huwa meħtieġ jemmen li l-imġiba tkun saret f’“ċirkustanzi kontestabbli” (493) jew “li jkunu saru minn jew f’isem is-servizzi tal-intelligence (494). Peress li, b’mod partikolari, dan l-istandard ta’ “twemmin” ġie interpretat b’mod pjuttost wiesa’ (495), il-ftuħ ta’ kawża quddiem dak it-Tribunal huwa soġġett għal rekwiżiti sempliċi ta’ locus standi.

(267)

Meta l-Investigatory Powers Tribunal jikkunsidra lment li jkun sarlu, huwa d-dmir tat-Tribunal li jinvestiga jekk il-persuni li kontrihom issir xi allegazzjoni fl-ilment kinux involuti b’rabta mal-ilmentatur kif ukoll li jinvestiga l-awtorità li allegatament kienet involuta fil-ksur u jekk l-allegata mġiba seħħitx jew le (496). Meta dak it-Tribunal jisma’ kwalunkwe proċediment, huwa jrid japplika l-istess prinċipji sabiex jagħmel id-determinazzjoni tiegħu f’dawk il-proċedimenti kif ikunu applikati minn qorti f’talba għal stħarriġ ġudizzjarju (497). Barra minn hekk, id-destinatarji tal-mandati jew tal-avviżi skont l-IPA 2016, u kull persuna oħra li jkollha kariga skont il-Kuruna, impjegata mill-forzi tal-pulizija jew mill-Police Investigations and Review Commissioner għandhom id-dmir li jiżvelaw jew jipprovdu lil dak it-Tribunal id-dokumenti u l-informazzjoni kollha bħal dawn li t-Tribunal jista’ jkun jeħtieġ bl-għan li jkun jista’ jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu (498).

(268)

L-Investigatory Powers Tribunal jeħtieġlu jinnotifika lill-ilmentatur jekk saritx determinazzjoni favurih jew le (499). Skont it-Taqsima 67(6) u (7) tal-RIPA 2000, it-Tribunal għandu s-setgħa li joħroġ ordnijiet interim u li jipprovdi kwalunkwe tali għoti ta’ kumpens jew ordni oħra kif iqis li jkun xieraq. Din tista’ tinkludi ordni li tannulla jew tħassar kwalunkwe mandat jew awtorizzazzjoni u ordni li teħtieġ il-qerda ta’ kwalunkwe rekord ta’ informazzjoni miksub fl-eżerċizzju ta’ kwalunkwe setgħa mogħtija permezz ta’ mandat, permezz ta’ awtorizzazzjoni jew permezz ta’ avviż, jew miżmuma b’xi mod ieħor minn kwalunkwe awtorità pubblika fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna (500). Skont it-Taqsima 67A tal-RIPA 2000, determinazzjoni tat-Tribunal tista’ tiġi appellata, soġġetta għall-awtorizzazzjoni mogħtija mit-Tribunal jew mill-qorti tal-appell rilevanti.

(269)

Fl-aħħar nett, ta’ min jinnota li r-rwol tat-Tribunal tas-Setgħat Investigattivi ġie diskuss fil-kuntest ta’ azzjonijiet legali quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f’diversi okkażjonijiet, b’mod partikolari fil-kawża ta’ Kennedy v. Ir-Renju Unit (501) u aktar reċenti fil-kawża Big Brother Watch u oħrajn v. Ir-Renju Unit (502), fejn il-Qorti ddikjarat li l-“IPT offriet rimedju ġudizzjarju robust lil kull min issuspetta li l-komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha kienu ġew interċettati mis-servizzi tal-intelligence” (503).

3.3.4.3   Mekkaniżmi oħrajn ta’ rimedju disponibbli

(270)

Kif spjegat fil-premessi (109) sa (111), mezzi ta’ rimedju skont il-Human Rights Act 1998 u quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (504) huma disponibbli wkoll fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali. It-Taqsima 65(2) tal-RIPA 2000 tipprovdi lill-Investigatory Powers Tribunal b’ġurisdizzjoni esklussiva għat-talbiet kollha skont il-Human Rights Act fir-rigward tal-aġenziji tal-intelligence (505). Dan ifisser, kif ġie nnutat mill-High Court, “jekk kienx hemm ksur tal-HRA skont il-fatti ta’ każ partikolari hija xi ħaġa li fil-prinċipju tista’ titqajjem u tiġi aġġudikata minn tribunal indipendenti li jista’ jkollu aċċess għall-materjal rilevanti kollu, inkluż materjal sigriet. […] F’dan il-kuntest, inqisu wkoll li t-Tribunal innifsu issa huwa soġġett għall-possibbiltà ta’ appell quddiem qorti tal-appell xierqa (fl-Ingilterra u f’Wales, din tkun il-Court of Appeal); u li s-Supreme Court riċentement iddeċidiet li t-Tribunal fil-prinċipju jista’ jkun soġġett għal stħarriġ ġudizzjarju: ara R (Privacy International) vs Investigatory Powers Tribunal [2019] UKSC 22; [2019] 2 WLR 1219” (506).

(271)

Minn dan ta’ hawn fuq isegwi li meta l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew tas-sigurtà nazzjonali tar-Renju Unit jaċċessaw data personali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, dan l-aċċess ikun irregolat b’liġijiet li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li fihom jista’ jseħħ l-aċċess u jiżguraw li l-aċċess u l-użu ulterjuri tad-data jkunu limitati għal dak li jkun neċessarju u proporzjonat għall-objettiv segwit ta’ infurzar tal-liġi jew tas-sigurtà nazzjonali. Barra minn hekk, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dan l-aċċess ikun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel minn korp ġudizzjarju, permezz tal-approvazzjoni ta’ mandat jew ta’ ordni ta’ produzzjoni, u fi kwalunkwe każ għal sorveljanza indipendenti. Ladarba d-data tkun ġiet aċċessata mill-awtoritajiet pubbliċi, l-ipproċessar tagħha, inklużi kondiviżjoni u trasferiment ulterjuri, huwa soġġett għal salvagwardji speċifiċi tal-protezzjoni tad-data skont il-Parti 3 tad-DPA 2018, li jirriflettu dawk ipprovduti mid-Direttiva (UE) 2016/680, għall-ipproċessar mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-Parti 4 tad-DPA 2018 għall-ipproċessar mill-aġenziji tal-intelligence. Fl-aħħar nett, f’dan il-qasam is-suġġetti tad-data jgawdu drittijiet effettivi ta’ rimedju amministrattiv u ġudizzjarju, inkluż li jiksbu aċċess għad-data tagħhom jew ir-rettifika jew it-tħassir ta’ tali data.

(272)

Minħabba l-importanza ta’ tali kundizzjonijiet, limitazzjonijiet u salvagwardji għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tar-regoli tar-Renju Unit li jiddefinixxu l-aċċess tal-gvern għad-data. Dan se jinkludi żviluppi leġiżlattivi, regolatorji u ġurisprudenzjali rilevanti, kif ukoll attivitajiet tal-ICO u awtoritajiet oħra ta’ sorveljanza f’dan il-qasam. Se tingħata wkoll attenzjoni mill-qrib lill-eżekuzzjoni mir-Renju Unit tas-sentenzi rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi miżuri identifikati fil- “pjanijiet ta’ azzjoni” u fir-“rapporti ta’ azzjoni” ppreżentati lill-Kumitat tal-Ministri fil-kuntest tas-superviżjoni tal-konformità mas-sentenzi tal-Qorti.

4.   KONKLUŻJONI

(273)

Il-Kummissjoni tqis li l-GDPR tar-Renju Unit u d-DPA 2018 jiżguraw livell ta’ protezzjoni għad-data personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea li huwa essenzjalment ekwivalenti għal dak iggarantit bir-Regolament (UE) 2016/679.

(274)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, b’mod kumplessiv, il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza u l-mezzi ta’ rimedju fid-dritt tar-Renju Unit jippermettu li l-ksur jiġi identifikat u ssanzjonat fil-prattika u joffru rimedji legali lis-suġġett tad-data sabiex jikseb aċċess għad-data personali relatata miegħu u, eventwalment, ir-rettifika jew it-tħassir tat-tali data.

(275)

Fl-aħħar nett, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-ordinament ġuridiku tar-Renju Unit, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe interferenza mad-drittijiet fundamentali tal-individwi li d-data personali tagħhom tiġi ttrasferita mill-Unjoni Ewropea lir-Renju Unit mill-awtoritajiet pubbliċi tar-Renju Unit għall-finijiet ta’ interess pubbliku, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi u tas-sigurtà nazzjonali, se tkun limitata għal dik li hija strettament meħtieġa sabiex jintlaħaq l-objettiv leġittimu inkwistjoni, u li teżisti protezzjoni legali effettiva kontra tali interferenza.

(276)

Għalhekk, fid-dawl tas-sejbiet ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li jiġi deċiż li r-Renju Unit jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679, interpretat fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(277)

Din il-konklużjoni hija bbażata kemm fuq ir-reġim domestiku rilevanti tar-Renju Unit kif ukoll fuq l-impenji internazzjonali tiegħu, b’mod partikolari fuq l-aderenza għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u fuq is-sottomissjoni għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Għalhekk, l-aderenza kontinwa għat-tali obbligi internazzjonali hija element partikolarment importanti tal-valutazzjoni li fuqha hija bbażata din id-Deċiżjoni.

5.   EFFETTI TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI U AZZJONI TAL-AWTORITAJIET TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA

(278)

L-Istati Membri u l-organi tagħhom huma meħtieġa jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, peress li dawn tal-aħħar huma preżunti li huma legali u, għalhekk, jipproduċu effetti legali sakemm jiskadu, jiġu rtirati, annullati f’rikors għal annullament jew iddikjarati invalidi wara rinviju għal deċiżjoni preliminari jew għal eċċezzjoni ta’ illeġittimità.

(279)

Konsegwentement, deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 hija vinkolanti fuq l-organi kollha tal-Istati Membri li lilhom hija indirizzata, inklużi l-awtoritajiet superviżorji indipendenti tagħhom. B’mod partikolari, matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, it-trasferimenti minn kontrollur jew minn proċessur fl-Unjoni Ewropea lil kontrolluri jew lil proċessuri fir-Renju Unit jistgħu jseħħu mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb xi awtorizzazzjoni ulterjuri.

(280)

Jenħtieġ li jitfakkar li, skont l-Artikolu 58(5) tar-Regolament (UE) 2016/679, u kif spjegat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Schrems (507), meta awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data tiddubita, inkluż wara lment, mill-kompatibbiltà ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni mad-drittijiet fundamentali tal-individwu għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data, id-dritt nazzjonali jrid jipprovdiha rimedju legali sabiex tippreżenta dawk l-oġġezzjonijiet quddiem qorti nazzjonali, li tista’ tkun meħtieġa tagħmel rinviju għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja (508).

6.   MONITORAĠĠ, SOSPENSJONI, TĦASSIR JEW EMENDA TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI

(281)

Skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) 2016/679, il-Kummissjoni għandha timmonitorja, fuq bażi kontinwa, l-iżviluppi rilevanti fir-Renju Unit wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sabiex tivvaluta jekk jibqax jiżgura livell ta’ protezzjoni essenzjalment ekwivalenti. Dan il-monitoraġġ huwa partikolarment importanti f’dan il-każ, peress li r-Renju Unit se jkun qed jamministra, japplika u jeżegwixxi reġim ġdid ta’ protezzjoni tad-data li ma huwiex se jibqa’ soġġett għad-dritt tal-Unjoni Ewropea u li jista’ jkun li jevolvi. F’dak ir-rigward, se tingħata attenzjoni speċjali għall-applikazzjoni fil-prattika tar-regoli tar-Renju Unit dwar it-trasferimenti ta’ data personali lil pajjiżi terzi, u l-impatt li jista’ jkollha fuq il-livell ta’ protezzjoni mogħti lil data trasferita skont din id-Deċiżjoni; għall-effettività tal-eżerċizzju tad-drittijiet individwali, inkluż kwalunkwe żvilupp rilevanti fil-liġi u l-prattika li jikkonċernaw l-eċċezzjonijiet għal jew ir-restrizzjonijiet ta’ tali drittijiet (b’mod partikolari dik relatata maż-żamma ta’ kontroll effettiv tal-immigrazzjoni); kif ukoll konformità mal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-aċċess tal-gvern. Fost elementi oħra, l-iżviluppi tal-ġurisprudenza u s-sorveljanza mill-ICO u korpi indipendenti oħra se jinformaw il-monitoraġġ tal-Kummissjoni.

(282)

Biex jiffaċilitaw dan il-monitoraġġ, l-awtoritajiet tar-Renju Unit jenħtieġ li jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla materjali fl-ordni ġuridiku tar-Renju Unit li jkollha impatt fuq il-qafas legali li huwa l-oġġett ta’ din id-Deċiżjoni, kif ukoll kwalunkwe evoluzzjoni fil-prattiki relatati mal-ipproċessar tad-data personali vvalutata f’din id-Deċiżjoni, kemm fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-kontrolluri u l-proċessuri skont il-GDPR tar-Renju Unit kif ukoll il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbli għall-aċċess għad-data personali mill-awtoritajiet pubbliċi. Dan għandu jinkludi żviluppi rigward l-elementi msemmija fil-premessa (281).

(283)

Barra minn hekk, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq il-funzjoni ta’ monitoraġġ tagħha b’mod effettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni rilevanti meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari fir-rigward ta’ domandi jew ta’ lmenti minn suġġetti tad-data tal-UE dwar it-trasferiment ta’ data personali mill-Unjoni lil kontrolluri jew lil proċessuri fir-Renju Unit. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi informata wkoll dwar kwalunkwe indikazzjoni li l-azzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi tar-Renju Unit responsabbli għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni, għas-sejbien jew għall-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, jew għas-sigurtà nazzjonali, inkluż kwalunkwe korp ta’ sorveljanza, ma jiżgurawx il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni.

(284)

Fejn l-informazzjoni disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni li tirriżulta mill-monitoraġġ ta’ din id-Deċiżjoni jew ipprovduta mill-awtoritajiet tar-Renju Unit jew tal-Istati Membri, turi li l-livell ta’ protezzjoni mogħti mir-Renju Unit jista’ ma jibqax adegwat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit dwar dan u titlob li jittieħdu miżuri xierqa f’perjodu ta’ żmien speċifikat, li ma jistax jaqbeż it-tliet xhur. Fejn meħtieġ, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż għal perjodu speċifiku ta’ żmien, filwaqt li titqies in-natura tal-kwistjoni kkonċernata u/jew tal-miżuri li jridu jittieħdu. Pereżempju, tali proċedura tiġi attivata f’każijiet fejn trasferimenti ulterjuri, inkluż abbażi ta’ regolamenti ta’ adegwatezza ġodda adottati mis-Segretarju tal-Istat jew ftehimiet internazzjonali konklużi mir-Renju Unit, ma jibqgħux jitwettqu taħt salvagwardji li jiżguraw il-kontinwità tal-protezzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(285)

Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ żmien speċifikat, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jonqsu milli jieħdu dawk il-miżuri jew inkella juru b’mod sodisfaċenti li din id-Deċiżjoni tkun għadha bbażata fuq livell adegwat ta’ protezzjoni, il-Kummissjoni tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 93(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 bl-għan li tissospendi jew tħassar din id-Deċiżjoni parzjalment jew kompletament.

(286)

Inkella, il-Kummissjoni tibda din il-proċedura bl-għan li temenda d-Deċiżjoni, b’mod partikolari billi tissoġġetta t-trasferimenti tad-data għal kundizzjonijiet addizzjonali jew billi tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-konstatazzjoni tal-adegwatezza biss għat-trasferimenti tad-data li għalihom jibqa’ żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni.

(287)

Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament iġġustifikati, il-Kummissjoni tuża l-possibbiltà li tadotta, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 93(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament li jissospendu, jirrevokaw jew jemendaw id-Deċiżjoni.

7.   DURATA U TIĠDID TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI

(288)

Il-Kummissjoni jeħtiġilha tqis li, hekk kif jintemm il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst mill-Ftehim dwar il-Ħruġ u malli ma tibqax tapplika d-dispożizzjoni interim skont l-Artikolu 782 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit, ir-Renju Unit se jamministra, japplika u jinforza reġim ġdid ta’ protezzjoni tad-data meta mqabbel ma’ dak li kien fis-seħħ meta kien marbut bid-dritt tal-UE. Dan jista’ jinvolvi b’mod partikolari emendi jew tibdiliet fil-qafas tal-protezzjoni tad-data vvalutat f’din id-Deċiżjoni, kif ukoll żviluppi rilevanti oħrajn.

(289)

Għalhekk, huwa xieraq li jiġi previst li din id-Deċiżjoni se tapplika għal perjodu ta’ erba’ snin mid-dħul fis-seħħ tagħha.

(290)

Meta b’mod partikolari l-informazzjoni li tirriżulta mill-monitoraġġ ta’ din id-Deċiżjoni tiżvela li l-konstatazzjonijiet relatati mal-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni żgurat fir-Renju Unit għadhom fattwalment u legalment iġġustifikati, jenħtieġ li l-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel ma din id-Deċiżjoni ma tibqax tapplika, tibda l-proċedura sabiex temenda din id-Deċiżjoni billi testendi l-kamp ta’ applikazzjoni temporali tagħha, fil-prinċipju, għal perjodu addizzjonali ta’ erba’ snin. Kwalunkwe att ta’ implimentazzjoni bħal dan li jemenda din id-Deċiżjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 93(2) tar-Regolament (UE) 2016/679.

8.   KUNSIDERAZZJONIJIET FINALI

(291)

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ppubblika l-opinjoni tiegħu (509), li ġiet ikkunsidrata fit-tħejjija ta’ din id-Deċiżjoni.

(292)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2016/679,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679, ir-Renju Unit jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni għad-data personali ttrasferita fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 mill-Unjoni Ewropea għar-Renju Unit.

2.   Din id-deċiżjoni ma tkoprix id-data personali li tiġi ttrasferita għall-finijiet tal-kontroll tal-immigrazzjoni tar-Renju Unit jew li b’xi mod ieħor taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni minn ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data għall-finijiet taż-żamma ta’ kontroll effettiv tal-immigrazzjoni skont il-paragrafu 4(1) tal-Iskeda 2 tad-DPA 2018.

Artikolu 2

Kull meta l-awtoritajiet superviżorji kompetenti fl-Istati Membri, sabiex jipproteġu lill-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom, jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tat-trasferimenti tad-data li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament l-applikazzjoni tal-qafas legali li fuqu hija bbażata din id-Deċiżjoni, inklużi l-kundizzjonijiet li taħthom jitwettqu t-trasferimenti ’l quddiem, jiġu eżerċitati d-drittijiet individwali u l-awtoritajiet pubbliċi tar-Renju Unit ikollhom aċċess għad-data trasferita abbażi ta’ din id-Deċiżjoni, bil-ħsieb li jiġi vvalutat jekk ir-Renju Unit għadux jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 1.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinformaw lil xulxin dwar każijiet li fihom il-Kummissarju tal-Informazzjoni, jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra tar-Renju Unit, tonqos milli tiżgura konformità mal-qafas legali li fuqu hija bbażata din id-Deċiżjoni.

3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinformaw lil xulxin dwar kwalunkwe indikazzjoni li interferenzi mill-awtoritajiet pubbliċi tar-Renju Unit mad-dritt tal-individwi għall-protezzjoni ta’ data personali tagħhom ikunu jmorru lil hinn minn dawk li jkunu strettament meħtieġa, jew li ma jkun hemm l-ebda protezzjoni legali effettiva kontra tali interferenzi.

4.   Meta l-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet li ma jkunx għadu qed jiġi żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit u tista’ tissospendi, tħassar jew temenda din id-Deċiżjoni.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tissospendi, tħassar jew temenda din id-Deċiżjoni jekk in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-gvern tar-Renju Unit jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tiddetermina jekk tkunx affettwata l-konstatazzjoni fl-Artikolu 1(1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fis-27 ta’ Ġunju 2025, sakemm ma tiġix estiża skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 93(2) tar-Regolament (UE) 2016/679.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Didier REYNDERS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(2)  Ara l-premessa 101 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(3)  Ara, l-aktar reċentement, il-Kawża C-311/18, Facebook Ireland u Schrems (“Schrems II”) ECLI:EU:C:2020:559.

(4)  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data , Referenzjal tal-Adegwatezza, WP 254 rev. 01.disponibbli fuq il-link li ġejja: https://ec.europa.eu/newsroom/article29/item-detail.cfm?item_id=614108.

(5)  Il-Kawża C-362/14, Schrems (“Schrems I”), ECLI:EU:C:2015:650, il-punt 73.

(6)  Schrems II, il-punt 74.

(7)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, L-Iskambjar u l-Protezzjoni tad-Data Personali f’Dinja Globalizzata, COM(2017)7 tal-10.1.2017, it-taqsima 3.1, il-paġni 6-7, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:52017DC0007&from=EN.

(8)  Qorti tal-Appell (Taqsima Ċivili), Open Rights Group v Secretary of State for the Home Department and Secretary of State for Digital, Culture, Media and Sport [2021] EWCA Civ 800, paragrafi 53 sa 56. Il-Qorti tal-Appell qalbet id-deċiżjoni tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja li qabel kienet ivvalutat l-eżenzjoni fid-dawl tar-Regolament (UE) 2016/679 (b’mod partikolari, l-Artikolu 23 tiegħu) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u sabet li l-eżenzjoni hija legali (Open Rights Group & Anor, R (On the Application Of) v Secretary of State for the Home Department & Anorr [2019] EWHC 2562 ).

(9)  Sakemm il-kundizzjonijiet applikabbli jiġu ssodisfati, it-trasferimenti għall-finijiet tal-kontroll tal-immigrazzjoni tar-Renju Unit jistgħu jitwettqu abbażi tal-mekkaniżmi ta’ trasferiment previsti fl-Artikoli 46 sa 49 tar-Regolament (UE) Nru 2016/679.

(10)  Il-prinċipji tal-Konvenzjoni 108 oriġinarjament ġew implimentati fid-dritt tar-Renju Unit permezz tad-Data Protection Act tal-1984, li ġie ssostitwit mid-DPA 1998, u mbagħad mid-DPA 2018 (kif moqri flimkien mal-GDPR tar-Renju Unit). Ir-Renju Unit iffirma wkoll il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali (magħrufa bħala l-Konvenzjoni 108+) fl-2018 u bħalissa qed jaħdem fuq ir-ratifika tal-konvenzjoni.

(11)  L-Artikoli 6 u 8 tal-KEDB (ara wkoll l-Iskeda 1 tal-Human Rights Act tal-1998).

(12)  It-Taqsima 6 tal-Human Rights Act 1998.

(13)  It-Taqsima 3 tal-Human Rights Act 1998.

(14)  Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 2019/C 384 I/01, XT/21054/2019/INIT, (ĠU C 384I, 12.11.2019, p. 1), disponibbli fuq il-link li ġejja: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:12019W/TXT(02)&from=EN

(15)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, il-paġna 89), disponibbli fuq il-link li ġejja: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32016L0680&from=EN .

(16)  Data Protection Act 2018, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.legislation.gov.uk/ukpga/2018/12/contents/enacted

(17)  European Union Withdrawal Act 2018, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.legislation.gov.uk/ukpga/2018/16/contents

(18)  L-intenzjoni u l-effett tal-European Union (Withdrawal) Act 2018 huma li l-leġiżlazzjoni diretta kollha tal-Unjoni li ġiet inkorporata fid-dritt tar-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni tiġi inkorporata fid-dritt tar-Renju Unit hekk kif ikollha effett fid-dritt tal-UE eżatt qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ara t-Taqsima 3 tal-European Union (Withdrawal) Act 2018.

(19)  In-noti ta’ Spjegazzjoni għall-Att tal-Unjoni Ewropea (Irtirar) tal-2018 jispeċifikaw li: “Fejn il-leġiżlazzjoni tiġi kkonvertita skont din it-Taqsima, huwa t-test tal-leġiżlazzjoni nnifisha li se jifforma parti mil-leġiżlazzjoni domestika. Dan se jinkludi t-test sħiħ ta’ kwalunkwe strument tal-UE (inklużi l-premessi tiegħu)”. (Noti ta’ Spjegazzjoni tal-European Union (Withdrawal) Act 2018, il-paragrafu 83, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.legislation.gov.uk/ukpga/2018/16/pdfs/ukpgaen_20180016_en.pdf). Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, peress li l-premessi ma għandhomx l-istatus ta’ regoli legali vinkolanti, ma kienx meħtieġ li dawn jiġu emendati bl-istess mod li bih l-Artikoli tar-Regolament (UE) 2016/679 ġew emendati bir-Regolamenti dwar id-DPPEC.

(20)  It-Taqsima 6 tal-European Union (Withdrawal) Act 2018.

(21)  The Data Protection, Privacy and Electronic Communications (Amendments etc.) (EU Exit) Regulations 2019, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.legislation.gov.uk/uksi/2019/419/contents/made, kif emendati bir-Regolamenti dwar id-DPPEC 2020, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.legislation.gov.uk/ukdsi/2020/9780348213522.

(22)  Dawn l-emendi għall-GDPR tar-Renju Unit u għad-DPA 2018 huma fil-biċċa l-kbira ta’ natura teknika, bħat-tħassir ta’ referenzi għal “Stati Membri” jew l-aġġustament tat-terminoloġija, eż. is-sostituzzjoni ta’ referenzi għar-Regolament (UE) 2016/679 b’referenzi għall-GDPR tar-Renju Unit. F’xi każijiet, kienu meħtieġa tibdiliet sabiex jiġi rifless il-kuntest purament domestiku tad-dispożizzjonijiet, pereżempju fir-rigward ta’ “min” jadotta “regolamenti ta’ adegwatezza” għall-finijiet tal-qafas leġiżlattiv tar-Renju Unit dwar il-protezzjoni tad-data (ara t-Taqsima 17A tad-DPA 2018), jiġifieri s-Segretarju tal-Istat minflok il-Kummissjoni Ewropea.

(23)  General Data Protection Regulation, Keeling Schedule, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/946117/20201102_-_GDPR_-__MASTER__Keeling_Schedule__with_changes_highlighted__V3.pdf.

(24)  Data Protection Act 2018, Keeling Schedule, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/946100/20201102_-_DPA_-__MASTER__Keeling_Schedule__with_changes_highlighted__V3.pdf.

(25)  It-tali setgħat jinsabu, pereżempju, fit-Taqsimiet 16 (is-setgħa li, f’sitwazzjonijiet speċifiċi u limitati strettament, jingħataw eżenzjonijiet ulterjuri għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-GDPR tar-Renju Unit), 17A (is-setgħa li jiġu adottati regolamenti ta’ adegwatezza), 212 u 213 (is-setgħat sabiex titnieda leġiżlazzjoni u ssir dispożizzjoni tranżizzjonali), u 211 (is-setgħa li jsiru emendi minuri u konsegwenzjali) tad-DPA 2018.

(26)  L-Artikolu 2(1) u (5) tal-GDPR tar-Renju Unit.

(27)  L-Artikoli 4(1) u 2 tal-GDPR tar-Renju Unit.

(28)  L-ipproċessar manwali mhux strutturat ta’ data personali huwa ddefinit fl-Artikolu 2(5)(b) bħala l-ipproċessar ta’ data personali li ma huwiex ipproċessar awtomatizzat jew strutturat ta’ data personali.

(29)  L-Artikolu 2(1A) tal-GDPR tar-Renju Unit jipprovdi li r-Regolament japplika wkoll għall-ipproċessar manwali mhux strutturat ta’ data personali miżmuma minn awtorità pubblika tal-FOI. Ir-referenza għall-awtoritajiet pubbliċi tal-FOI tfisser kwalunkwe awtorità pubblika kif iddefinita fil-Freedom of Information Act 2000, jew kwalunkwe awtorità pubblika Skoċċiża kif iddefinita fil-Freedom of Information (Scotland) Act 2002 (asp 13). It-Taqsima 21(5) tad-DPA 2018.

(30)  L-Artikolu 2(2)(a) tal-GDPR tar-Renju Unit.

(31)  L-attivitajiet ta’ sigurtà nazzjonali huma koperti biss mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-GDPR tar-Renju Unit sa fejn ma jitwettqux minn awtorità kompetenti għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, f’liema każ tapplika l-Parti 3 tad-DPA 2018, jew minn jew f’isem servizz tal-intelligence, li l-attivitajiet tiegħu huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-GDPR tar-Renju Unit u soġġetti għall-Parti 4 tad-DPA 2018 skont l-Artikolu 2(2)(c) tal-GDPR tar-Renju Unit. Pereżempju, forza tal-pulizija tista’ twettaq kontrolli tas-sigurtà fuq impjegat sabiex tiżgura li jkun jista’ jiġi fdat jaċċessa materjal relatat mas-sigurtà nazzjonali. Minkejja li l-pulizija hija awtorità kompetenti għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, l-ipproċessar inkwistjoni ma huwiex għal fini ta’ infurzar tal-liġi u jkun japplika l-GDPR tar-Renju Unit. Ara l-UK Explanatory Framework for Adequacy Discussions, it-Taqsima H: National Security Data Protection and Investigatory Powers Framework, il-paġna 8, disponibbli fuq il-link li ġejja https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/872239/H_-_National_Security.pdf

(32)  L-Artikolu 2(1)(a) u (b) tal-GDPR tar-Renju Unit.

(33)  L-Artikolu 2(2)(b) u (c) tal-GDPR tar-Renju Unit.

(34)  L-istess kamp ta’ applikazzjoni territorjali japplika għall-ipproċessar ta’ data personali skont il-Parti 2 tad-DPA 2018 li jissupplimenta l-GDPR tar-Renju Unit (it-Taqsima 207(1A)).

(35)  Dan ifisser b’mod partikolari li l-APD 2018 u għalhekk din id-deċiżjoni ma japplikawx għad-dipendenzi tal-Kuruna tar-Renju Unit (Jersey, Guernsey u l-Isle of Man) u t-Territorji extra-Ewropej tar-Renju Unit, bħal pereżempju l-Gżejjer Falkland u t-territorju ta’ Ġibiltà.

(36)  L-Artikoli 4(1), 4(2), 4(5), 4(7) u 4(8) tal-GDPR tar-Renju Unit.

(37)  “Data bijometrika” tfisser data personali li tirriżulta minn ipproċessar tekniku speċifiku relatat mal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi jew tal-imġiba ta’ individwu, li tippermetti jew tikkonferma l-identifikazzjoni unika ta’ dak l-individwu, bħall-immaġnijiet tal-wiċċ jew data dattiloskopika.

(38)  “Data li tikkonċerna s-saħħa” tfisser data personali relatata mas-saħħa fiżika jew mentali ta’ individwu, inkluż l-għoti ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa, li tiżvela informazzjoni dwar l-istatus tas-saħħa tiegħu.

(39)  “Data ġenetika” tfisser data personali relatata mal-karatteristiċi ġenetiċi li jintirtu jew jinkisbu ta’ individwu li tagħti informazzjoni unika dwar il-fiżjoloġija jew is-saħħa ta’ dak l-individwu u li tirriżulta, b’mod partikolari, minn analiżi ta’ kampjun bijoloġiku mill-individwu inkwistjoni.

(40)  Skont l-Artikolu 6(1) tal-GDPR tar-Renju Unit, l-ipproċessar ikun legali biss jekk u sal-punt li: (a) is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar ta’ data personali tiegħu għal fini speċifiku wieħed jew aktar; (b) l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt li għalih is-suġġett tad-data jkun parti jew sabiex jittieħdu passi fuq it-talba tas-suġġett tad-data qabel ma jidħol f’kuntratt; (c) l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih ikun soġġett il-kontrollur; (d) l-ipproċessar ikun meħtieġ sabiex ikunu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta' persuna fiżika oħra; (e) l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali vestita lill-kontrollur; jew (f) l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet tal-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jew minn parti terza, għajr meta dawn l-interessi jingħelbu mill-interessi jew mid-drittijiet u mil-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data li jeħtieġu l-protezzjoni ta’ data personali, b’mod partikolari meta s-suġġett tad-data jkun minorenni.

(41)  Il-paragrafi 38-40 tal-Iskeda 1 tad-DPA 2018.

(42)  Fl-Artikoli 13(1)(f) u 14(1)(f), ir-referenzi għal deċiżjonijiet ta’ adegwatezza mill-Kummissjoni ġew issostitwiti b’referenzi għal strument ekwivalenti tar-Renju Unit, jiġifieri regolamenti ta’ adegwatezza skont id-DPA 2018. Barra minn hekk, fl-Artikoli 14(5)(c)-(d), ir-referenzi għad-dritt tal-UE jew tal-Istati Membri ġew issostitwiti b’referenza għad-dritt domestiku (bħala eżempji ta’ tali liġi domestika li tista’ taqa’ taħt l-Artikolu 14(5)(c), ir-Renju Unit semma t-Taqsima 7 tal-iScrap Metal Dealers Act 2013 li tipprovdi regoli għar-reġistru tal-liċenzji tar-ruttam tal-metalli jew il-Parti 35 tal-Companies Act 2006 li tipprovdi r-regoli għar-reġistratur tal-kumpaniji. B’mod simili, eżempju ta’ liġi domestika li tista’ taqa’ taħt l-Artikolu 14(5)(d) jista’ jinkludi leġiżlazzjoni li tistabbilixxi regoli dwar il-kunfidenzjalità professjonali, jew obbligi riflessi f’kuntratti ta’ impjieg jew id-dmir ta’ kunfidenzjalità tad-dritt komuni (bħal data personali pproċessata minn professjonisti tas-saħħa, mir-riżorsi umani, minn assistenti soċjali eċċ.).

(43)  Fl-Artikoli 17(1)(e) u 17(3)(b), ir-referenzi għad-dritt tal-UE jew tal-Istati Membri ġew issostitwiti b’referenza għad-dritt domestiku (bħala eżempji ta’ tali liġi domestika skont l-Artikolu 17(1)(e), ir-Renju Unit semma l-Education (Pupil Information) (England) Regulations 2006 li jirrikjedu li l-ismijiet tal-istudenti jitħassru mir-reġistri tal-iskola wara li jkunu telqu mill-iskola jew il-Medical Act 1983, it-Taqsima 34F, li jistabbilixxi r-regoli dwar it-tneħħija tal-ismijiet mir-Reġistru tal-Prattikanti Ġenerali u mir-Reġistru tal-Ispeċjalisti.

(44)  L-abbozz tal-Kodiċi ta’ Prattika jinsab fil-link li ġejja: https://ico.org.uk/media/about-the-ico/consultations/2616882/direct-marketing-code-draft-guidance.pdf

(45)  UK Explanatory Framework for Adequacy Discussions, it-Taqsima E: Restrictions, il-paġna 1, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/872232/E_-_Narrative_on_Restrictions.pdf

(46)  Open Rights Group & Anor, R (On the Application Of) vs Secretary of State for the Home Department & Anor [2019] EWHC 2562 (Admin), il-punti 40 u 41.

(47)  Guriev vs Community Safety Development (United Kingdom) Ltd [2016] EWHC 643 (QB), il-punt 43. Dwar dan ara wkoll Lin vs Commissioner of Police for the Metropolis [2015] EWHC 2484 (QB), il-punt 80.

(48)  Il-paragrafu 2 tal-Iskeda 2 tad-DPA 2018.

(49)  Il-paragrafu 19 tal-Iskeda 2 tad-DPA 2018.

(50)  Il-paragrafu 20 tal-Iskeda 2 tad-DPA 2018.

(51)  Il-paragrafu 21 tal-Iskeda 2 tad-DPA 2018.

(52)  Pereżempju, restrizzjonijiet għad-dritt għal notifika ta’ ksur tad-data huma permessi biss fir-rigward tal-kriminalità u tat-tassazzjoni (il-paragrafu 2 tal-Iskeda 2 tad-DPA 2018), tal-privileġġ parlamentari (il-paragrafu 13 tal-Iskeda 2 tad-DPA 2018) u tal-ipproċessar għal finijiet ġurnalistiċi, akkademiċi, artistiċi u letterarji (il-paragrafu 26 tal-Iskeda 2 tad-DPA 2018).

(53)  Il-paragrafu 2 tal-Iskeda 2 tad-DPA 2018.

(54)  R (Lord) vs Secretary of State for the Home Department [2003] EWHC 2073 (Admin), il-punt 100, u Guriev vs Community Safety Development (United Kingdom) Ltd [2016] EWHC 643 (QB), il-punt 43.

(55)  Open Rights Group & Anor, R (On the Application Of) vs Secretary of State for the Home Department & Anor, il-punt 31.

(56)  Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, fejn l-ipproċessar ikun fil-kuntest tas-sigurtà nazzjonali, il-kontrolluri tipikament se jkunu qed japplikaw salvagwardji u miżuri ta’ sigurtà mtejba għall-ipproċessar, li jirriflettu n-natura sensittiva tal-ipproċessar. Liema salvagwardji huma xierqa se jiddependu mir-riskji maħluqa mill-ipproċessar li jkun qed isir. Dan jista’ jinkludi restrizzjonijiet fuq l-aċċess għad-data sabiex ikun jista’ jiġi aċċessat biss minn persuni awtorizzati b’approvazzjoni tas-sigurtà xierqa, restrizzjonijiet stretti fuq il-kondiviżjoni tad-data, u l-istandard għoli ta’ sigurtà applikat għall-proċeduri ta’ ħżin u ta’ trattament.

(57)  Ara wkoll Guriev vs Community Safety Development (United Kingdom) Ltd [2016] EWHC 643 (QB), il-punt 45; Lin vs Commissioner of the Police for the Metropolis [2015] EWHC 2484 (QB), il-punt 80.

(58)  Ara l-gwida tal-ICO dwar l-eċċezzjoni tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali, disponibbli fuq il-link li ġej https://ico.org.uk/for-organisations/guide-to-data-protection/guide-to-the-general-data-protection-regulation-gdpr/national-security-and-defence/

(59)  Skont eżempju pprovdut mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, jekk terrorist suspettat taħt investigazzjoni attiva mill-MI5 ikun għamel talba għal aċċess lill-Home Office (pereżempju, minħabba li huwa involut f’tilwima mal-Home Office fuq kwistjonijiet ta’ immigrazzjoni), ikun meħtieġ li tiġi protetta mill-iżvelar lis-suġġett tad-data kwalunkwe data li l-MI5 seta’ qasam mal-Home Office relatata ma’ investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin li jistgħu jippreġudikaw sorsi, metodi jew tekniki sensittivi u/jew iwasslu għal żieda fit-theddida ppreżentata mill-individwu. F’ċirkustanzi bħal dawn, huwa probabbli li l-limitu sabiex tiġi applikata l-eżenzjoni tat-Taqsima 26 ikun ġie ssodisfat u tkun meħtieġa eżenzjoni mill-iżvelar tal-informazzjoni sabiex tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà nazzjonali. Madankollu, jekk il-Home Office jkollu wkoll data personali dwar l-individwu li ma kinitx relatata mal-investigazzjoni tal-MI5 u dik l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta mingħajr riskju ta’ dannu għas-sigurtà nazzjonali, allura l-eżenzjoni tas-sigurtà nazzjonali ma tkunx applikabbli meta jiġi kkunsidrat l-iżvelar tal-informazzjoni lill-individwu. Bħalissa l-ICO qed tħejji gwida dwar kif il-kontrolluri jenħtieġ li jindirizzaw l-użu tal-eżenzjoni fit-Taqsima 26. Il-gwida hija mistennija tiġi ppubblikata sal-aħħar ta’ Marzu 2021.

(60)  It-Tribunal tal-Informazzjoni twaqqaf sabiex jisma’ appelli dwar il-protezzjoni tad-data skont id-Data Protection Act 1984. Fl-2010, it-Tribunal tal-Informazzjoni sar parti mill-Kamra Regolatorja Ġenerali tat-Tribunal tal-Prim’Istanza, bħala parti mir-riforma tal-istruttura tas-sistema tat-tribunali tar-Renju Unit.

(61)  See Baker vs Secretary of State for the Home Department [2001] UKIT NSA2 (“Baker vs Secretary of State”).

(62)  Ara l-Artikolu 85 tal-GDPR tar-Renju Unit u l-Iskeda 2, il-Parti 5, il-paragrafu 26(9) tad-DPA 2018.

(63)  F’konformità mal-paragrafu 26(2) tal-Parti 5 tal-Iskeda 2 tad-DPA 2018, l-eċċezzjoni tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali mwettaq għal finijiet speċjali (il-finijiet tal-ġurnaliżmu, il-finijiet akkademiċi, il-finijiet artistiċi u l-finijiet letterarji), jekk l-ipproċessar ikun qed jitwettaq bil-ħsieb tal-pubblikazzjoni minn persuna ta’ materjal ġurnalistiku, akkademiku, artistiku jew letterarju, u l-kontrollur ikun jemmen raġonevolment li l-pubblikazzjoni ta’ dak il-materjal tkun fl-interess pubbliku. Meta jiġi sabiex jiddetermina jekk pubblikazzjoni tkunx fl-interess pubbliku, il-kontrollur jeħtieġlu jqis l-importanza speċjali tal-interess pubbliku fil-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni. Barra minn hekk, il-kontrollur jeħtieġlu jqis il-kodiċijiet ta’ prattika jew il-linji gwida rilevanti għall-pubblikazzjoni inkwistjoni (il-BBC Editorial Guidelines, l-Ofcom Broadcasting Code, u l-Editors’ Code of Practice). Barra minn hekk, sabiex japplika eżenzjoni, il-kontrollur jeħtieġlu jemmen raġonevolment li l-konformità mad-dispożizzjoni rilevanti tkun inkompatibbli mal-finijiet speċjali (il-paragrafu 26(3) tal-Iskeda 2 tad-DPA 2018).

(64)  Il-punt 102 tas-sentenza f ’NT1 vs Google [2018] EWHC 799 (QB) indirizza diskussjoni dwar jekk il-kontrollur tad-data kellux twemmin raġonevoli li l-pubblikazzjoni kienet fl-interess pubbliku, u li l-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti kienet inkompatibbli mal-finijiet speċjali. Il-qorti ddikjarat li t-Taqsimiet 32(1)(b) u (c) tad-Data Protection Act 1998 kellhom element suġġettiv u oġġettiv: il-kontrollur tad-data jeħtieġlu jistabbilixxi li huwa jemmen li l-pubblikazzjoni tkun fl-interess pubbliku, u li dan it-twemmin kien oġġettivament raġonevoli; jeħtieġlu jistabbilixxi twemmin suġġettiv li l-konformità mad-dispożizzjoni li minnha jfittex eżenzjoni tkun inkompatibbli mal-fini speċjali inkwistjoni.

(65)  Eżempju ta’ kif jiġi applikat it-test ta’ “twemmin raġonevoli” huwa inkluż fid-deċiżjoni tal-ICO li tingħata multa lil True Visions Productions, li ttieħdet skont id-Data Protection Act 1998. L-ICO aċċetta li l-kontrollur tal-midja kellu twemmin suġġettiv li l-konformità mal-ewwel prinċipju tal-protezzjoni tad-data (ġustizzja u legalità) kienet inkompatibbli mal-finijiet ġurnalistiċi. Madankollu, l-ICO ma aċċettax li dan it-twemmin kien oġġettivament raġonevoli. Id-deċiżjoni tal-ICO hija disponibbli fuq il-link li ġejja: https://ico.org.uk/media/action-weve-taken/mpns/2614746/true-visions-productions-20190408.pdf

(66)  Skont il-gwida, l-organizzazzjonijiet iridu jkunu jistgħu jispjegaw għaliex il-konformità mad-dispożizzjoni rilevanti tad-Data Protection Act 1998 tkun inkompatibbli mal-finijiet tal-ġurnaliżmu. B’mod partikolari, il-kontrolluri jeħtiġilhom jibbilanċjaw l-effett detrimentali li l-konformità jkollha fuq il-ġurnaliżmu kontra l-effett detrimentali li n-nuqqas ta’ konformità jkollu fuq id-drittijiet tas-suġġett tad-data. Jekk ġurnalista jkun jista’ jikseb b’mod raġonevoli l-għanijiet editorjali tiegħu b’mod li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet standard tad-DPA, jeħtieġlu jagħmel hekk. L-organizzazzjonijiet jeħtiġilhom ikunu jistgħu jiġġustifikaw l-użu tagħhom tar-restrizzjoni fir-rigward ta’ kull dispożizzjoni li ma jkunux ikkonformaw magħha. “Data protection and journalism: a guide for the media”, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://ico.org.uk/media/for-organisations/documents/1552/data-protection-and-journalism-media-guidance.pdf

(67)  Eżempji ta’ interess pubbliku jinkludu l-iżvelar jew s-sejbien ta’ delitt, il-protezzjoni tas-saħħa jew tas-sikurezza pubblika, il-kxif ta’ talbiet qarrieqa magħmula minn individwi jew minn organizzazzjonijiet jew l-iżvelar ta’ inkompetenza li taffettwa lill-pubbliku. Ara l-gwida tal-OFCOM disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.ofcom.org.uk/__data/assets/pdf_file/0017/132083/Broadcast-Code-Section-8.pdf u l-linji gwida editorjali tal-BBC disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.bbc.com/editorialguidelines/guidelines/privacy

(68)  Ara l-Artikolu 89 tal-GDPR tar-Renju Unit u l-paragrafi 27(2) u 28(2) tal-Parti 6 tal-Iskeda 2 tad-DPA 2018.

(69)  Dan huwa soġġett għar-rekwiżit li d-data personali tiġi pproċessata f’konformità mal-Artikolu 89(1) tal-GDPR tar-Renju Unit kif issupplimentat mit-Taqsima 19 tad-DPA 2018.

(70)  Ara l-premessi (281) sa (287).

(71)  Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2016/679 li r-Renju Unit għażel li ma jinkludix fil-GDPR tar-Renju Unit. F’dak ir-rigward, l-ewwel nett għandu jitfakkar li l-istandard li għandu jitqies bħala li jipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni huwa standard ta’ “ekwivalenza essenzjali” aktar milli identità, kif iċċarat mill-QtĠ-UE (Schrems I, paragrafi 73-74) u rikonoxxut mill-EDPB (Adequacy Referential, paġna 3). Għalhekk, kif spjegat mill-EDPB fl-Adequacy Referential tiegħu, “l-objettiv mhuwiex li tiġi riflessa punt b’punt il-leġiżlazzjoni Ewropea, iżda li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti essenzjali - ewlenin ta’ dik il-leġiżlazzjoni”. F’dan ir-rigward, huwa importanti li wieħed jinnota li, filwaqt li l-ordni legali tar-Renju Unit ma fihx formalment dispożizzjoni identika għall-Artikolu 48, l-istess effett huwa ggarantit minn dispożizzjonijiet u prinċipji legali oħra, jiġifieri li bi tweġiba għal talba għal data personali minn qorti jew awtorità amministrattiva f’pajjiż terz, id-data personali tista’ tiġi trasferita biss lil dak il-pajjiż terz jekk ikun hemm ftehim internazzjonali fis-seħħ – li abbażi tiegħu s-sentenza tal-qorti jew id-deċiżjoni amministrattiva tal-pajjiż terz inkwistjoni tiġi rikonoxxuta jew infurzata fir-Renju Unit – jew jekk tkun ibbażata fuq wieħed mill-mekkaniżmi tat-trasferiment ipprovduti mill-Kapitolu V tal-GDPR tar-Renju Unit. Aktar speċifikament, sabiex tiġi infurzata sentenza barranija, il-qrati fir-Renju Unit jeħtieġ li jkunu jistgħu jindikaw liġi komuni jew statut li jippermetti l-eżekwibbiltà tagħha. Madankollu, la l-liġi komuni (ara Adams and Others v Cape Industries Plc., [1990] 2 W.L.R. 657) u lanqas l-istatuti ma jipprovdu għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi barranin li jeħtieġu t-trasferiment ta’ data mingħajr ftehim internazzjonali fis-seħħ. B’konsegwenza ta’ dan, it-talbiet għal data mhumiex infurzabbli skont il-liġi tar-Renju Unit, fin-nuqqas ta’ ftehim internazzjonali bħal dan. Barra minn hekk, kwalunkwe trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi – inkluż fuq talba minn qorti jew awtorità amministrattiva barranija – jibqa’ soġġett għar-restrizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu V tal-GDPR tar-Renju Unit li huma identiċi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament (UE) 2016/679, u għalhekk jeħtieġu li wieħed jiddependi fuq waħda mir-raġunijiet għat-trasferiment disponibbli skont il-Kapitolu V f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi li għalihom huwa soġġett skont dak il-Kapitolu.

(72)  L-awtoritajiet tar-Renju Unit spjegaw li d-deskrizzjoni ta’ pajjiż jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali tirreferi għal sitwazzjoni li fiha jkun meħtieġ li ssir determinazzjoni speċifika u parzjali tal-adegwatezza b’restrizzjonijiet iffokati (pereżempju regolamenti ta’ adegwatezza fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ trasferimenti ta’ data biss).

(73)  Ara l-Memorandum ta’ Qbil bejn is-Segretarju tal-Istat għad-Dipartiment għad-Diġitali, il-Kultura, il-Media u l-Isport u l-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni dwar ir-rwol tal-ICO fir-rigward tal-valutazzjoni tal-adegwatezza l-ġdida tar-Renju Unit, disponibbli fuq il-link li ġejja https://www.gov.uk/government/publications/memorandum-of-understanding-mou-on-the-role-of-the-ico-in-relation-to-new-uk-adequacy-assessments.

(74)  Jekk tali votazzjoni tgħaddi, ir-regolamenti fl-aħħar mill-aħħar ma jibqax ikollhom effett legali ulterjuri.

(75)  Il-GDPR tar-Renju Unit iżomm ir-regoli fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2016/679 soġġetti għal modifiki biss sabiex ir-regoli jiġu adattati f’kuntest domestiku, pereżempju billi r-referenzi għall-awtorità superviżorja kompetenti jiġu ssostitwiti mal-Kummissarju tal-Informazzjoni, titħassar ir-referenza għall-mekkaniżmu ta’ konsistenza mill-paragrafu 1 u jitħassar il-paragrafu 3 kollu.

(76)  Skont l-Artikolu 49 tal-GDPR tar-Renju Unit, it-trasferimenti jkunu possibbli jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens espliċitu tiegħu għat-trasferiment propost, wara li jkun ġie informat bir-riskji possibbli ta’ tali trasferimenti għas-suġġett tad-data minħabba n-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza u ta’ salvagwardji xierqa; (b) it-trasferiment ikun neċessarju għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt bejn is-suġġett tad-data u l-kontrollur jew l-implimentazzjoni ta’ miżuri prekuntrattwali meħuda fuq talba tas-suġġett tad-data; (c) it-trasferiment ikun neċessarju għall-konklużjoni jew għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż fl-interess tas-suġġett tad-data bejn il-kontrollur u persuna fiżika jew ġuridika oħra; (d) it-trasferiment ikun neċessarju għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku; (e) it-trasferiment ikun neċessarju għall-istabbiliment, għall-eżerċizzju jew għad-difiża ta’ talbiet legali; (f) it-trasferiment ikun neċessarju sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuni oħra, meta s-suġġett tad-data jkun fiżikament jew legalment inkapaċi jagħti l-kunsens; (g) it-trasferiment isir minn reġistru li, skont id-dritt domestiku, ikun maħsub sabiex jipprovdi informazzjoni lill-pubbliku u li jkun miftuħ għal konsultazzjoni jew mill-pubbliku b’mod ġenerali jew minn kwalunkwe persuna li tista’ turi interess leġittimu, iżda biss sal-punt li l-kundizzjonijiet stabbiliti mid-dritt domestiku għall-konsultazzjoni jkunu ssodisfati fil-każ partikolari. Barra minn hekk, meta ma tkun applikabbli l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq, trasferiment ikun jista’ jsir biss jekk ma jkunx ripetittiv, jikkonċerna biss numru limitat ta’ suġġetti tad-data, ikun neċessarju għall-finijiet ta’ interessi leġittimi konvinċenti mfittxija mill-kontrollur li ma jkunux prevalsi mill-interessi jew mid-drittijiet u mil-libertajiet tas-suġġett tad-data, u l-kontrollur ikun ivvaluta ċ-ċirkustanzi kollha relatati mat-trasferiment tad-data u, fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, ikun ipprovda salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data personali.

(77)  Il-premessa 111 tal-GDPR tar-Renju Unit tispeċifika li t-trasferimenti fir-rigward ta’ kuntratt jew ta’ talba legali jistgħu jsiru biss meta jkunu okkażjonali.

(78)  Gwida tal-ICO dwar it-trasferimenti internazzjonali, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://ico.org.uk/for-organisations/guide-to-data-protection/guide-to-the-general-data-protection-regulation-gdpr/international-transfers/#ib7

(79)  Matul perjodu massimu ta’ sitt xhur li jintemm mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2021, l-applikabbiltà ta’ dan il-qafas il-ġdid trid tinqara fid-dawl tal-Artikolu 782 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (L 444/14 tal-31.12.2020) (“TCA UE-UK”), disponibbli fuq il-link li ġejja: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:22020A1231(01)&from=EN

(80)  Fejn meħtieġ, dawn ir-referenzi jiġu ssostitwiti b’referenzi għall-awtoritajiet tar-Renju Unit. Pereżempju, skont it-Taqsima 17 tad-DPA 2018, il-Kummissarju tal-Informazzjoni jew il-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni tar-Renju Unit jistgħu jakkreditaw persuna li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 43 tal-GDPR tar-Renju Unit sabiex timmonitorja l-konformità ma’ ċertifikazzjoni.

(81)  Information Commissioner’s Annual Report and Financial Statements 2019-2020, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://ico.org.uk/media/about-the-ico/documents/2618021/annual-report-2019-20-v83-certified.pdf

(82)  Ftehim ta’ Ġestjoni jirregola r-relazzjoni bejn dawn it-tnejn. B’mod partikolari, ir-responsabbiltajiet ewlenin tad-DCMS, bħala dipartiment li jisponsorja, jinkludu: l-iżgurar li l-Kummissarju tal-Informazzjoni jkun iffinanzjat u mgħammar bir-riżorsi b’mod adegwat; ir-rappreżentazzjoni tal-interessi tal-Kummissarju tal-Informazzjoni quddiem il-Parlament u dipartimenti oħrajn tal-Gvern; l-iżgurar li jkun hemm qafas nazzjonali robust għall-protezzjoni tad-data fis-seħħ; u l-għoti ta’ gwida u ta’ appoġġ lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni dwar kwistjonijiet korporattivi bħal kwistjonijiet ta’ proprjetà, ta’ lokazzjonijiet u ta’ akkwist (il-Ftehim ta’ Ġestjoni 2018-2021 disponibbli fuq il-link li ġejja: https://ico.org.uk/media/about-the-ico/documents/2259800/management-agreement-2018-2021.pdf)

(83)  Governance Code on Public Appointments, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/578498/governance_code_on_public_appointments_16_12_2016.pdf

(84)  Second Report of Session 2015-2016 tal-Culture, Media and Sports Committee fil-House of Commons, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://publications.parliament.uk/pa/cm201516/cmselect/cmcumeds/990/990.pdf

(85)  “Indirizz” hija mozzjoni mressqa quddiem il-Parlament li jfittex li jagħmel lill-Monark konxju tal-opinjonijiet tal-Parlament dwar kwistjoni partikolari.

(86)  Il-paragrafu 3(3) tal-Iskeda 12 tad-DPA 2018.

(87)  It-Taqsima 137 tad-DPA 2018, ara l-premessa (17).

(88)  It-Taqsimiet 137 u 138 tad-DPA 2018 fihom numru ta’ salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-imposti jiġu stabbiliti f’livell xieraq. B’mod partikolari it-Taqsima 137(4) telenka l-kwistjonijiet li s-Segretarju tal-Istat jeħtieġlu jqis meta jagħmel regolamenti li jispeċifikaw l-ammont li jeħtiġilhom iħallsu organizzazzjonijiet differenti; It-tieni, it-Taqsima 138(1) u t-Taqsima 182 tad-DPA 2018 jinkludu wkoll rekwiżit legali għas-Segretarju tal-Istat sabiex jikkonsulta mal-Kummissarju tal-Informazzjoni u ma’ rappreżentanti oħrajn ta’ persuni li x’aktarx ikunu affettwati mir-regolamenti, qabel ma jsiru, sabiex il-fehmiet tagħhom ikunu jistgħu jingħataw kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, skont it-Taqsima 138(2) tad-DPA 2018, il-Kummissarju tal-Informazzjoni huwa meħtieġ iżomm il-ħidma tar-Regolamenti dwar l-Imposti taħt rieżami u jista’ jippreżenta proposti lis-Segretarju tal-Istat għal emendi li għandhom isiru fir-Regolamenti. Fl-aħħar nett, ħlief meta r-regolamenti jsiru sempliċiment sabiex titqies żieda fl-indiċi tal-prezz bl-imnut (f’liema każ dawn ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ riżoluzzjoni negattiva), ir-regolamenti huma soġġetti għall-proċedura ta’ riżoluzzjoni affermattiva u ma jistgħux isiru qabel ma jkunu ġew approvati b’riżoluzzjoni ta’ kull Kamra tal-Parlament.

(89)  Il-ftehim ta’ ġestjoni ċċara li “s-Segretarju tal-Istat jista’ jagħmel pagamenti lill-IC minn flus ipprovduti mill-Parlament skont il-Paragrafu 9 tal-Iskeda 12 tad-DPA 2018. Wara konsultazzjoni mal-IC, id-DCMS iħallas lill-IC is-somom xierqa (l-għotja f’għajnuna) għall-kostijiet amministrattivi tal-ICO u għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-IC fir-rigward ta’ numru ta’ funzjonijiet speċifiċi, inkluża l-libertà tal-informazzjoni” (Ftehim ta’ Ġestjoni 2018-2021, il-paragrafu 1.12, ara n-nota 82 f’qiegħ il-paġna).

(90)  Ara t-Taqsima 134 tad-DPA 2018.

(91)  It-Taqsima 142 tad-DPA 2018 (soġġetta għar-restrizzjonijiet fit-Taqsima 143 tad-DPA 2018).

(92)  It-Taqsima 146 tad-DPA 2018 (soġġetta għar-restrizzjonijiet fit-Taqsima 147 tad-DPA 2018).

(93)  It-Taqsimiet 149 sa 151 tad-DPA 2018 (soġġetti għar-restrizzjonijiet fit-Taqsima 152 tad-DPA 2018).

(94)  It-Taqsima 155 tal-APD 2018 u l-Artikolu 83 tal-GDPR tar-Renju Unit.

(95)  Dan isegwi mit-Taqsima 155(1) tal-APD 2018 li tinqara flimkien mat-Taqsima 149 (2) u (5) tal-APD 2018, u mit-Taqsima 156(4) tal-APD 2018, li tirrestrinġi l-ħruġ ta’ avviżi ta’ penali fir-rigward biss tal-Kummissarji tal-Patrimonju tal-Kuruna u l-kontrolluri għall-Unità Domestika Rjali skont it-Taqsima 209(4) tad-DPA 2018.

(96)  Regulatory Action Policy, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://ico.org.uk/media/about-the-ico/documents/2259467/regulatory-action-policy.pdf

(97)  Inklużi n-natura u l-gravità tal-ksur (filwaqt li jitqiesu l-kamp ta’ applikazzjoni tan-natura jew il-fini tal-ipproċessar ikkonċernat kif ukoll in-numru ta’ suġġetti tad-data affettwati u l-livell ta’ dannu mġarrab minnhom), il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur, kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kontrollur sabiex jiġi mmitigat id-dannu mġarrab mis-suġġetti tad-data, il-grad ta’ responsabbiltà tal-kontrollur jew tal-proċessur (filwaqt li jitqiesu l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali implimentati mill-kontrollur jew mill-proċessur), kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti mill-kontrollur jew mill-proċessur; il-grad ta’ kooperazzjoni mal-Kummissarju, il-kategoriji ta’ data personali affettwati min-nuqqas, kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkustanzi tal-każ, bħall-benefiċċji finanzjarji miksuba, jew it-telf evitat, direttament jew indirettament, mill-ksur

(98)  Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, matul il-perjodu kopert mir-Rapport Annwali tal-Kummissarju tal-Informazzjoni 2019-2020, ma nstab l-ebda ksur f’madwar 25 % tal-każijiet, f’madwar 29 % tal-każijiet is-suġġett tad-data ntalab jew iqajjem it-tħassib mal-kontrollur tad-data għall-ewwel darba, jistenna t-tweġiba tal-kontrollur jew ikompli djalogu kontinwu mal-kontrollur tad-data, f’madwar 17 % tal-każijiet ma nstab l-ebda ksur iżda ngħata parir lill-kontrollur tad-data, f’madwar 25 % tal-każijiet il-Kummissarju tal-Informazzjoni sab ksur u jew ipprovda parir lill-kontrollur tad-data jew il-kontrollur tad-data kien meħtieġ jieħu ċerti azzjonijiet, f’madwar 3 % tal-każijiet ġie ddeterminat li l-ilment ma jaqax taħt ir-Regolament (UE) 2016/679, u madwar 1 % tal-każijiet ġew irriferiti lil awtorità oħra tal-protezzjoni tad-data fil-qafas tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

(99)  L-ICO jista’ jibda dawk l-investigazzjonijiet fuq il-bażi ta’ informazzjoni riċevuta minn diversi sorsi, inklużi notifiki ta’ ksur ta’ data personali, riferimenti minn awtoritajiet pubbliċi oħrajn tar-Renju Unit jew minn awtoritajiet barranin tal-protezzjoni tad-data, u lmenti minn individwi jew minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

(100)  Information Commissioner’s Annual Report and Financial Statements 2019-2020 (ara n-nota 81 f’qiegħ il-paġna).

(101)  Skont ir-rapport annwali preċedenti li jkopri l-perjodu 2018-2019, il-Kummissarju tal-Informazzjoni ħareġ 22 avviż ta’ penali taħt id-DPA 1998 matul il-perjodu ta’ rapportar, b’multi li jammontaw għal £ 3 010 610, inklużi żewġ multi ta’ £ 500 000 (il-massimu permess skont id-DPA 1998). Fl-2018, il-Kummissarju tal-Informazzjoni wettaq b’mod partikolari investigazzjoni dwar l-użu tal-analitika tad-data għal skopijiet politiċi wara r-rivelazzjonijiet ta’ Cambridge Analytica. L-investigazzjoni rriżultat f’rapport ta’ politika, f’sett ta’ rakkomandazzjonijiet, f’multa ta’ £ 500 000 kontra Facebook u f’avviż ta’ infurzar għal Aggregate IQ, sensar tad-data Kanadiż, li ordna lill-kumpanija tħassar id-data personali li kellha dwar iċ-ċittadini u r-residenti tar-Renju Unit (Ara l-Information Commissioner’s Annual Report and Financial Statement 2018-2019 disponibbli fuq il-link li ġejja https://ico.org.uk/media/about-the-ico/documents/2615262/annual-report-201819.pdf)

(102)  Għal sommarju tal-azzjonijiet ta’ infurzar li ttieħdu, ara s-sit web tal-ICO, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://ico.org.uk/action-weve-taken/enforcement/

(103)  It-Taqsima 170 tad-DPA 2018.

(104)  It-Taqsima 171 tad-DPA 2018.

(105)  It-Taqsima 119 tad-DPA 2018.

(106)  It-Taqsimiet 144 u 148 tad-DPA 2018.

(107)  It-Taqsima 117 tad-DPA 2018.

(108)  Il-Bord huwa responsabbli sabiex jipprovdi gwida u taħriġ lill-ġudikatura. Dan jittratta wkoll ilmenti minn suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-qrati, mit-tribunali u mill-individwi li jaġixxu f’kapaċità ġudizzjarja. Il-Bord għandu l-għan li jipprovdi l-mezzi li permezz tagħhom ikun jista’ jiġi solvut kwalunkwe ilment. Jekk ilmentatur ma jkunx sodisfatt b’deċiżjoni tal-Bord, u jkun ipprovda evidenza addizzjonali, il-Bord jista’ jerġa’ jikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu. Filwaqt li l-Bord innifsu ma jimponix sanzjonijiet finanzjarji, jekk il-Bord iqis li jkun hemm ksur serju biżżejjed tad-DPA 2018, jista’ jirreferih lill-Judicial Conduct Investigation Office (JCIO), li jinvestiga l-ilment. Jekk l-ilment jiġi sostnut, ikun f’idejn il-Lord Chancellor u l-Lord Chief Justice (jew imħallef anzjan delegat sabiex jaġixxi f’ismu) li jiddeċiedi liema azzjoni jenħtieġ li tittieħed kontra d-detentur ta’ kariga. Din tista’ tinkludi, skont is-severità: avviż formali, twissija formali, u ċanfira u, fl-aħħar mill-aħħar, tneħħija mill-kariga. Jekk individwu ma jkunx sodisfatt bil-mod li bih l-ilment ikun ġie investigat mill-JCIO, dan jista’ jressaq ilment ulterjuri quddiem il-Judicial Appointments and Conduct Ombudsman (ara https://www.gov.uk/government/organizations/judicial-appointments-and-conduct-ombudsman). L-Ombudsman għandu s-setgħa li jitlob lill-JCIO sabiex jinvestiga lment mill-ġdid u jista’ jipproponi li l-ilmentatur jitħallas kumpens meta jemmen li jkun ġarrab dannu bħala riżultat ta’ amministrazzjoni ħażina.

(109)  L-avviż ta’ privatezza mil-Lord Chief Justice u mis-Senior President of Tribunals huwa disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.judiciary.uk/about-the-judiciary/judiciary-and-data-protection-privacy-notice

(110)  L-avviż ta’ privatezza maħruġ mil-Lord Chief Justice tal-Irlanda ta’ Fuq huwa disponibbli fuq il-link li ġejja: https://judiciaryni.uk/data-privacy

(111)  L-Avviż ta’ Privatezza għall-Qrati u għat-Tribunali Skoċċiżi huwa disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.judiciary.uk/about-the-judiciary/judiciary-and-data-protection-privacy-notice

(112)  Id-DSJ jipprovdi gwida lill-ġudikatura u jinvestiga ksur u/jew ilmenti fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali minn qrati jew minn individwi li jaġixxu f’kapaċità ġudizzjarja.

(113)  Meta l-ilment jew il-ksur jitqies bħala serju, dan jiġi rriferut lill-Uffiċjal tal-Ilmenti Ġudizzjarji għal investigazzjoni ulterjuri f’konformità mal-Code of Practice on Complaints tal-Lord Chief Justice in Northern Ireland. L-eżitu ta’ tali lment jista’ jinkludi: l-ebda azzjoni ulterjuri, avviż, taħriġ jew mentoraġġ, twissija informali, twissija formali, twissija finali, restrizzjoni tal-prattika jew riferiment lil tribunal statutorju. Il-Code of Practice on Complaints maħruġ mil-Lord Chief Justice in Northern Ireland huwa disponibbli fuq il-link li ġejja:https://judiciaryni.uk/sites/judiciary/files/media-files/14G.%20CODE%20OF%20PRACTICE%20Judicial%20~%2028%20Feb%2013%20%28Final%29%20updated%20with%20new%20comp..__1.pdf

(114)  Kull ilment li jitressaq jiġi investigat mid-Data Supervisory Judge u rriferit lil-Lord President li għandu s-setgħa li joħroġ avviż, twissija formali jew ċanfira jekk iqis li jkun meħtieġ (Jeżistu regoli ekwivalenti għall-membri tat-tribunal u huma disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.judiciary.scot/docs/librariesprovider3/judiciarydocuments/complaints/complaintsaboutthejudiciaryscotlandrules2017_1d392ab6e14f6425aa0c7f48d062f5cc5.pdf?sfvrsn=5d3eb9a1_2)

(115)  L-Artikolu 77 tal-GDPR tar-Renju Unit.

(116)  It-Taqsima 166 tad-DPA 2018 tirreferi speċifikament għas-sitwazzjonijiet li ġejjin: (a) il-Kummissarju jonqos milli jieħu l-passi xierqa sabiex iwieġeb għall-ilment, (b) il-Kummissarju jonqos milli jipprovdi lill-ilmentatur informazzjoni dwar il-progress fl-ilment, jew dwar l-eżitu tal-ilment, qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tliet xhur li jibda minn meta l-Kummissarju jkun irċieva l-ilment, jew (c) jekk il-kunsiderazzjoni mill-Kummissarju tal-ilment ma tiġix konkluża matul dak il-perjodu, il-Kummissarju jonqos milli jipprovdi lill-ilmentatur b’tali informazzjoni matul perjodu sussegwenti ta’ tliet xhur.

(117)  L-Artikolu 78(2) tal-GDPR tar-Renju Unit u t-Taqsima 166 tad-DPA 2018.

(118)  L-Artikolu 78(1) tal-GDPR tar-Renju Unit u t-Taqsima 162 tad-DPA 2018.

(119)  It-Taqsima 7(1) tal-Human Rights Act 1998. Skont it-Taqsima 7(7), persuna tkun vittma ta’ att illegali biss jekk tkun vittma għall-finijiet tal-Artikolu 34 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jekk jinfetħu proċedimenti quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward ta’ dak l-att.

(120)  It-Taqsima 8(1) tal-Human Rights Act 1998.

(121)  Ara Schrems II, il-punti 174-175 u l-ġurisprudenza ċċitata. Ara wkoll, fir-rigward tal-aċċess minn awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, il-Kawża C-623/17 Privacy International ECLI:EU:C:2020:790, il-punt 65; u l-Kawżi Magħquda C-511/18, C-512/18 u C-520/18 La Quadrature du Net u Oħrajn ECLI:EU:C:2020:791, il-punt 175.

(122)  Ara Schrems II, il-punti 176 u 181, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata. Ara wkoll, fir-rigward tal-aċċess minn awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, Privacy International, il-punt 68; u La Quadrature du Net u Oħrajn, il-punt 132.

(123)  Ara Schrems II, il-punt 176. Ara wkoll, fir-rigward tal-aċċess minn awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, Privacy International, il-punt 68; u La Quadrature du Net u Oħrajn, il-punt 132.

(124)  Ara Schrems II, il-punt 179.

(125)  Ara Schrems II, il-punti 181-182.

(126)  Ara Schrems I, il-punt 95 u Schrems II, il-punt 194. F’dak ir-rigward, il-QtĠ enfasizzat b’mod partikolari li l-konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-garanzija tad-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal indipendenti u imparzjali, “[tagħmel] parti wkoll mil-livell ta’ protezzjoni meħtieġ fi ħdan l-Unjoni [u] għandha tiġi kkonstatata mill-Kummissjoni qabel tadotta deċiżjoni ta’ adegwatezza taħt l-Artikolu 45(1) [tar-Regolament (UE) 2016/679]” (Schrems II, il-punt 186).

(127)  It-Taqsima 6 tal-Human Rights Act 1998.

(128)  Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Klass u oħrajn vs Il-Ġermanja, Nru tar-Rikors 5029/71, il-punti 17-51.

(129)  Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Kennedy vs Ir-Renju Unit, Nru tar-Rikors 26839/05, (“Kennedy”), il-punti 167 u 190.

(130)  Għal aktar informazzjoni dwar il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-inkorporazzjoni tagħha fid-dritt tar-Renju Unit permezz tal-Human Rights Act 1998 kif ukoll dwar il-Konvenzjoni 108, ara l-premessa (9).

(131)  B’mod simili, skont l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni 108+, restrizzjonijiet għal ċerti drittijiet u obbligi speċifiċi tal-Konvenzjoni għall-finijiet tas-sigurtà nazzjonali jew għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali jkunu permissibbli biss meta tali restrizzjoni tkun prevista mil-liġi, tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali, u tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika. L-attivitajiet ta’ pproċessar għal finijiet tas-sigurtà u tad-difiża nazzjonali jridu wkoll ikunu soġġetti għal stħarriġ u għal superviżjoni indipendenti u effettivi skont il-leġiżlazzjoni domestika tal-Parti rispettiva għall-Konvenzjoni

(132)  It-Taqsima 31 tad-DPA 2018.

(133)  L-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Iskeda 7 jinkludu mhux biss il-forzi tal-pulizija, iżda wkoll id-dipartimenti tal-gvern ministerjali tar-Renju Unit kif ukoll awtoritajiet oħra b’funzjonijiet investigattivi (eż. il-Commissioner for Her Majesty’s Revenue and Customs, in-National Crime Agency, il-Welsh Revenue Authority, il-Competition and Markets Authority jew Her Majesty’s Land Register), l-aġenziji tal-prosekuzzjoni, aġenziji oħra tal-ġustizzja kriminali u detenturi jew organizzazzjonijiet oħra li jwettqu attivitajiet ta’ infurzar tal-liġi (fost dawn, l-Iskeda 7 telenka d-Directors of Public Prosecutors, id-Director of Public Prosecutors for Northern Ireland jew l-Information Commission).

(134)  It-Taqsima 30(2) tad-DPA 2018.

(135)  It-Taqsima 35 tad-DPA 2018.

(136)  It-Taqsima 36 tad-DPA 2018.

(137)  It-Taqsima 37 tad-DPA 2018.

(138)  It-Taqsima 38 tad-DPA 2018.

(139)  It-Taqsima 39 tad-DPA 2018.

(140)  It-Taqsima 40 tad-DPA 2018.

(141)  It-Taqsima 44 tad-DPA 2018.

(142)  It-Taqsima 45 tad-DPA 2018.

(143)  It-Taqsimiet 46 u 47 tad-DPA 2018.

(144)  It-Taqsimiet 49 u 50 tad-DPA 2018.

(145)  It-Taqsimiet 56-65 tad-DPA 2018.

(146)  It-Taqsima 66 tad-DPA 2018.

(147)  It-Taqsimiet 67-68 tad-DPA 2018.

(148)  It-Taqsimiet 69-71 tad-DPA 2018.

(149)  It-Taqsimiet 67-68 tad-DPA 2018.

(150)  Il-Kapitolu 5 tal-Parti 3 tad-DPA 2018.

(151)  Skont it-Taqsima 86(6) tad-DPA 2018, sabiex jiġu ddeterminati l-ġustizzja u t-trasparenza tal-ipproċessar, irid jitqies il-metodu li bih tinkiseb id-data għall-ipproċessar. F’dan is-sens, ir-rekwiżit ta’ ġustizzja u ta’ trasparenza jiġi ssodisfat jekk id-data tinkiseb minn persuna li tkun awtorizzata legalment jew meħtieġa li tipprovdiha.

(152)  Skont it-Taqsima 87 tad-DPA 2018, il-finijiet tal-ipproċessar iridu jkunu speċifikati, espliċiti u leġittimi. Id-data ma tistax tiġi pproċessata b’mod li ma jkunx kompatibbli mal-finijiet li għalihom tinġabar. Skont it-Taqsima 87(3) tad-DPA 2018, ipproċessar ulterjuri kompatibbli tad-data personali jista’ jkun permess biss jekk il-kontrollur ikun awtorizzat bil-liġi sabiex jipproċessa d-data għal dak il-fini u l-ipproċessar ikun meħtieġ u proporzjonat għal dak il-fini l-ieħor. L-ipproċessar jenħtieġ li jitqies bħala kompatibbli jekk l-ipproċessar ikun jikkonsisti minn ipproċessar għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet statistiċi, u jkun soġġett għal salvagwardji xierqa (it-Taqsima 87(4) tad-DPA 2018).

(153)  Id-data personali trid tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva (it-Taqsima 88 tad-DPA 2018).

(154)  Id-data personali trid tkun preċiża u aġġornata (it-Taqsima 89 tad-DPA 2018).

(155)  Id-data personali ma tistax tinżamm aktar milli meħtieġ (it-Taqsima 90 tad-DPA 2018).

(156)  Is-sitt prinċipju tal-protezzjoni tad-data huwa li d-data personali trid tiġi pproċessata b’mod li jinkludi t-teħid ta’ miżuri ta’ sigurtà xierqa fir-rigward tar-riskji li jirriżultaw mill-ipproċessar tad-data personali. Ir-riskji jinkludu (iżda ma humiex limitati għal) aċċess aċċidentali jew mhux awtorizzat għal data personali, jew qerda, telf, użu, modifika jew żvelar ta’ tali data personali (it-Taqsima 91 tad-DPA 2018). It-Taqsima 107 teħtieġ ukoll li (1) kull kontrollur jeħtieġlu jimplimenta miżuri ta’ sigurtà xierqa, xierqa għar-riskji li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ data personali u (2) fil-każ ta’ pproċessar awtomatizzat, kull kontrollur u kull proċessur jimplimentaw miżuri preventivi jew mitiganti fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tar-riskju.

(157)  It-Taqsima 86(2)(b) u l-Iskeda 10 tad-DPA 2018.

(158)  Il-Kapitolu 3 tal-Parti 4 tad-DPA 2018, b’mod partikolari d-drittijiet: ta’ aċċess, ta’ rettifika u tħassir, ta’ oġġezzjoni għall-ipproċessar u li ma tkunx soġġetta għal teħid awtomatizzat ta’ deċiżjonijiet, ta’ intervent fit-teħid awtomatizzat ta’ deċiżjonijiet u ta’ informazzjoni dwar it-teħid ta’ deċiżjonijiet. Barra minn hekk, il-kontrollur jeħtieġlu jagħti lis-suġġett tad-data informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħu. Kif spjegat fil-gwida tal-ICO dwar l-ipproċessar mis-servizzi tal-intelligence, l-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet kollha tagħhom (inkluża talba għal rettifika) billi jagħmlu lment lill-ICO jew iressqu kwistjonijiet quddiem il-qorti (ara l-Gwida tal-ICO għall-ipproċessar tas-servizzi tal-intelligence, disponibbli fil-link li ġej https://ico.org.uk/for-organisations/guide-to-data-protection/guide-to-intelligence-services-processing/).

(159)  It-Taqsima 103 tad-DPA 2018.

(160)  It-Taqsima 109 tad-DPA 2018. Trasferimenti ta’ data personali lil organizzazzjonijiet internazzjonali jew lil pajjiżi barra mir-Renju Unit ikunu possibbli jekk it-trasferiment ikun miżura neċessarja u proporzjonata mwettqa għall-finijiet tal-funzjonijiet statutorji tal-kontrollur, jew għal finijiet oħrajn previsti f’Taqsimiet speċifiċi tas-Security Service Act 1989 u tal-Intelligence Services Act 1994.

(161)  ICO Guidance, ara n-nota f’qiegħ il-paġna 158.

It-Taqsima 30 tad-DPA 2018 u l-Iskeda 7 tad-DPA 2018.

(162)  It-Taqsima 110(2) tad-DPA 2018 telenka d-dispożizzjonijiet li minnhom hija permessa eżenzjoni. Din tinkludi l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data (ħlief il-prinċipju tal-legalità), id-drittijiet tas-suġġett tad-data, l-obbligu li l-Kummissarju tal-Informazzjoni jiġi informat dwar ksur tad-data, is-setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissarju tal-Informazzjoni f’konformità mal-obbligi internazzjonali, uħud mis-setgħat ta’ infurzar tal-Kummissarju tal-Informazzjoni, id-dispożizzjonijiet li jagħmlu ċerti tipi ta’ ksur tal-protezzjoni tad-data reat kriminali, u d-dispożizzjonijiet relatati ma’ finijiet speċjali ta’ pproċessar, bħal finijiet ġurnalistiċi, akkademiċi jew artistiċi.

(163)  Ara Baker vs Secretary of State, ara n-nota f’qiegħ il-paġna 61.

(164)  Il-UK Explanatory Framework for Adequacy Discussions, it-Taqsima H: National Security Data Protection and Investigatory Powers Framework, il-paġni 15-16 (ara n-nota 31 f’qiegħ il-paġna). Ara wkoll Baker vs Secretary of State (ara n-nota 61 f’qiegħ il-paġna), li fiha l-qorti rrevokat ċertifikat tas-sigurtà nazzjonali maħruġ mill-Home Secretary u kkonfermat l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, filwaqt li qieset li ma kien hemm l-ebda raġuni sabiex tiġi prevista eċċezzjoni ġenerali fuq l-obbligu li jiġu indirizzati t-talbiet għall-aċċess u li l-permess ta’ tali eċċezzjoni fiċ-ċirkustanzi kollha mingħajr analiżi każ b’każ kien imur lil hinn minn dak li kien meħtieġ u proporzjonat għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali.

(165)  Ara l-MtQ bejn l-ICO u l-UKIC li, skont dan, “Malli l-ICO jirċievi lment mingħand suġġett tad-data, l-ICO jkun irid jaċċerta lilu nnifsu li l-kwistjoni tkun ġiet ittrattata b’mod korrett, u, fejn applikabbli, li l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe eżenzjoni tkun intużat kif xieraq”. Memorandum ta’ Qbil bejn l-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Komunità tal-Intelligence tar-Renju Unit, il-paragrafu 16, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://ico.org.uk/media/about-the-ico/mou/2617438/uk-intelligence-community-ico-mou.pdf

(166)  Id-DPA 2018 ħassar il-possibbiltà li jinħarġu ċertifikati skont it-Taqsima 28(2) tad-Data Protection Act tal-1998. Madankollu, il-possibbiltà li jinħarġu “ċertifikati qodma” għadha teżisti sal-punt li hemm sfida storika skont l-Att tal-1998 (ara l-paragrafu 17 tal-Parti 5 tal-Iskeda 20 tad-DPA 2018). Madankollu, din il-possibbiltà tidher rari ħafna u se tapplika biss f’każijiet limitati, bħal, pereżempju, fejn suġġett tad-data jippreżenta sfida dwar l-użu tal-eżenzjoni tas-sigurtà nazzjonali fir-rigward tal-ipproċessar minn awtorità pubblika li tkun wettqet l-ipproċessar tagħha skont l-Att tal-1998. Ta’ min jinnota li f’dawn il-każijiet, it-Taqsima 28 tad-DPA 1998 se tapplika fl-intier tagħha, inkluża għalhekk il-possibbiltà għas-suġġett tad-data li jikkontesta ċ-ċertifikat quddiem il-Qorti.

(167)  UK Government Guidance on National Security Certificates under the Data Protection Act 2018, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/910279/Data_Protection_Act_2018_-_National_Security_Certificates_Guidance.pdf Skont l-ispjegazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, filwaqt li ċertifikat huwa prova konklużiva li, fir-rigward tad-data jew tal-ipproċessar deskritt fiċ-ċertifikat, l-eżenzjoni hija applikabbli, ma jneħħix ir-rekwiżit li l-kontrollur jikkunsidra jekk ikunx hemm bżonn li tiġi invokata l-eżenzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ.

(168)  Skont it-taqsima 130 tad-DPA 2018, l-ICO jista’ jiddeċiedi li ma jippubblikax it-test jew parti mit-test taċ-ċertifikat, jekk dan ikun kontra l-interess tas-sigurtà nazzjonali jew imur kontra l-interess pubbliku jew jista’ jipperikola s-sikurezza ta’ kwalunkwe persuna. F’dawn il-każijiet, l-ICO madankollu jippubblika l-fatt li ċ-ċertifikat ikun inħareġ.

(169)  UK Government Guidance on National Security Certificates, il-paragrafu 15, ara n-nota 167 f’qiegħ il-paġna.

(170)  UK Government Guidance on National Security Certificates, il-paragrafu 5, ara n-nota 167 f’qiegħ il-paġna.

(171)  Ara n-nota 164 f’qiegħ il-paġna.

(172)  It-Taqsima 102 tad-DPA 2018 teħtieġ li l-kontrollur ikun f’pożizzjoni li juri li huwa kkonforma mad-DPA 2018. Dan jimplika li servizz tal-intelligence jkun jeħtieġ juri lill-ICO li meta jinvoka l-eżenzjoni, ikun ikkunsidra ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ. L-ICO jippubblika wkoll rekord taċ-ċertifikati tas-sigurtà nazzjonali, li huwa disponibbli fuq il-link li ġejja: hija disponibbli fuq il-link li ġejja: https://ico.org.uk/about-the-ico/our-information/national-security-certificates/

(173)  L-Upper Tribunal huwa l-qorti kompetenti sabiex tisma’ appelli kontra deċiżjonijiet meħuda minn tribunali amministrattivi inferjuri u għandu kompetenza speċifika għal appelli diretti kontra deċiżjonijiet ta’ ċerti korpi tal-gvern.

(174)  It-Taqsima 111(3) tad-DPA 2018.

(175)  It-Taqsima 111(5) tad-DPA 2018.

(176)  F’Baker vs Secretary of State (ara n-nota 61 f’qiegħ il-paġna), it-Tribunal tal-Informazzjoni rrevoka ċertifikat tas-sigurtà nazzjonali maħruġ mill-Home Secretary, filwaqt li qies li ma kien hemm l-ebda raġuni sabiex tiġi prevista eċċezzjoni ġenerali fuq l-obbligu li jiġu indirizzati t-talbiet għall-aċċess u li l-permess ta’ tali eċċezzjoni f’kull ċirkustanza mingħajr analiżi każ b’każ kien imur lil hinn minn dak li kien meħtieġ u proporzjonat għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali.

(177)  UK Government Guidance on National Security Certificates, il-paragrafu 25, ara n-nota 167 f’qiegħ il-paġna.

(178)  Dan jinkludi: (i) il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data tal-Parti 4, ħlief għal-legalità tar-rekwiżit ta’ pproċessar skont l-ewwel prinċipju u l-fatt li l-ipproċessar irid jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Iskedi 9 u 10; (ii) id-drittijiet tas-suġġetti tad-data; u (iii) id-dmirijiet relatati mar-rapportar ta’ ksur lill-ICO.

(179)  Il-parti 4 tad-DPA 2018 tipprevedi l-qafas legali li japplika għat-tipi kollha ta’ pproċessar ta’ data personali mwettqa minn aġenziji tal-intelligence (u mhux biss għall-eżerċizzju tal-kompiti ta’ sigurtà nazzjonali tagħhom). Għalhekk, il-Parti 4 tapplika wkoll meta l-aġenziji tal-intelligence jipproċessaw id-data pereżempju għal skopijiet ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani, fil-kuntest ta’ litigazzjoni jew fil-kuntest tal-akkwist pubbliku. Ir-restrizzjonijiet elenkati fl-Iskeda 11 huma prinċipalment maħsuba biex japplikaw f’dawn il-kuntesti l-oħra. Pereżempju, fil-kuntest ta’ litigazzjoni ma’ impjegat, ir-restrizzjoni għall-finijiet ta’ “proċedimenti legali” tista’ tiġi invokata, jew fil-kuntest ta’ akkwist pubbliku, ir-restrizzjoni għal finijiet ta’ “negozjar” tista’ tiġi invokata, eċċ. Dan huwa rifless fil-gwida tal-ICO dwar l-ipproċessar tas-servizzi ta’ intelligence, li ssemmi n-negozjar ta’ ftehim bejn aġenzija tal-intelligence u ex impjegat li qed isegwi talba dwar l-impjieg bħala eżempju għall-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet fl-Iskeda 11 (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 161). Għandu jiġi nnutat ukoll li l-istess restrizzjonijiet huma disponibbli għal awtoritajiet pubbliċi oħra skont l-Iskeda 2 tal-Parti 2 tad-DPA 2018.

(180)  Skont il-UK Explanatory Framework, l-eċċezzjonijiet li huma “fuq il-bażi tal-klassi” huma: (i) informazzjoni dwar l-għoti ta’ unuri u ta’ dinjitajiet tal-Kuruna; (ii) privileġġ professjonali legali; (iii) referenzi kunfidenzjali għall-impjieg, għat-taħriġ jew għall-edukazzjoni; u (iv) karti u marki tal-eżamijiet. L-eċċezzjonijiet “fuq il-bażi tal-preġudizzju” jikkonċernaw il-kwistjonijiet li ġejjin: (i) prevenzjoni jew sejbien ta’ delitt; il-qbid u l-prosekuzzjoni ta’ trasgressuri; (ii) privileġġ parlamentari; (iii) proċedimenti ġudizzjarji; (iv) l-effettività tal-kombattiment tal-forzi armati tal-Kuruna; (v) il-benesseri ekonomiku tar-Renju Unit; (vi) negozjati mas-suġġett tad-data; (vii) riċerka xjentifika jew storika, jew skopijiet statistiċi; (viii) arkivjar fl-interess pubbliku. Il-UK Explanatory Framework for Adequacy Discussions, it-Taqsima H: National Security, il-paġna 13, ara n-nota 31 f’qiegħ il-paġna.

(181)  L-użu tal-kunsens ma jidhirx rilevanti f’xenarju ta’ adegwatezza peress li, f’sitwazzjoni ta’ trasferiment, id-data ma tkunx inġabret direttament mingħand suġġett tad-data tal-UE minn awtorità tal-infurzar tal-liġi tar-Renju Unit fuq il-bażi tal-kunsens.

(182)  Għall-bażi ġuridika rilevanti, ara t-Taqsimiet 8 et seq. tal-PACE 1984 (għall-Ingilterra u għal Wales), it-Taqsimiet 10 et seq, tal-Police and Criminal Evidence Order (Northern Ireland) 1989 għall-Irlanda ta’ Fuq u għall-Iskozja din tinkiseb mid-dritt komuni (ara t-Taqsima 46 tal-Criminal Justice (Scotland) Act 2016) u t-Taqsima 23B tal-Criminal Law (Consolidation) (Scotland). Għal mandat ta’ perkwiżizzjoni maħruġ wara l-arrest, il-bażi ġuridika hija t-taqsima 18 tal-PACE 1984 (għall-Ingilterra u għalWales), it-Taqsimiet 20 et seq., tal-Police and Criminal Evidence Order (Northern Ireland) 1989 għall-Irlanda ta’ Fuq u għall-Iskozja din tinkiseb mid-dritt komuni (ara t-Taqsima 46 tal-Criminal Justice (Scotland) Act 2016). L-awtoritajiet tar-Renju Unit iċċaraw li l-mandati ta’ perkwiżizzjoni jinħarġu minn qorti, wara talba ppreżentata mill-uffiċjal tal-investigazzjoni. Jippermettu li uffiċjal jidħol f’bini sabiex ifittex materjal jew individwi rilevanti għall-investigazzjoni tiegħu; l-eżekuzzjoni tal-mandat spiss tkun teħtieġ l-assistenza ta’ kuntistabbli tal-pulizija.

(183)  Meta l-investigazzjoni tkun tikkonċerna l-ħasil tal-flus (inklużi proċedimenti ta’ konfiska u ta’ rkupru ċivili), il-bażi ġuridika rilevanti għall-applikazzjoni għal ordni ta’ produzzjoni tinkiseb mit-Taqsimiet 345 et seq. għall-Ingilterra, għal Wales u għall-Irlanda ta’ Fuq u mit-Taqsimiet 380 et seq. tal-Proceeds of Crime Act 2002 għall-Iskozja. Meta l-investigazzjoni tikkonċerna kwistjonijiet oħrajn minbarra l-ħasil tal-flus, tista’ ssir talba għal ordni ta’ produzzjoni skont it-Taqsima 9 u l-Iskeda 1 tal-PACE 1984 għall-Ingilterra u għal Wales, u t-Taqsima 10 et seq. tal-Police and Criminal Evidence Order (Northern Ireland) 1989 għall-Irlanda ta’ Fuq. Għall-Iskozja, din tinkiseb skont id-dritt komuni (ara t-Taqsima 46 tal-Criminal Justice (Scotland) Act 2016) u t-Taqsima 23B tal-Criminal Law (Consolidation) (Scotland). L-awtoritajiet tar-Renju Unit iċċaraw li ordni ta’ produzzjoni teħtieġ li l-persuna speċifikata fiha tipproduċi jew tagħti aċċess għall-materjal li jkollha fil-pussess jew taħt il-kontroll tagħha (ara l-paragrafu 4 tal-Iskeda 1 tal-PACE 1984).

(184)  Pereżempju, il-PACE 1984 fih setgħat fit-Taqsimiet 8 u 18 għas-sekwestru u għaż-żamma ta’ kwalunkwe ħaġa li għaliha tkun ġiet awtorizzata perkwiżizzjoni.

(185)  Pereżempju, it-Taqsima 8 u t-Taqsima 18 tal-PACE jirregolaw rispettivament is-setgħa ta’ mħallef tal-paċi li jawtorizza mandat u ta’ uffiċjal tal-pulizija għall-perkwiżizzjoni ta’ proprjetà. Fl-ewwel każ (it-Taqsima 8), qabel ma jinħareġ mandat, l-imħallef tal-paċi l-ewwel jeħtieġlu jkun issodisfat li jkun hemm motivi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li: (i) twettaq reat li jistgħu jittieħdu passi legali kontrih; (ii) hemm materjal fil-bini li x’aktarx ikun ta’ valur sostanzjali (kemm jekk waħdu kif ukoll flimkien ma’ materjal ieħor) għall-investigazzjoni tar-reat; (iii) il-materjal x’aktarx huwa evidenza rilevanti; (iv) ma jikkonsistix f’oġġetti jew ma jinkludix oġġetti soġġetti għal privileġġ legali, materjal eskluż jew materjal ta’ proċedura speċjali; u (v) ma jkunx possibbli li jinkiseb dħul mingħajr l-użu ta’ mandat. Fit-tieni każ, it-Taqsima 18 tippermetti li uffiċjal tal-pulizija jagħmel perkwiżizzjoni tal-bini ta’ persuna arrestata għal reat li kontrih jistgħu jittieħdu passi legali għal materjal li ma jkunx materjal soġġett għal privileġġ legali jekk ikollu motivi raġonevoli sabiex jissuspetta li jkun hemm evidenza fil-bini li hija relatata ma’ dak ir-reat jew ma’ reat ieħor simili jew konness li kontrih jistgħu jittieħdu passi legali. Tali perkwiżizzjoni trid tkun limitata għall-kxif ta’ dak il-materjal u trid tkun awtorizzata, bil-miktub, minn uffiċjal tal-pulizija bi grad minimu ta’ spettur sakemm ma tkunx meħtieġa għall-investigazzjoni tar-reat. F’dan il-każ, uffiċjal bi grad minimu ta’ spettur jeħtieġlu jiġi informat mill-aktar fis prattikabbli wara li tkun twettqet. Irid jinżamm rekord tar-raġunijiet għall-perkwiżizzjoni u tan-natura tal-evidenza mfittxija. Barra minn hekk, it-Taqsimiet 15 u 16 tal-PACE 1984 jipprovdi salvagwardji statutorji li jridu jiġu segwiti meta tiġi ppreżentata talba għal mandat ta’ perkwiżizzjoni. It-Taqsima 15 tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli għall-kisba ta’ mandat ta’ perkwiżizzjoni (inkluż il-kontenut tat-talba ppreżentata mill-kuntistabbli u l-fatt li l-mandat irid jispeċifika, fost affarijiet oħrajn, il-mogħdija ta’ liġi li taħtha jinħareġ u jidentifika, sa fejn ikun possibbli, l-oġġetti u l-persuni li għandhom jitfittxu u l-bini li għandu jiġi soġġett għall-perkwiżizzjoni). It-Taqsima 16 tirregola kif trid titwettaq perkwiżizzjoni skont mandat (pereżempju: it-taqsima 16(5) tistipula li l-uffiċjal li jeżegwixxi l-mandat jipprovdi lill-okkupant kopja tal-mandat; it-taqsima 16(11) teħtieġ li l-mandat, ladarba jiġi eżegwit, jinżamm għal perjodu ta’ 12-il xahar; It-Taqsima 16(12) tipprovdi lill-okkupant bid-dritt li jispezzjona l-mandat matul dak il-perjodu jekk ikun jixtieq dan). Dawn it-Taqsimiet jgħinu sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Art. 8 tal-KEDB (ara, pereżempju, Pharmaceuticals vs Director of the Serious Fraud Office [2002] EWHC 3023 (QB) fi [30] minn Lord Woolf CJ). Nuqqas ta’ konformità ma’ dawn is-salvagwardji jista’ jwassal sabiex il-perkwiżizzjoni tiġi ddikjarata illegali (eżempji jinkludu R (Brook) vs Preston Crown Court [2018] EWHC 2024 (Admin), [2018] ACD 95; R (Superior Import / Export Ltd) vs Revenue and Customs Commissioners [2017] EWHC 3172 (Admin), [2018] Lloyd’s Rep FC 115; u R (F) vs Blackfriars Crown Court [2014] EWHC 1541 (Admin)). It-Taqsimiet 15 u 16 tal-PACE 1984 huma ssupplimentati mill-Kodiċi B tal-PACE, Kodiċi ta’ Prattika li jirregola l-eżerċizzju tas-setgħat tal-pulizija sabiex jagħmlu perkwiżizzjoni f’bini.

(186)  Pereżempju, meta tinħareġ ordni ta’ produzzjoni skont il-Proceeds of Crime Act 2002, minbarra l-ħtieġa li jkun hemm motivi raġonevoli sabiex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 346(2) tal-Proceeds of Crime Act, jenħtieġ li jkun hemm bażi raġonevoli li l-persuna jkollha fil-pussess jew taħt il-kontroll tagħha l-materjal speċifikat b’dan il-mod u li l-materjal x’aktarx ikun ta’ valur sostanzjali. Barra minn hekk, rekwiżit ieħor għall-ħruġ ta’ ordni ta’ produzzjoni huwa li jrid ikun hemm motivi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li jkun fl-interess pubbliku li jiġi prodott il-materjal jew li jingħata aċċess għalih, wara li jiġu kkunsidrati (a) il-benefiċċju li x’aktarx tiggwadanja l-investigazzjoni jekk jinkiseb il-materjal; u (b) iċ-ċirkustanzi li fihom il-persuna li t-talba tispeċifika bħala dik li jidher li tinsab fil-pussess jew li għandha l-kontroll tal-materjal li jżomm l-informazzjoni tagħha. B’mod simili, qorti li tikkunsidra talba għal ordni ta’ produzzjoni skont l-Iskeda 1 tal-PACE 1984 jeħtiġilha tkun sodisfatta li jkunu rrispettati kundizzjonijiet speċifiċi. B’mod partikolari, l-Iskeda 1 tal-PACE tistabbilixxi żewġ settijiet alternattivi separati ta’ kundizzjonijiet, li wieħed minnhom irid jiġi ssodisfat qabel ma mħallef ikun jista’ joħroġ ordni ta’ produzzjoni. L-ewwel sett jirrikjedi li l-imħallef ikollu motivi raġonevoli sabiex jemmen (i) li twettaq reat li kontrih jistgħu jittieħdu passi legali; (ii) il-materjal imfittex fil-bini jikkonsisti fi proċedura speċjali, jew jinkludi tali proċedura, iżda ma jkunx materjal eskluż; (iii) x’aktarx li jkun ta’ valur sostanzjali, kemm jekk waħdu kif ukoll jekk flimkien ma’ materjal ieħor, għall-investigazzjoni; (iv) u li x’aktarx ikun evidenza rilevanti; (v) metodi oħrajn ta’ kif jinkiseb il-materjal jew ġew ippruvati jew ma ġewx ippruvati minħabba li jkunu probabbli li jfallu; u (vi) wara li jkun ikkunsidra l-benefiċċju għall-investigazzjoni u ċ-ċirkustanzi li fihom l-individwu jkollu l-pussess, ikun fl-interess pubbliku li l-materjal jiġi prodott jew li jiġi pprovdut aċċess għalih. It-tieni sett ta’ kundizzjonijiet jeħtieġ: (i) hemm materjal fil-bini li jikkonsisti fi proċedura speċjali jew f’materjal eskluż; (ii) li kieku ma kinitx għall-projbizzjoni fuq perkwiżizzjonijiet imwettqa fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni mgħoddija qabel il-PACE għal proċedura speċjali, għal materjal eskluż jew għal materjal ta’ privileġġ legali, seta’ jinħareġ mandat ta’ perkwiżizzjoni għall-materjal; u (iii) kien ikun xieraq li jsir hekk.

(187)  L-istħarriġ ġudizzjarju huwa l-proċedura legali li biha d-deċiżjonijiet ta’ korp pubbliku jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-High Court. Il-Qrati “jistħarrġu” d-deċiżjoni li tiġi kkontestata u jiddeċiedu jekk ikunx jista’ jiġi argumentat li d-deċiżjoni tkun legalment żbaljata, fid-dawl tal-kunċetti/tal-prinċipji tad-dritt pubbliku. Il-motivi ewlenin għall-istħarriġ ġudizzjarju huma, primarjament, illegalità, irrazzjonalità, aġir proċedurali mhux xieraq, aspettattivi leġittimi u d-drittijiet tal-bniedem. Jekk stħarriġ ġudizzjarju jintlaqa’, qorti tkun tista’ tordna numru ta’ rimedji differenti; l-aktar wieħed komuni fosthom huwa ordni ta’ tħassir (li tannulla jew tikkanċella d-deċiżjoni oriġinali - jiġifieri d-deċiżjoni li jinħareġ mandat ta’ perkwiżizzjoni), f’ċerti ċirkustanzi, dan jista’ jinkludi wkoll l-għoti ta’ kumpens finanzjarju. Dettall addizzjonali dwar l-istħarriġ ġudizzjarju fir-Renju Unit huwa disponibbli fil-pubblikazzjoni tal-Government Legal Department “Judge Over Your Shoulder – a guide to good decision-making”, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/746170/JOYS-OCT-2018.pdf

(188)  It-Taqsima 36(1) tad-DPA 2018 tar-Renju Unit.

(189)  It-Taqsima 37 tad-DPA 2018 tar-Renju Unit.

(190)  It-Taqsima 263(1) tal-IPA 2016 tipprovdi li “delitt gravi” tfisser reat li għalih adult, li ma kellu l-ebda kundanna preċedenti, jista’ jkun raġonevolment mistenni li jiġi kkundannat għal priġunerija għal terminu ta’ 3 snin jew aktar jew l-imġiba tinvolvi l-użu ta’ vjolenza, tirriżulta f’qligħ finanzjarju sostanzjali jew tkun imwettqa minn numru kbir ta’ persuni. Barra minn hekk, għall-finijiet tal-kisba tad-data ta’ komunikazzjoni skont il-Parti 4 tal-IPA 2016, it-Taqsima 87(10B) tipprovdi li “delitt gravi” tfisser delitt li għalih tista’ tingħata sentenza ta’ priġunerija ta’ 12-il xahar jew aktar jew reat imwettaq minn persuna li ma tkunx individwu jew li jinvolvi, bħala parti integrali minnu, it-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni jew ksur tal-privatezza ta’ persuna.

(191)  B’mod partikolari, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li ġejjin jistgħu japplikaw għal mandat ta’ interċettazzjoni mmirata: id-Direttur Ġenerali tan-National Crime Agency, il-Kummissarju tal-Pulizija tal-Metropoli, il-Kap Kuntistabbli tal-Police Service of Northern Ireland, il-Kap Kuntistabbli tal-Police Service of Scotland, il-Kummissarju għall-Her Majesty’s Revenue and Customs, il-Kap tal-Intelligence tad-Difiża u persuna li tkun awtorità kompetenti ta’ pajjiż jew ta’ territorju barra mir-Renju Unit għall-finijiet ta’ strument ta’ assistenza reċiproka tal-UE jew ta’ ftehim ta’ assistenza reċiproka internazzjonali (it-Taqsima 18(1) tal-IPA 2016).

(192)  Ara t-Taqsima 4 tal-IPA 2016.

(193)  Ara t-Taqsima 261(5) tal-IPA 2016 u l-Code of Practice on Bulk Acquisition of Communications Data, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/715477/Bulk_Communications_Data_Code_of_Practice.pdf, il-paragrafu 2.9.

(194)  Code of Practice on Equipment Interference, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/715479/Equipment_Interference_Code_of_Practice.pdf, paragrafu 2.2.

(195)  Mandat ta’ assistenza reċiproka jawtorizza lil awtorità tar-Renju Unit sabiex tipprovdi assistenza lil awtorità barra mit-territorju tar-Renju Unit għall-interċettazzjoni u għall-iżvelar tal-materjal interċettat lil tali awtorità, f’konformità ma’ strument ta’ assistenza reċiproka internazzjonali (it-Taqsima 15(4) tal-IPA 2016).

(196)  L-Investigatory Powers Act 2016 (ara: https://www.legislation.gov.uk/ukpga/2016/25/contents/enacted) issostitwixxa liġijiet differenti dwar l-interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet, l-interferenza tat-tagħmir u l-kisba tad-data ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari l-Parti I tal-RIPA 2000 li pprovdiet il-qafas leġiżlattiv ġenerali preċedenti għall-użu ta’ setgħat investigattivi mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà nazzjonali.

(197)  It-Taqsimiet 138(1), 158(1), 178(1), 199(1) tal-IPA 2016.

(198)  Il-Kapitolu 2 tal-Parti 2 tal-IPA 2016 jipprovdi għal numru limitat ta’ każijiet li fihom l-interċezzjonijiet jistgħu jitwettqu mingħajr mandat. Dan jinkludi: interċettazzjoni bil-kunsens tal-mittent jew tar-riċevitur, interċettazzjoni għal finijiet amministrattivi jew ta’ infurzar, interċettazzjoni li sseħħ f’ċerti istituzzjonijiet (ħabsijiet, sptarijiet psikjatriċi u faċilitajiet ta’ detenzjoni tal-immigrazzjoni) kif ukoll interċettazzjoni mwettqa f’konformità ma’ ftehim internazzjonali rilevanti.

(199)  Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, is-Segretarju tal-Istat huwa l-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikati skont l-IPA 2016, filwaqt li l-Ministri Skoċċiżi għandhom is-setgħa li joħorġu mandati ta’ interċettazzjoni mmirata, mandat ta’ assistenza reċiproka u mandati ta’ interferenza tat-tagħmir immirata meta l-persuni jew il-bini li jkun se jiġi interċettat u t-tagħmir li miegħu tkun se ssir interferenza jkunu jinsabu fl-Iskozja (ara t-Taqsimiet 22 u 103 tal-IPA 2016). Fil-każ ta’ interferenza ta’ tagħmir immirata, kap tal-infurzar tal-liġi (deskritt fil-Parti 1 u fil-Parti 2 tal-Iskeda 6 tal-IPA 2016) jista’ joħroġ il-mandat skont il-kundizzjonijiet tat-Taqsima 106 tal-IPA 2016.

(200)  Il-Kummissarji Ġudizzjarji jassistu lill-Kummissarju għas-Setgħat Investigattivi (IPC - Investigatory Powers Commissioner), korp indipendenti li jeżerċita funzjonijiet ta’ sorveljanza fuq l-użu ta’ setgħat investigattivi minn aġenziji tal-intelligence (ara għal aktar dettalji l-premessa (162) et seq.).

(201)  Ara, b’mod partikolari, it-Taqsima 19 u 23 tal-IPA 2016.

(202)  It-Taqsima 36(3) tad-DPA 2018.

(203)  It-Taqsima 56 tad-Digital Economy Act 2017, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.legislation.gov.uk/ukpga/2017/30/section/56

(204)  It-Taqsima 48 tad-Digital Economy Act 2017.

(205)  It-Taqsima 7 tal-Crime and Courts Act 2013, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.legislation.gov.uk/ukpga/2013/22/section/7

(206)  It-Taqsima 68 tas-Serious Crime Act 2007, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.legislation.gov.uk/ukpga/2007/27/contents

(207)  Il-Prattika Professjonali Awtorizzata dwar il-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni hija disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.app.college.police.uk/app-content/information-management/sharing-police-information

(208)  Ara pereżempju l-Kawża M, R vs the Chief Constable of Sussex Police [2019] EWHC 975 (Admin) fejn il-High Court intalbet tikkunsidra l-kondiviżjoni tad-data bejn il-pulizija u Business Crime Reduction Partnership (BCRP), organizzazzjoni mogħtija s-setgħa li timmaniġġja skemi ta’ avviż ta’ esklużjoni, li jipprojbixxu lil persuni milli jidħlu fil-bini kummerċjali tal-membri tagħha. Il-qorti stħarrġet il-kondiviżjoni tad-data, li kienet qed issir fuq il-bażi ta’ ftehim li kellu l-għan li jipproteġi lill-pubbliku u jipprevjeni l-kriminalità u finalment ikkonkludiet li l-biċċa l-kbira tal-aspetti tal-kondiviżjoni tad-data kienu legali, ħlief fir-rigward ta’ xi informazzjoni sensittiva kondiviża bejn il-pulizija u BCRP. Eżempju ieħor huwa l-Kawża Cooper vs NCA [2019] EWCA Civ 16 fejn il-Qorti tal-Appell ikkonfermat il-kondiviżjoni tad-data bejn il-pulizija u l-Aġenzija tal-Kriminalità Organizzata Serja (SOCA), aġenzija tal-infurzar tal-liġi li bħalissa hija parti mill-NCA.

(209)  It-Taqsima 36(4) tad-DPA 2018.

(210)  Counter Terrorism Act 2008, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.legislation.gov.uk/ukpga/2008/28/section/19

(211)  Intelligence Service Act 1994, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.legislation.gov.uk/ukpga/1994/13/contents

(212)  Security Service Act 1989, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.legislation.gov.uk/ukpga/1989/5/contents

(213)  It-Taqsima 2(2) tal-Intelligence Services Act 1994 tipprovdi li “l-Kap tas-Servizz tal-Intelligence għandu jkun responsabbli għall-effiċjenza ta’ dak is-Servizz u għandu jkun id-dmir tiegħu li jiżgura— (a) li hemm arranġamenti sabiex jiġi żgurat li ma tinkiseb l-ebda informazzjoni mis-Servizz tal-Intelligence ħlief sa fejn tkun meħtieġa għall-eżekuzzjoni xierqa tal-funzjonijiet tiegħu u li l-ebda informazzjoni ma tiġi żvelata minnu ħlief sa fejn l-iżvelar ikun meħtieġ— (i) għal dak l-għan; (ii) fl-interessi tas-sigurtà nazzjonali; (iii) għall-fini tal-prevenzjoni jew tas-sejbien ta’ delitti gravi; jew (iv) għall-fini ta’ kwalunkwe proċediment kriminali; u (b) li s-Servizz tal-Intelligence ma jieħu l-ebda azzjoni sabiex imexxi ’l quddiem l-interessi ta’ kwalunkwe partit politiku tar-Renju Unit” filwaqt li t-Taqsima 2(2) tas-Security Service Act 1989 tipprovdi li “d-Direttur Ġenerali għandu jkun responsabbli għall-effiċjenza tas-Servizz u għandu jkun dmiru li jiżgura— (a) li jkun hemm arranġamenti sabiex jiġi żgurat li ma tinkiseb l-ebda informazzjoni mis-Servizz ħlief sa fejn tkun meħtieġa għall-eżekuzzjoni xierqa tal-funzjonijiet tiegħu jew li ma tiġi żvelata l-ebda informazzjoni minnu ħlief sa fejn ikun meħtieġ għal dak il-fini jew għall-fini tal-prevenzjoni jew tas-sejbien ta’] delitt gravi jew għall-fini ta’ kwalunkwe proċediment kriminali]; u (b) li s-Servizz ma jieħu l-ebda azzjoni sabiex imexxi ’l quddiem l-interessi ta’ xi partit politiku; u (c) li jkun hemm arranġamenti, miftiehma mad-Direttur Ġenerali tan-National Crime Agency, għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tas-Servizz skont it-Taqsima 1(4) ta’ dan l-Att mal-attivitajiet tal-forzi tal-pulizija, in-National Crime Agency u aġenziji oħrajn tal-infurzar tal-liġi”.

(214)  Ara l-Kapitolu 5 tal-Parti 3 tad-DPA 2018.

(215)  It-Taqsima 76 tad-DPA 2018.

(216)  It-Taqsima 54 u t-Taqsima 130 tal-IPA 2016. L-awtoritajiet emittenti jeħtiġilhom jikkunsidraw il-ħtieġa li jimponu salvagwardji speċifiċi għall-materjal mgħoddi lill-awtoritajiet barranin, sabiex jiżguraw li d-data tkun soġġetta għal salvagwardji f’termini ta’ żamma, ta’ qerda u ta’ żvelar tad-data li jkunu simili għal dawk li huma imposti fit-Taqsima 53 u fit-Taqsima 129 tal-IPA 2016.

(217)  Agreement between the Government of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland and the Government of the United States of America on Access to Electronic Data for the Purpose of Countering Serious Crime, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/836969/CS_USA_6.2019_Agreement_between_the_United_Kingdom_and_the_USA_on_Access_to_Electronic_Data_for_the_Purpose_of_Countering_Serious_Crime.pdf

(218)  Dan huwa l-ewwel ftehim li ntlaħaq skont il-US Clarifying Lawful Overseas Use of Data (CLOUD) Act. Il-United States CLOUD Act huwa liġi federali tal-Istati Uniti li ġiet adottata fit-23 ta’ Marzu 2018 u li tiċċara, permezz ta’ emenda tal-iStored Communications Act of 1986, li l-fornituri ta’ servizzi tal-Istati Uniti huma obbligati jikkonformaw mal-ordnijiet tal-Istati Uniti sabiex jiżvelaw il-kontenut u d-data mhux ta’ kontenut, irrispettivament minn fejn tkun maħżuna t-tali data. L-Att CLOUD jippermetti wkoll il-konklużjoni ta’ ftehimiet eżekuttivi ma’ gvernijiet barranin, li fuq il-bażi tagħhom il-fornituri ta’ servizzi tal-Istati Uniti jkunu jistgħu jipprovdu d-data dwar il-kontenut direttament lil dawn il-gvernijiet barranin (it-test tal-Att CLOUD huwa disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.congress.gov/115/bills/s2383/BILLS-115s2383is.pdf)

(219)  L-Artikolu 1(14) tal-Ftehim.

(220)  L-Artikolu 5(2) tal-Ftehim.

(221)  L-Artikolu 5(1) tal-Ftehim.

(222)  L-Artikolu 4(5) tal-Ftehim. Standard addizzjonali u aktar strett japplika fir-rigward ta’ interċettazzjoni f’ħin reali: l-ordnijiet iridu jkunu għal żmien limitat, li ma għandux ikun itwal minn dak li huwa raġonevolment neċessarju sabiex jintlaħqu l-finijiet tal-ordni, u għandhom jinħarġu biss jekk l-istess informazzjoni ma tkunx tista’ tinkiseb b’mod raġonevoli b’metodu anqas intrużiv (Artikolu 5(3) tal-Ftehim).

(223)  Il-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni personali marbuta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali ĠU L 336, 10.12.2016, p. 3–13, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:22016A1210(01)&from=EN

(224)  L-Artikolu 9(1) tal-Ftehim.

(225)  L-Artikolu 9(1) tal-Ftehim.

(226)  It-Taqsima 116 tad-DPA 2018.

(227)  Ara l-IPA 2016 u b’mod partikolari l-Parti 8 tal-Kapitolu 1.

(228)  Il-paragrafu 2 tal-Iskeda 13 tad-DPA 2018.

(229)  Jordnaw lill-kontrollur u lill-proċessur (u f’ċerti ċirkustanzi lil kwalunkwe persuna oħra) sabiex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa (it-Taqsima 142 tad-DPA 2018).

(230)  Jippermettu t-twettiq ta’ investigazzjonijiet u ta’ awditi, li jistgħu jirrikjedu li l-kontrollur jew il-proċessur jippermetti lill-Kummissarju jidħol f’bini speċifikat, jispezzjona jew jeżamina dokumenti jew tagħmir, jintervista persuni li jipproċessaw data personali f’isem il-kontrollur (it-Taqsima 146 tad-DPA 2018).

(231)  Jippermettu l-eżerċizzju ta’ setgħat korrettivi, li jirrikjedi li l-kontrolluri/il-proċessuri jieħdu jew iżommu lura milli jieħdu passi speċifiċi (it-Taqsima 149 tad-DPA 2018).

(232)  It-Taqsima 154 tad-DPA 2018.

(233)  It-Taqsima 155 tad-DPA 2018.

(234)  Il-Politika ta’ Azzjoni Regolatorja, ara n-nota 96 f’qiegħ il-paġna.

(235)  Information Commissioner’s Annual Report and Financial Statements 2018-19, ara n-nota 101 f’qiegħ il-paġna.

(236)  Information Commissioner’s Annual Report and Financial Statements 2019-20, ara n-nota 82 f’qiegħ il-paġna.

(237)  Bażi ta’ data li rreġistrat intelligence relatata mal-allegati membri tal-gangs u mal-vittmi ta’ delitti relatati mal-gangs.

(238)  Ara d-dikjarazzjoni tal-ICO, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://ico.org.uk/about-the-ico/news-and-events/news-and-blogs/2020/07/oaic-and-ico-open-joint-investigation-into-clearview-ai-inc/

(239)  It-Taqsima 170 tad-DPA 2018.

(240)  It-Taqsima 171 tad-DPA 2018.

(241)  It-Taqsima 119(6) tad-DPA 2018.

(242)  Matul is-sena finanzjarja li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ April 2019 sal-31 ta’ Marzu 2020, l-investigazzjonijiet tal-ICO rriżultaw f’erba’ każijiet u fi tmien prosekuzzjonijiet. Dawn il-każijiet ġew imħarrka skont it-Taqsima 55 tad-Data Protection Act 1998, it-Taqsima 77 tal-Freedom of Information Act 2000 u t-Taqsima 170 tad-Data Protection Act 2018. F’75 % tal-każijiet, il-konvenuti wieġbu ħatja u b’hekk ma kienx hemm bżonn ta’ proċessi fit-tul bl-ispejjeż assoċjati. (Information Commissioner’s Annual Report and Financial Statements 2019-2020, ara n-nota 87 f’qiegħ il-paġna, il-paġna 40).

(243)  Il-Kummissarju tal-Bijometrija ġie stabbilit bil-Protection of Freedoms Act 2012 (PoFA) (ara: https://www.legislation.gov.uk/ukpga/2012/9/contents). Fost funzjonijiet oħra, il-Kummissarju tal-Bijometrika jiddeċiedi jekk il-pulizija tistax iżżomm rekords tal-profili tad-DNA u marki tas-swaba’ miksuba minn individwi arrestati iżda mhux akkużati b’reat li jikkwalifika (it-Taqsima 63G tal-PACE 1984). Barra minn hekk, il-Kummissarju tal-Bijometrika għandu r-responsabbiltà ġenerali li jżomm u juża d-DNA u l-marki tas-swaba’, u ż-żamma għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali, taħt rieżami (it-Taqsima 20(2) tal-POFA 2012). Il-Kummissarju Biometriku jinħatar skont il-Kodiċi għall-Ħatriet Pubbliċi (il-Kodiċi huwa disponibbli fil-link li ġej: https://www.gov.uk/government/publications/governance-code-for-public-appointments) u t-termini tal-ħatra tiegħu jagħmluha ċara li jista’ jitneħħa mill-kariga biss mis-Segretarju tal-Istat għall-Intern taħt sett ta’ ċirkostanzi definiti b’mod strett; dawn jinkludu nuqqas li jwettaq id-dmirijiet tiegħu għal perjodu ta’ tliet xhur, kundanna għal reat kriminali jew nuqqas ta’ konformità mat-termini tal-ħatra tiegħu.

(244)  Il-Kummissarju għall-Kameras ta’ Sorveljanza ġie stabbilit bil-Protection of Freedoms Act 2012 u għandu r-rwol li jħeġġeġ il-konformità mas-Surveillance Camera Code of Practice; ir-rieżami tal-operat ta’ dan il-Kodiċi; u l-għoti ta’ pariri lill-ministri dwar jekk dan il-Kodiċi jeħtieġx li jiġi emendat. Il-Kummissarju jinħatar skont l-istess regoli bħall-Kummissarji tal-Bijometrika u jgawdi minn setgħat, riżorsi u protezzjoni simili kontra t-tneħħija.

(245)  Ara https://committees.parliament.uk/committee/83/home-affairs-committee/news/100537/work-of-the-national-crime-agency-scrutinised/

(246)  Kumitati Magħżula, inkluż il-Home Affairs Select Committee, huma soġġetti għall-Ordnijiet Permanenti tal-House of Commons. L-Ordnijiet Permanenti huma r-regoli, miftiehma mill-House of Commons, li jirregolaw il-mod kif jaħdem il-parlament. Il-mandat tal-kumitati magħżula huwa wiesa’, bl-Ordni Permanenti 152(1) li tipprovdi li “l-kumitati magħżula għandhom jinħatru sabiex jeżaminaw in-nefqa, l-amministrazzjoni u l-politika tad-dipartimenti prinċipali tal-gvern kif stabbilit fil-paragrafu (2) ta’ din l-ordni u l-korpi pubbliċi assoċjati.” Dan jippermetti lill-Home Affairs Select Committee jħares lejn kwalunkwe politika tal-Home Office, li tinkludi politiki (u l-leġiżlazzjoni relatata) dwar is-setgħat investigattivi. Barra minn hekk, l-Ordni permanenti 152(4) tagħmilha ċara li l-Kumitati għandhom diversi setgħat, inkluża l-kapaċità li jitolbu lill-persuni jixhdu jew jipprovdu dokumenti dwar kwistjoni partikolari, u jipproduċu rapporti. L-inkjesti attwali u preċedenti tal-Kumitat huma disponibbli fuq il-link li ġejja https://committees.parliament.uk/committee/83/home-affairs-committee/.

(247)  Is-setgħat tal-Home Affairs Select Committee fl-Ingilterra u f’Wales huma stabbiliti fl-Ordnijiet Permanenti tal-House of Commons, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.parliament.uk/business/publications/commons/standing-orders-public11/.

(248)  Disponibbli fuq il-link li ġejja: https://publications.parliament.uk/pa/cm201415/cmselect/cmhaff/711/71103.htm

(249)  Disponibbli fuq il-link li ġejja: https://committees.parliament.uk/committee/83/home-affairs-committee

(250)  Ir-regoli tal-Justice Subcommittee on Policing fl-Iskozja huma pprovduti fil-link li ġejja https://www.parliament.scot/parliamentarybusiness/CurrentCommittees/justice-committee.aspx u r-regoli tal-Committee of Justice fl-Irlanda ta’ Fuq huma stabbiliti fil-link li ġejja: http://www.niassembly.gov.uk/assembly-business/standing-orders/ ]

(251)  L-aħħar rapport annwali tal-ICO jipprovdi analiżi diżaggregata tan-natura tal-ilmenti riċevuti u magħluqa. B’mod partikolari, in-numru ta’ lmenti li waslu għal “attivitajiet tal-pulizija u fedini penali” jammonta għal 6 % min-numru totali ta’ lmenti riċevuti (b’żieda ta’ 1 % meta mqabbla mas-sena finanzjarja preċedenti). Ir-rapport annwali juri wkoll li l-ilmenti li jikkonċernaw it-talbiet għall-aċċess tas-suġġetti jirrappreżentaw l-ogħla numru (46 % fuq in-numru totali ta’ lmenti, b’żieda ta’ 8 % meta mqabbla mas-sena finanzjarja preċedenti) (Rapport Annwali tal-2019-2020 tal-ICO, il-paġna 55; ara n-nota 88 f’qiegħ il-paġna).

(252)  It-Taqsima 166 tad-DPA 2018 tirreferi speċifikament għas-sitwazzjonijiet li ġejjin: (a) il-Kummissarju jonqos milli jieħu l-passi xierqa sabiex iwieġeb għall-ilment, (b) il-Kummissarju jonqos milli jipprovdi lill-ilmentatur informazzjoni dwar il-progress fl-ilment, jew dwar l-eżitu tal-ilment, qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 3 xhur li jibda minn meta l-Kummissarju jkun irċieva l-ilment, jew (c) jekk il-kunsiderazzjoni mill-Kummissarju tal-ilment ma tiġix konkluża matul dak il-perjodu, il-Kummissarju jonqos milli jipprovdi lill-ilmentatur b’tali informazzjoni matul perjodu sussegwenti ta’ 3 xhur.

(253)  It-Tribunal tal-Prim’Istanza huwa l-qorti kompetenti sabiex tittratta appelli kontra deċiżjonijiet meħudin minn korpi regolatorji tal-gvern. Fil-każ tad-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Informazzjoni, il-kamra kompetenti hija l-“Kamra Regolatorja Ġenerali” li għandha ġurisdizzjoni fuq ir-Renju Unit kollu.

(254)  It-Taqsima 166 tad-DPA 2018. Eżempju ta’ azzjonijiet li rnexxew kontra l-ICO quddiem it-Tribunal jinkludi każ li fih l-ICO rrikonoxxa li rċieva lment minn suġġett tad-data iżda ma indikax liema azzjoni kien beħsiebu jieħu u, għalhekk, ġie ordnat jikkonferma, fi żmien 21 jum kalendarju, jekk kienx se jinvestiga l-ilmenti u, jekk iva, li jinforma lill-ilmentatur dwar il-progress fl-investigazzjoni bi frekwenza ta’ mhux anqas minn kull 21 jum kalendarju wara dan (is-sentenza għadha ma ġietx ippubblikata), u każ li fih it-Tribunal tal-Prim’Istanza qies li ma kienx ċar jekk it-tweġiba tal-ICO għal ilmentatur kinitx tikkostitwixxi kif suppost l-“eżitu” tal-ilment (ara Susan Milne vs The Information Commissioner [2020], sentenza disponibbli fuq il-link li ġejja: https://informationrights.decisions.tribunals.gov.uk/DBFiles/Decision/i2730/Milne,%20S%20-%20QJ2020-0296-GDPR-V,%20051220%20Section%20166%20DPA%20-DECISION.pdf)

(255)  It-Taqsimiet 162 u 163 tad-DPA 2018.

(256)  Ara pereżempju Brown vs Commissioner of Police of the Metropolis & Anor [2019] EWCA Civ 1724 fejn ingħata kumpens ta’ £9 000 għad-danni skont id-DPA 1998 u l-Human Rights Act 1998 għall-kisba u għall-użu illegali ta’ informazzjoni personali, u R (on the application of Bridges) vs Chief Constable of South Wales [2020] EWCA Civ 1058 li fiha l-Court of Appeal iddikjarat illegali t-tnedija ta’ sistema ta’ rikonoxximent tal-wiċċ mill-pulizija ta’ Wales, peress li kienet tikser l-Artikolu 8 tal-KEDB u l-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data prodotta mill-kontrollur ma kinitx konformi mad-DPA 2018.

(257)  L-Artikolu 34 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jipprovdi li “Il-Qorti tista’ tirċievi applikazzjonijiet minn għand kwalunkwe persuna, organiżżazjoni non-governattiva jew grupp ta’ individwi li jsostnu li huma vittmi ta’ ksur minn naħa ta’ wieħed mill-Partijiet Għolja Kontraenti tad-drittijiet kif msemmija fil-Konvenzjoni jew fil-Protokolli tagħha. Il-Partijiet Għolja Kontraenti jimpenjaw ruħhom li ma jfixklux bl-ebda mod l-eżerċizzju effettiv ta’ dan id-dritt”.

(258)  L-MI5 huwa taħt l-awtorità tal-Home Secretary. Is-Security Service Act 1989 jistabbilixxi l-funzjonijiet tal-MI5: il-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali (inkluża l-protezzjoni kontra theddidiet minn spjunaġġ, minn terroriżmu u minn sabotaġġ, minn attivitajiet ta’ aġenti ta’ setgħat barranin u minn azzjonijiet maħsuba sabiex iwaqqgħu gvern demokratiku jew idgħajfu d-demokrazija parlamentari b’mezzi politiċi, industrijali jew vjolenti), is-salvagwardja tal-benessri ekonomiku tar-Renju Unit kontra theddidiet esterni u attivitajiet ta’ appoġġ tal-forzi tal-pulizija u ta’ aġenziji oħrajn tal-infurzar tal-liġi fil-prevenzjoni u fis-sejbien ta’ delitti gravi.

(259)  L-SIS jaqa’ taħt l-awtorità tal-Foreign Secretary u l-funzjonijiet tiegħu huma stabbiliti fl-Intelligence Services Act 1994. Il-funzjonijiet tiegħu huma li jikseb u jipprovdi informazzjoni relatata mal-azzjonijiet jew mal-intenzjonijiet ta’ persuni barra mill-Gżejjer Brittaniċi u li jwettaq kompiti oħrajn relatati mal-azzjonijiet jew mal-intenzjonijiet ta’ tali persuni. Dawn il-funzjonijiet jistgħu jiġu eżerċitati biss fl-interess tas-sigurtà nazzjonali, fl-interessi tal-benessri ekonomiku tar-Renju Unit jew b’appoġġ tal-prevenzjoni jew tas-sejbien ta’ delitti gravi.

(260)  Il-GCHQ jaqa’ taħt l-awtorità tal-Foreign Secretary u l-funzjonijiet tiegħu huma stabbiliti fl-Intelligence Services Act 1994. Dawn huma (a) li jimmonitorja, jagħmel użu minn jew jinterferixxi ma’ emissjonijiet u tagħmir elettromanjetiċi u oħrajn li jipproduċu tali emissjonijiet, jikseb u jipprovdi informazzjoni dderivata minn jew relatata ma’ tali emissjonijiet jew tagħmir u minn materjal kriptat; (b) li jipprovdi pariri u assistenza fil-lingwi, inklużi t-terminoloġija użata għal kwistjonijiet tekniċi u l-kriptografija u kwistjonijiet oħrajn relatati mal-protezzjoni tal-informazzjoni lill-forzi armati, lill-gvern jew lil organizzazzjonijiet jew lil persuni oħrajn meqjusa xierqa. Dawn il-funzjonijiet jistgħu jiġu eżerċitati biss fl-interess tas-sigurtà nazzjonali, fl-interessi tal-benessri ekonomiku tar-Renju Unit fir-rigward tal-azzjonijiet jew tal-intenzjonijiet ta’ persuni barra mill-Gżejjer Brittaniċi jew b’appoġġ tal-prevenzjoni jew tas-sejbien ta’ delitti gravi.

(261)  Korpi pubbliċi oħrajn li jeżerċitaw funzjonijiet rilevanti għas-sigurtà nazzjonali huma d-Defence Intelligence (DI), in-National Security Council u n-National Security Secretariat, il-Joint Intelligence Organisation u l-Joint Intelligence Committee. Madankollu, la l-JIC u lanqas il-JIO ma jistgħu jagħmlu użu mis-setgħat investigattivi skont l-IPA 2016 filwaqt li d-DI għandu kamp ta’ applikazzjoni limitat sabiex juża s-setgħat tiegħu.

(262)  Il-projbizzjoni tapplika kemm għal networks ta’ komunikazzjoni pubbliċi kif ukoll privati, kif ukoll għas-servizz postali pubbliku meta l-interċettazzjoni titwettaq fir-Renju Unit. Il-projbizzjoni ma tapplikax għall-kontrollur tan-network privat jekk il-kontrollur ikun ta kunsens espliċitu jew impliċitu sabiex titwettaq l-interċettazzjoni (it-Taqsima 3 tal-IPA 2016).

(263)  F’każijiet speċifiċi limitati, l-interċettazzjoni legali mingħajr mandat hija possibbli, jiġifieri meta l-interċettazzjoni ssir bil-kunsens tal-mittent jew tar-riċevitur (it-Taqsima 44 tal-IPA 2016), f’każ ta’ finijiet amministrattivi jew ta’ infurzar limitati (it-Taqsima 45 sa 48 tal-IPA), f’ċerti istituzzjonijiet speċjali (it-Taqsimiet 49-51 tal-IPA 2016) u f’konformità ma’ talbiet minn barra l-pajjiż (it-Taqsima 52 tal-IPA 2016).

(264)  Fir-rigward, pereżempju, tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali miżuri, taħt il-Parti 3 u l-Parti 4 (żamma u akkwist ta’ data ta’ komunikazzjoni), il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura huwa strettament marbut mad-definizzjoni ta’ “operaturi tat-telekomunikazzjoni” li d-data tal-utenti tagħhom hija soġġetta għall-miżura. Eżempju ieħor jista’ jingħata fir-rigward tal-użu ta’ setgħat “tal-massa”. F’dan il-każ, l-ambitu ta’ dawn is-setgħat huwa limitat għal “komunikazzjonijiet mibgħuta jew riċevuti minn individwi barra l-Gżira Brittanika”.

(265)  L-Iskeda 7 tal-IPA 2016 tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kodiċijiet, il-proċedura li għandha tiġi segwita meta jinħarġu, ir-regoli għar-reviżjoni tagħhom u l-effett tal-kodiċijiet.

(266)  Il-kodiċijiet ta’ prattika taħt l-IPA 2016 huma disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.gov.uk/government/publications/investigatory-powers-act-2016-codes-of-practice

(267)  Il-Qrati u t-Tribunali jużaw il-Kodiċijiet ta’ prattika sabiex jivvalutaw il-legalità tal-imġiba tal-awtoritajiet. Ara, pereżempju: Dias vs Cleveland Police, [2017] UKIPTrib15_586-CH , li fiha l-Investigatory Powers Tribunal għamel referenza għal siltiet speċifiċi tal-Code of Practice on Communications Data sabiex jifhem id-definizzjoni tar-raġuni ta’ “prevenzjoni jew sejbien ta’ delitt jew il-prevenzjoni ta’ diżordni” użata sabiex issir talba għall-kisba tad-data ta’ komunikazzjoni. Il-Kodiċi ġie inkluż fir-raġunament sabiex jiġi kkonstatat jekk dik ir-raġuni ntużatx ħażin. Il-Qorti kompliet billi kkonkludiet li l-imġiba kkontestata kienet illegali. Il-Qrati għamlu wkoll evalwazzjoni tal-livell ta’ salvagwardji disponibbli fil-Kodiċijiet, ara pereżempju Just for Law Kids vs Secretary of State for the Home Department [2019] EWHC 1772 (Admin) fejn il-High Court ikkonstatat li l-leġiżlazzjoni primarja u sekondarja flimkien mal-gwida interna kienu jipprovdu biżżejjed salvagwardji; jew R (National Council for Civil Liberties) vs Secretary of State for the Home Department & Others [2019] EWHC 2057 (Admin), fejn ikkonstatat li kemm l-IPA 2016 kif ukoll il-Code of Practice on Equipment Interference kien fihom dispożizzjonijiet suffiċjenti dwar il-ħtieġa għall-ispeċifiċità tal-mandati.

(268)  Fil-kawża Big Brother Watch, l-Awla Manja tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem innotat li “Il-Kodiċi IC huwa dokument pubbliku approvat miż-żewġ Kmamar tal-Parlament, li huwa ppubblikat mill-Gvern online u fil-verżjoni stampata, u li għandu jitqies kemm minn persuni li jeżerċitaw dmirijiet ta’ interċettazzjoni kif ukoll mill-qrati (ara l-paragrafi 93-94 hawn fuq). B’konsegwenza ta’ dan, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li d-dispożizzjonijiet tagħha jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-valutazzjoni tal-prevedibbiltà tar-RIPA (ara s-sentenza Kennedy, iċċitata iktar ’il fuq, § 157). Għaldaqstant, il-Qorti taċċetta li l-liġi domestika kienet adegwatament “aċċessibbli”.” (ara l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Awla Manja), Big Brother Watch et vs Ir-Renju Unit, Applikazzjonijiet Nri 58170/13, 62322/14 u 24960/15, tal-25 ta’ Mejju 2021, paragrafu 366).

(269)  Il-Parti 2 tal-IPA 2016.

(270)  Il-Parti 3 tal-IPA 2016.

(271)  Il-Parti 4 tal-IPA 2016.

(272)  Il-Parti 5 tal-IPA 2016.

(273)  Għal-lista ta’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi rilevanti li jistgħu japplikaw setgħat investigattivi mmirati skont l-IPA 2016, ara n-nota (139) f’qiegħ il-paġna.

(274)  It-Taqsima 136 tal-IPA 2016.

(275)  It-Taqsima 158 tal-IPA 2016.

(276)  It-Taqsima 176 tal-IPA 2016.

(277)  It-Taqsima 199 tal-IPA 2016.

(278)  Il-Code of Practice on Interception of Communications jispeċifika li elementi oħrajn tat-test tal-proporzjonalità huma: “(i) il-livell tal-interferenza proposta mal-privatezza kontra dak li qed jitfittex li jinkiseb; (ii) kif u għaliex il-metodi li għandhom jiġu adottati se jikkawżaw l-anqas interferenza possibbli lill-persuna u lil oħrajn; (iii) jekk l-attività hijiex użu xieraq tal-Att u mod raġonevoli, wara li jitqiesu l-alternattivi raġonevoli kollha, li jinkiseb dak li qed jitfittex li jinkiseb; (iv) liema metodi oħrajn, kif xieraq, jew ma ġewx implimentati jew tħaddmux iżda li huma vvalutati bħala insuffiċjenti sabiex jintlaħqu l-objettivi operazzjonali mingħajr l-użu tas-setgħa investigattiva proposta”. Il-Code of Practice on Interception of Communications, il-paragrafu 4.16, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/715480/Interception_of_Communications_Code_of_Practice.pdf

(279)  Ara l-Code of Practice on Interception of Communications, il-paragrafi 4.12 u 4.15, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/715480/Interception_of_Communications_Code_of_Practice.pdf

(280)  Ara l-Code of Practice on Interception of Communications, il-paragrafu 4.16.

(281)  End of Mission Statement of the Special Rapporteur on the Right to Privacy at the Conclusion Of his Mission to the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.ohchr.org/EN/NewsEvents/Pages/DisplayNews.aspx?NewsID=23296&LangID=E, para 1.a.

(282)  It-Taqsima 15(2) tal-IPA 2016.

(283)  It-Taqsima 15(4) tal-IPA 2016.

(284)  It-Taqsima 15(2) tal-IPA 2016.

(285)  Id-data sekondarja hija data mehmuża jew assoċjata b’mod loġiku mal-komunikazzjoni interċettata, tista’ tiġi sseparata b’mod loġiku minnha u jekk tkun isseparata b’dan il-mod, ma tiżvela xejn minn dak li jista’ jitqies b’mod raġonevoli bħala t-tifsira (jekk ikun hemm) tal-komunikazzjoni. Xi eżempji ta’ data sekondarja jinkludu konfigurazzjonijiet tar-routers jew firewalls jew il-perjodu ta’ żmien li fih router kien attiv fuq network meta jkun parti minn komunikazzjoni interċettata, ikun marbut jew ikun assoċjat b’mod loġiku magħha. Għal aktar dettalji ara d-definizzjoni fit-Taqsima 16 tal-IPA 2016 u l-Code of Practice on Interception of Communications, il-paragrafu 2.19, ara n-nota 278 f’qiegħ il-paġna.

(286)  Din l-eżaminazzjoni titwettaq bħala eċċezzjoni tat-taqsima 152(4) tal-IPA 2016 li tipprevedi l-projbizzjoni li wieħed ifittex li jidentifika l-komunikazzjoni ta’ individwi li jinsabu fil-Gżejjer Brittaniċi. Ara l-premessa (229).

(287)  Il-Ministru Skoċċiż jawtorizza l-mandat meta jkun relatat ma’ attività kriminali serja fl-Iskozja (ara t-Taqsima 21 u t-Taqsima 22 tal-IPA 2016) filwaqt li uffiċjal anzjan jista’ jinħatar mis-Secretary of State sabiex joħroġ mandat ta’ assistenza reċiproka meta jidher li l-interċettazzjoni tkun tikkonċerna persuna jew bini li jinsab barra mir-Renju Unit (it-Taqsima 40 tal-IPA 2016).

(288)  It-Taqsimiet 19 u 23 tal-IPA 2016.

(289)  It-Taqsima 32 tal-IPA 2016.

(290)  It-Taqsima 39 tal-IPA 2016. Jistgħu jsiru modifiki limitati għall-mandati minn persuni speċifikati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-IPA 2016. Il-persuna li tkun ħarġet il-mandat tista’ tikkanċella mandat fi kwalunkwe ħin. Jeħtiġilha tagħmel dan jekk il-mandat ma jibqax neċessarju għal xi raġuni rilevanti jew l-imġiba awtorizzata mill-mandat ma tibqax proporzjonata ma’ dak li jkun qed jitfittex li jinkiseb.

(291)  It-Taqsima 33 tal-IPA 2016. Id-deċiżjoni li jiġġedded il-mandat trid tiġi approvata minn Kummissarju Ġudizzjarju.

(292)  It-Taqsima 19 tal-IPA 2016.

(293)  Dwar il-kunċett ta’ “interessi tal-benesseri ekonomiku tar-Renju Unit, sa fejn dawk l-interessi huma wkoll rilevanti għas-sigurtà nazzjonali”, l-Awla Manja tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet fis-sentenza Big Brother Watch et vs Ir-Renju Unit (ara n-nota 268 f’qiegħ il-paġna hawn fuq), para. 371, li dan il-kunċett kien iffukat biżżejjed fuq is-sigurtà nazzjonali. Filwaqt li s-sejba tal-Qorti f’dan il-każ kienet relatata mal-użu ta’ dan il-kunċett fl-RIPA 2000, l-istess kunċett jintuża fl-IPA tal-2016.

(294)  It-Taqsima 20(2) tal-IPA 2016.

(295)  It-Taqsima 20(3) tal-IPA 2016.

(296)  It-Taqsimiet 19(1)(b), 19(2)(b) u 19(3)(b) tal-IPA 2016.

(297)  L-informazzjoni mitluba tinkludi d-dettalji dwar l-isfond (deskrizzjoni tal-persuni/tal-organizzazzjonijiet/tas-sett ta’ bini, il-komunikazzjoni li tkun se tiġi interċettata) u kif il-kisba ta’ dik l-informazzjoni tkun ta’ benefiċċju għall-investigazzjoni kif ukoll deskrizzjoni tal-imġiba li trid tiġi awtorizzata. F’każ li ma jkunx possibbli li jiġu deskritti l-persuni/l-organizzazzjoni/il-bini, trid tiġi inkluża spjegazzjoni dwar għaliex ma kienx possibbli jew għaliex ingħatat biss deskrizzjoni ġenerali (Code of Practice on Interception of Communications, il-paragrafi 5.32 u 5.34, ara n-nota 278 f’qiegħ il-paġna).

(298)  It-Taqsima 17(2) tal-IPA 2016. Ara wkoll il-Code of Practice on Interception of Communications, il-paragrafi 5.11 u segwenti, ara n-nota 278 f’qiegħ il-paġna.

(299)  It-Taqsima 31(4) u (5) tal-IPA 2016.

(300)  It-Taqsima 31(8) tal-IPA 2016.

(301)  Il-Code of Practice on Interception of Communications, il-paragrafi 5.37 u 5.38, ara n-nota 278 f’qiegħ il-paġna.

(302)  L-approvazzjoni minn Kummissarju Ġudizzjarju ma hijiex meħtieġa meta s-Secretary of State jqis li jkun hemm ħtieġa urġenti li jinħareġ il-mandat (it-Taqsima 19(1) tal-IPA). Madankollu, il-Kummissarju Ġudizzjarju jeħtieġ li jiġi informat fi ħdan perjodu qasir ta’ żmien u jeħtieġlu jiddeċiedi jekk japprovax il-mandat. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-mandat ma jibqax ikollu effett (it-Taqsimiet 24 u 25 tal-IPA 2016).

(303)  It-Taqsima 23(1) tal-IPA 2016.

(304)  It-Taqsima 23(2) tal-IPA 2016.

(305)  Ara t-taqsimiet 44-51 tal-IPA 2016 u t-taqsima 12 tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Komunikazzjoni tal-Interċettazzjoni (ara n-nota 278 f’qiegħ il-paġna).

(306)  Dan huwa l-każ, pereżempju, meta tkun meħtieġa interċettazzjoni fil-ħabs jew fi sptar psikjatriku (biex tiġi vverifikata l-imġiba ta’ persuna detenuta jew pazjent) jew minn operatur postali jew tat-telekomunikazzjoni pereżempju biex jinstab kontenut abbużiv.

(307)  Ara għall-kuntrarju t-Taqsima 229(4) tal-IPA.

(308)  It-Taqsimiet 26-29 tal-IPA 2016 jintroduċu limitazzjonijiet sabiex jinkisbu mandati ta’ interċettazzjoni u ta’ eżaminazzjoni mmirati fir-rigward tal-interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet mibgħuta minn, jew maħsuba għal persuna li tkun Membru tal-Parlament (kwalunkwe Parlament tar-Renju Unit), tal-interċettazzjoni ta’ oġġetti soġġetti għal privileġġ legali, tal-interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet li l-awtorità tal-interċettazzjoni temmen ikunu komunikazzjonijiet li fihom materjal ġurnalistiku kunfidenzjali, u meta l-fini tal-mandat ikun li jiġi identifikat jew ikkonfermat sors ta’ informazzjoni ġurnalistika.

(309)  It-Taqsima 26 tal-IPA 2016.

(310)  It-Taqsima 19(1) tal-IPA 2016.

(311)  It-Taqsima 54 tal-IPA 2016. Is-salvagwardji relatati mal-iżvelar ta’ materjal lill-awtoritajiet barranin huma speċifikati aktar fil-Kodiċi ta’ Prattika: ara, b’mod partikolari, il-paragrafi 9.26 et seq. u 9.87 tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar l-Interċettazzjoni tal-Komunikazzjonijiet u l-paragrafi 9.33 et seq. u 9.41 tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar l-Interferenza tat-Tagħmir (ara n-nota 278 ta’ qiegħ il-paġna).

(312)  Dawn il-finijiet huma: għas-Security Service, il-prevenzjoni jew is-sejbien ta’ delitti gravi jew kwalunkwe proċediment kriminali (it-Taqsima 2(2)(a) tas-Security Service Act 1989), għall-Intelligence Service l-interessi tas-sigurtà nazzjonali, il-prevenzjoni jew is-sejbien ta’ delitti gravi, jew kwalunkwe proċediment kriminali (it-Taqsima 2(2)(a) tal-Intelligence Services Act 1994), u għall-GCHQ kwalunkwe proċediment kriminali (it-Taqsima 4(2)(a) tal-Intelligence Services Act 1994). Ara wkoll in-noti ta’ spjegazzjoni dwar id-DPA 2018, disponibbli fil-link li ġej: https://www.legislation.gov.uk/ukpga/2018/12/contents/enacted.

(313)  Id-data ta’ komunikazzjonijiet hija ddefinita fit-Taqsima 261(5) tal-IPA 2016. Id-data ta’ komunikazzjonijiet hija maqsuma f’“data ta’ avvenimenti” (kwalunkwe data li tidentifika jew tiddeskrivi avveniment, kemm jekk b’referenza għal fejn iseħħ, f’sistema ta’ telekomunikazzjoni jew permezz tagħha fejn l-avveniment jikkonsisti f’entità waħda jew aktar involuti f’attività speċifika f’ħin speċifiku) u “data ta’ entità” (kwalunkwe data li (a) tkun dwar (i) entità, (ii) assoċjazzjoni bejn servizz ta’ telekomunikazzjoni u entità, jew (iii) assoċjazzjoni bejn kwalunkwe parti ta’ sistema tat-telekomunikazzjoni u entità, (b) tikkonsisti f’data, jew tinkludi data, li tidentifika jew tiddeskrivi l-entità (kemm jekk b’referenza għal-lokalizzazzjoni tal-entità kif ukoll jekk le), u (c) ma tkunx data ta’ avvenimenti).

(314)  Dan isegwi mid-definizzjoni tad-data ta’ komunikazzjoni pprovduta fit-Taqsima 261(5) tal-IPA 2016, li skont dan id-data ta’ komunikazzjoni tinżamm jew tinkiseb minn operatur tat-telekomunikazzjoni u tkun jew dwar l-utent ta’ servizz ta’ telekomunikazzjoni u relatata mal-provvista ta’ dan is-servizz, jew tkun inkluża f’komunikazzjoni, inkluż bħala parti minnha, marbuta magħha jew assoċjat b’mod loġiku magħha (ara wkoll il-Code of Practice on Communications Data, disponibbli fuq il-link li ġejja https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/757850/Communications_Data_Code_of_Practice.pdf, il-paragrafi 2.22 sa 2.33). Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ operatur tat-telekomunikazzjoni pprovduta fit-Taqsima 261(10) tal-IPA 2016 tirrikjedi li operatur tat-telekomunikazzjoni jkun persuna li toffri jew tipprovdi servizz tat-telekomunikazzjoni lil persuni fir-Renju Unit jew li tikkontrolla jew tipprovdi sistema tat-telekomunikazzjoni li hija (kompletament jew parzjalment) fir-Renju Unit jew ikkontrollata minnu. Dawn id-definizzjonijiet jagħmluha ċara li l-obbligi skont l-IPA 2016 ma jistgħux jiġu imposti fuq l-operaturi tat-telekomunikazzjoni li t-tagħmir tagħhom ma jkunx fir-Renju Unit jew ikkontrollat minnu u li ma joffrux jew ma jipprovdux servizzi lil persuni fir-Renju Unit (ara wkoll il-Code of Practice on Communications Data, il-paragrafu 2.1). Jekk l-abbonati tal-UE (kemm jekk jinsabu fl-UE kif ukoll fir-Renju Unit) għamlu użu mis-servizzi fir-Renju Unit, kwalunkwe komunikazzjoni fir-rigward tal-forniment ta’ dan is-servizz tinġabar direttament mill-fornitur ta’ servizz fir-Renju Unit minflok tkun ma soġġetta għal trasferiment mill-UE.

(315)  L-awtoritajiet rilevanti huma elenkati fl-Iskeda 4 tal-IPA 2016 u jinkludu l-forzi tal-pulizija, is-servizzi tal-intelligence, xi ministeri u dipartimenti tal-gvern, in-National Crime Agency, Her Majesty’s Revenue and Customs, il-Competition and Markets Authority, il-Kummissarju tal-Informazzjoni, is-servizzi tal-ambulanza, tat-tifi tan-nar u ta’ salvataġġ, pereżempju fil-qasam tas-saħħa u tas-sikurezza alimentari.

(316)  Kawżi Magħquda C 203/15 u C 698/15, Tele2/Watson, ECLI:EU:C:2016:970).

(317)  Ara t-taqsima 61.7(b) għall-akkwist ta’ data ta’ komunikazzjoni u t-taqsima 87.10A għaż-żamma ta’ data ta’ komunikazzjoni.

(318)  It-Taqsima 60A(6) tal-IPA 2016.

(319)  Dan il-perjodu jitnaqqas għal tlett ijiem meta tingħata l-awtorizzazzjoni għal raġunijiet ta’ urġenza (it-Taqsima 65(3)A tal-IPA 2016).

(320)  Skont it-Taqsima 65 tal-IPA 2016, l-awtorizzazzjoni mġedda se ddum għal perjodu ta’ xahar mid-data li fiha tiskadi l-awtorizzazzjoni attwali. Il-persuna li tkun tat l-awtorizzazzjoni tista’ tikkanċella l-awtorizzazzjoni fi kwalunkwe waqt jekk tqis li r-rekwiżiti ma jibqgħux issodisfati.

(321)  It-Taqsima 60A(1) tal-IPA 2016. L-Uffiċċju għall-Awtorizzazzjonijiet tad-Data tal-Komunikazzjonijiet (OCDA) iwettaq din il-funzjoni f’isem l-IPC (ara l-Kodiċijiet ta’ Prattika tad-Data tal-Komunikazzjoni, para. 5.6)

(322)  It-talba skont it-Taqsima 61(7)(b) tal-IPA 2016 issir għal “fini ta’ delitt applikabbli” li jfisser, skont it-Taqsima 61(7)A tal-IPA 2016: “fejn id-data ta’ komunikazzjonijiet tkun kompletament jew parzjalment data ta’ avvenimenti, il-fini ta’ prevenzjoni jew ta’ sejbien ta’ delitti gravi; fi kwalunkwe każ ieħor, il-fini ta’ prevenzjoni jew ta’ sejbien ta’ delitti jew ta’ prevenzjoni ta’ diżordni”.

(323)  Il-Code of Practice on Communications Data jispeċifika li “Fejn talba relatata mas-sigurtà nazzjonali tista’ ssir skont it-taqsima 60A jew it-taqsima 61, id-deċiżjoni dwar liema rotta ta’ awtorizzazzjoni tkun l-aktar xierqa fi kwalunkwe każ partikolari hija kwistjoni f’idejn l-awtoritajiet pubbliċi individwali. L-awtoritajiet pubbliċi li jixtiequ jużaw ir-rotta tal-uffiċjal superjuri maħtur jenħtieġ li jkollhom linji gwida ċari fis-seħħ meta din ir-rotta ta’ awtorizzazzjoni tkun adattata” (Code of Practice on Communications Data, il-paragrafu 5. 19, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/822817/Communications_Data_Code_of_Practice.pdf ).

(324)  It-Taqsima 70(3) tal-IPA 2016 tipprovdi d-definizzjoni ta’ “uffiċjal maħtur” li tvarja skont l-awtorità pubblika rilevanti (kif stabbilit fl-Iskeda 4 tal-IPA 2016).

(325)  Aktar dettalji dwar l-indipendenza tal-uffiċjal għoli maħtur huma pprovduti fil-Communication Data Code of Practice (Code of Practice on Communications Data, il-paragrafi 4.12-4.17, ara n-nota 323 f’qiegħ il-paġna).

(326)  Ir-raġunijiet huma: (i) is-sigurtà nazzjonali; (ii) il-prevenzjoni jew is-sejbien ta’ delitt jew ta’ prevenzjoni ta’ diżordni (f’każ ta’ “data ta’ avvenimenti” ta’ delitt gravi biss); (iii) fl-interessi tal-benesseri ekonomiku tar-Renju Unit sa fejn dawk l-interessi jkunu rilevanti wkoll għall-interessi tas-sigurtà nazzjonali; (iv) fl-interessi tas-sikurezza pubblika; (v) għall-fini ta’ prevenzjoni ta’ mewt jew ta’ korriment jew ta’ kwalunkwe ħsara lis-saħħa fiżika jew mentali ta’ persuna, jew tal-mitigazzjoni ta’ kwalunkwe korriment jew ta’ ħsara lis-saħħa fiżika jew mentali ta’ persuna; (vi) bħala assistenza f’investigazzjonijiet f’allegata amministrazzjoni ħażina tal-ġustizzja jew (vii) sabiex tiġi identifikata persuna mejta jew persuna li ma tistax tidentifika lilha nnifisha minħabba ċerta kundizzjoni (it-Taqsima 61(7) tal-IPA 2016).

(327)  It-Taqsima 60A(1)(b) tal-IPA 2016.

(328)  Il-Code of Practice on Communications Data, il-paragrafi 3.3 u segwenti, ara n-nota f’qiegħ il-paġna323.

(329)  Il-Code of Practice on Communications Data, il-paragrafu 3.13, ara n-nota 323 f’qiegħ il-paġna.

(330)  It-Taqsima 60(1)(c) tal-IPA 2016.

(331)  Din l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża jrid ikun fiha: (i) deskrizzjoni ta’ kif il-kisba tad-data tkun ta’ benefiċċju għall-investigazzjoni jew għall-operazzjoni; (ii) spjegazzjoni tar-rilevanza tal-perjodi ta’ żmien mitluba, inkluż kif dawn il-perjodi huma proporzjonati għall-avveniment li qed jiġi investigat; (iii) spjegazzjoni ta’ kif il-livell ta’ intrużjoni huwa ġġustifikat meta jitqies il-benefiċċju li d-data se tipprovdi lill-investigazzjoni (jenħtieġ li din il-ġustifikazzjoni tinkludi kunsiderazzjoni ta’ jekk jistgħux isiru investigazzjonijiet anqas intrużivi sabiex jintlaħaq l-objettiv); (iv) kunsiderazzjoni tad-drittijiet (b’mod partikolari għall-privatezza u, f’każijiet rilevanti, għal-libertà tal-espressjoni) tal-individwu u bbilanċjar ta’ dawn id-drittijiet kontra l-benefiċċju għall-investigazzjoni; (v) dettalji ta’ x’jista’ jkun hemm intrużjoni kollaterali u kif il-perjodi ta’ żmien mitluba jħallu impatt fuq l-intrużjoni kollaterali (Code of Practice on Communications Data, il-paragrafu 3.22-3.26, ara n-nota 323 f’qiegħ il-paġna).

(332)  Ara n-nota 313 f’qiegħ il-paġna.

(333)  Meta tintalab data ta’ komunikazzjoni aktar intrużiva (jiġifieri data ta’ avvenimenti), il-Kodiċi jispeċifika li huwa aktar xieraq li tinkiseb data tal-ewwel entità jew li tinkiseb data ta’ avvenimenti direttament f’każijiet limitati ta’ urġenza speċifika (Code of Practice on Communications Data, il-paragrafi 6.10-6.14, ara n-nota 323 f’qiegħ il-paġna).

(334)  Il-Code of Practice on Communications Data, il-paragrafi 8.8-8.44, ara n-nota 323 f’qiegħ il-paġna.

(335)  Il-Kodiċi ta’ Prattika jispeċifika li “trid tingħata attenzjoni partikolari minn individwu li jawtorizza meta jiġu kkunsidrati tali talbiet, inkluża kunsiderazzjoni addizzjonali ta’ jekk jistax ikun hemm konsegwenzi mhux intenzjonati ta’ tali talbiet u jekk l-interess pubbliku ikunx moqdi bl-aħjar mod mit-talba” (Code of Practice on Communications Data, il-paragrafu 8.8). Barra minn hekk, iridu jinżammu rekords għal dan it-tip ta’ talbiet u, fl-ispezzjoni li jmiss, jenħtieġ li tali talbiet ikunu mmarkati għall-attenzjoni tal-IPC (Code of Practice on Communications Data, il-paragrafu 8.10, ara n-nota 323 f’qiegħ il-paġna).

(336)  It-taqsimiet 87 sa 89 tal-IPA 2016.

(337)  Skont it-Taqsima 90 tal-IPA 2016, operatur tat-telekomunikazzjoni li lilu jingħata avviż ta’ żamma jista’ jitlob rieżami mis-Secretary of State li jkun ħarġu.

(338)  Skont it-Taqsima 87(2)(a) tal-IPA 2016, avviż ta’ żamma jista’ jkun relatat ma’ “operatur partikolari jew kwalunkwe deskrizzjoni ta’ operaturi”.

(339)  Il-finijiet huma (i) l-interessi tas-sigurtà nazzjonali; (ii) il-fini ta’ delitt applikabbli (kif iddefinit fit-taqsima 87.10A tal-IPA 2016); (iii) l-interessi tal-benesseri ekonomiku tar-Renju Unit sa fejn dawk l-interessi jkunu rilevanti wkoll għall-interessi tas-sigurtà nazzjonali; (iv) l-interessi tas-sikurezza pubblika; (v) il-fini ta’ prevenzjoni ta’ mewt jew ta’ korriment jew ta’ kwalunkwe ħsara lis-saħħa fiżika jew mentali ta’ persuna, jew tal-mitigazzjoni ta’ kwalunkwe korriment jew ta’ ħsara lis-saħħa fiżika jew mentali ta’ persuna; jew (vi) bħala assistenza f’investigazzjonijiet f’allegata amministrazzjoni ħażina tal-ġustizzja (it-Taqsima 87 tal-IPA).

(340)  It-Taqsima 87 tal-IPA 2016. Barra minn hekk, skont il-Kodiċi ta’ Prattika rilevanti, sabiex tiġi vvalutata l-proporzjonalità tal-avviż ta’ żamma, japplikaw il-kriterji pprovduti mit-Taqsima 2(2) tal-IPA 2016, b’mod partikolari r-rekwiżit li jiġi vvalutat jekk dak li jitfittex li jinkiseb mill-avviż ikunx jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli b’mezzi anqas intrużivi. B’mod simili għall-valutazzjoni tal-proporzjonalità dwar il-kisba tad-data ta’ komunikazzjoni, il-Code of Practice on Communications Data jiċċara li tali valutazzjoni tinvolvi l-“ibbilanċjar bejn il-firxa tal-interferenza mad-dritt ta’ individwu ta’ rispett għall-ħajja privata tiegħu kontra benefiċċju speċifiku għall-investigazzjoni (Code of Practice on Communications Data, il-paragrafu 16.3, ara n-nota 323 f’qiegħ il-paġna).

(341)  Ara t-taqsima 88 tal-IPA 2016.

(342)  Il-benefiċċji jistgħu jkunu eżistenti jew ipproġettati u jridu jkunu fir-rigward tal-finijiet statutorji li għalihom tista’ tinżamm id-data (Code of Practice on Communications Data, il-paragrafu 17.17, ara n-nota 323 f’qiegħ il-paġna).

(343)  Dawn il-kunsiderazzjonijiet jinkludu d-determinazzjoni ta’ jekk il-firxa ġeografika sħiħa tal-avviż ta’ żamma tkunx neċessarja u proporzjonata u jekk ikunx neċessarju u proporzjonat li tiġi inkluża jew eskluża kwalunkwe deskrizzjoni partikolari ta’ persuni (Code of Practice on Communications Data, il-paragrafu 17.17, ara n-nota 323 f’qiegħ il-paġna).

(344)  Dan jgħin lis-Secretary of State jqis kemm il-livell ta’ intrużjoni fuq il-klijenti kif ukoll il-benefiċċji probabbli tad-data li għandha tinżamm (Code of Practice on Communications Data, il-paragrafu 17.17, ara n-nota 323 f’qiegħ il-paġna).

(345)  It-Taqsima 88 tal-IPA 2016.

(346)  It-Taqsima 89 tal-IPA 2016.

(347)  Skont it-Taqsimiet 135(1) u 198(1) tal-IPA 2016, “tagħmir” jinkludi tagħmir li jipproduċi emissjonijiet elettromanjetiċi, akustiċi jew oħrajn u kwalunkwe apparat li jista’ jintuża flimkien ma’ tali tagħmir.

(348)  Code of Practice on Equipment Interference, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/715479/Equipment_Interference_Code_of_Practice.pdf, paragrafu 2.2.

(349)  Id-data dwar it-tagħmir hija ddefinita fit-Taqsima 100 tal-IPA 2016 bħala data tas-sistema u data li hija (a) inkluża f’komunikazzjoni, inkluża bħala parti minnha, mehmuża magħha jew assoċjata b’mod loġiku magħha (kemm jekk mill-mittent kif ukoll jekk minn xi ħadd ieħor) jew kwalunkwe oġġett ieħor ta’ informazzjoni; (b) tkun tista’ tiġi sseparata b’mod loġiku mill-bqija tal-komunikazzjoni jew mill-oġġett ta’ informazzjoni, u (c) jekk tkun isseparata b’dan il-mod, ma tiżvela xejn minn dak li jista’ jitqies b’mod raġonevoli bħala t-tifsira (jekk ikun hemm) tal-komunikazzjoni jew tal-oġġett ta’ informazzjoni.

(350)  Sabiex ir-rekwiżit tal-mandat ikun obbligatorju, it-Taqsima 13(1) tal-IPA 2016 tirrikjedi wkoll li l-imġiba tas-servizz tal-intelligence tkun tikkostitwixxi reat wieħed jew aktar skont it-Taqsimiet 1 sa 3A tal-Computer Misuse Act 1990, li jkun il-każ fil-maġġoranza vasta taċ-ċirkustanzi, ara l-Code of Practice on Equipment Interference, il-paragrafi 3.32 u 3.6 sa 3.9). Skont it-Taqsima 13(2) tal-IPA 2016, ikun hemm “konnessjoni mal-Gżejjer Brittaniċi” jekk (a) kwalunkwe mġiba sseħħ fil-Gżejjer Brittaniċi (irrispettivament mill-post fejn ikun jinsab it-tagħmir li miegħu ssir, jew tista’ ssir, interferenza), (b) is-servizz tal-intelligence jkun jemmen li kwalunkwe tagħmir li miegħu ssir, jew tista’ ssir, interferenza jkun, jew jista’ jkun, fil-Gżejjer Brittaniċi f’xi żmien waqt li tkun qed isseħħ l-interferenza, jew (c) fini tal-interferenza jkun li jinkisbu (i) komunikazzjonijiet mibgħuta minn, jew lil, persuna li tkun, jew li s-servizz tal-intelligence jemmen li tkun, f’dak iż-żmien fil-Gżejjer Brittaniċi, (ii) informazzjoni privata relatata ma’ individwu li jkun, jew li s-servizz tal-intelligence jemmen li jkun, f’dak iż-żmien fil-Gżejjer Brittaniċi, jew (iii) data tat-tagħmir li tifforma parti minn, jew li hija konnessa ma’, komunikazzjonijiet jew informazzjoni privata li taqa’ taħt is-subparagrafu (i) jew (ii).

(351)  Għal raġunijiet ta’ kompletezza, jenħtieġ li jiġi nnotat li anki f’sitwazzjonijiet li fihom ma jkun hemm l-ebda “konnessjoni mal-Gżejjer Brittaniċi” u, għalhekk, l-użu tal-interferenza tat-tagħmir ma jkunx soġġett għar-rekwiżit obbligatorju ta’ mandat tat-Taqsima 13(1) tal-IPA 2016, servizz tal-intelligence li jippjana li jwettaq attività li għaliha jkun jista’ jikseb mandat ta’ interferenza tat-tagħmir tal-massa jenħtieġ li jikseb tali mandat bħala kwistjoni ta’ politika (ara l-Code of Practice on Equipment Interference, il-paragrafu 3.24). Anki meta mandat ta’ interferenza tat-tagħmir skont l-IPA 2016 la jkun legalment meħtieġ u lanqas miksub bħala kwistjoni ta’ politika, l-azzjonijiet tas-servizzi tal-intelligence jkunu soġġetti numru għadd ta’ kundizzjonijiet u ta’ limitazzjonijiet skont it-Taqsima 7 tal-Intelligence Services Act 1994. Dan jinkludi b’mod partikolari r-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni mis-Secretary of State, li jeħtieġlu jkun sodisfatt li kwalunkwe azzjoni ma tmurx lil hinn minn dak li jkun neċessarju għall-eżekuzzjoni xierqa tal-funzjonijiet tas-Servizz tal-Intelligence.

(352)  It-Taqsima 115 tal-IPA 2016 tirregola l-kontenut tal-mandat, filwaqt li tispeċifika li jeħtieġ li dan jinkludi l-isem jew id-deskrizzjoni tal-persuni, tal-organizzazzjonijiet, tal-post jew tal-grupp ta’ persuni li jikkostitwixxu l-“mira”, deskrizzjoni tan-natura tal-investigazzjoni u deskrizzjoni tal-attivitajiet li għalihom jintuża t-tagħmir. Trid tiddeskrivi wkoll it-tip ta’ tagħmir u l-imġiba li tkun awtorizzata turi l-persuna li lilha jkun indirizzat il-mandat.

(353)  Ara wkoll il-Code of Practice on Equipment Interference, il-paragrafu 5.7, ara n-nota f’qiegħ il-paġna 348.

(354)  L-aġenziji nazzjonali tas-sigurtà jistgħu japplikaw għal mandat ta’ interferenza tat-tagħmir meta jkun meħtieġ għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, għall-fini ta’ sejbien ta’ delitti gravi u/jew fl-interessi tal-benessri ekonomiku tar-Renju Unit sa fejn dawk l-interessi jkunu rilevanti wkoll għall-interessi tas-sigurtà nazzjonali (it-Taqsima 102-103 tal-IPA 2016). Skont l-aġenzija, mandat ta’ interferenza tat-tagħmir jista’ jintalab għal fini ta’ infurzar tal-liġi meta jkun meħtieġ sabiex jinstab jew jiġi evitat delitt gravi jew għall-fini ta’ prevenzjoni ta’ mewt jew ta’ kwalunkwe korriment jew ħsara għas-saħħa fiżika jew mentali ta’ persuna jew sabiex jiġi mmitigat kwalunkwe korriment jew ħsara għas-saħħa fiżika jew mentali ta’ persuna (ara t-Taqsima 106(1) u 106(3) tal-IPA 2016).

(355)  It-Taqsima 102(1) tal-IPA 2016.

(356)  It-Taqsimiet 129 - 131 tal-IPA 2016.

(357)  It-Taqsima 109 tal-IPA 2016.

(358)  It-Taqsima 109(4) tal-IPA 2016.

(359)  It-Taqsima 110(3)(b) tal-IPA 2016. Skont il-Kodiċi ta’ Prattika dwar l-Interferenza tat-Tagħmir, il-paragrafu 5.67, l-urġenza hija ddeterminata minn jekk ikunx raġonevolment prattikabbli li tintalab l-approvazzjoni tal-Kummissarju Ġudizzjarju biex jinħareġ il-mandat fiż-żmien disponibbli biex tiġi ssodisfata ħtieġa operattiva jew investigattiva. Mandati urġenti jenħtieġ li jaqgħu f’waħda mill-kategoriji li ġejjin jew it-tnejn li huma: (i) theddida imminenti għall-ħajja jew ħsara serja - pereżempju, jekk individwu jkun inħataf u jiġi vvalutat li ħajjithom tkun f’periklu imminenti; jew (ii) ġbir ta’ intelligence jew opportunità investigattiva bi żmien limitat biex tittieħed azzjoni - pereżempju, kunsinna ta’ drogi tal-Klassi A waslet biex tidħol fir-Renju Unit u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jridu li jkollhom kopertura tal-awturi ta’ reati serji sabiex iwettqu arresti. Ara n-nota 348 f’qiegħ il-paġna.

(360)  It-Taqsima 108 tal-IPA 2016.

(361)  Skont ir-Rapport dwar is-setgħat tal-massa ppreżentat minn Lord David Anderson, rieżaminatur indipendenti tal-leġiżlazzjoni dwar it-terroriżmu qabel l-approvazzjoni tal-IPA 2016, “jenħtieġ li jkun ċar li l-ġbir u ż-żamma tad-data tal-massa ma jfissrux l-hekk imsejħa “sorveljanza tal-massa”. Kwalunkwe ordinament ġuridiku serju jinkorpora limitazzjonijiet u salvagwardji mfassla b’mod preċiż sabiex jiżguraw li l-aċċess għall-imħażen ta’ data sensittiva (…) ma jingħatax fuq bażi indiskriminata jew mhux iġġustifikata. Dawn il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji ċertament jeżistu fl-Abbozz. Lord David Anderson, Report of the bulk power review, Awwissu 2016, il-paragrafu 1.9 (enfasi miżjuda), disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/546925/56730_Cm9326_WEB.PDF

(362)  It-Taqsima 2.2 tal-IPA 2016. Ara pereżempju l-Code of Practice on Bulk Acquisition of Communications Data, il-paragrafu 4.11, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/715477/Bulk_Communications_Data_Code_of_Practice.pdf

(363)  Il-“Gżejjer Brittaniċi” jikkostitwixxu r-Renju Unit, iċ-Channel Islands u l-Isle of Man u huma ddefiniti fl-Iskeda 1 tal-Interpretation Act 1978, disponibbli fuq il-link li ġejja https://www.legislation.gov.uk/ukpga/1978/30/schedule/1.

(364)  Skont it-Taqsima 136 tal-IPA 2016, “komunikazzjonijiet relatati ma’ barra l-pajjiż” tfisser: (i) komunikazzjonijiet mibgħuta minn individwi li jkunu barra l-Gżejjer Brittaniċi, jew (ii) komunikazzjonijiet riċevuti minn individwi li jkunu barra l-Gżejjer Brittaniċi. Dan ir-reġim, kif ikkonfermat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, ikopri wkoll komunikazzjonijiet bejn żewġ persuni li t-tnejn ikunu barra l-Gżejjer Brittaniċi. L-Awla Manja tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f’Big Brother Watch u oħrajn vs Ir-Renju Unit (ara n-nota 279 ta’ qiegħ il-paġna hawn fuq), para. 376, sabet, fir-rigward ta’ limitazzjoni simili (li tirreferi għal “komunikazzjonijiet esterni”) tal-komunikazzjonijiet li jistgħu jinqabdu permezz ta’ interċettazzjoni massiva taħt l-RIPA 2000, li kienet delimitata u prevedibbli biżżejjed.

(365)  It-Taqsima 136(4) tal-IPA 2016. Skont l-ispjegazzjonijiet li waslu mingħand il-gvern tar-Renju Unit, tista’ tintuża interċettazzjoni tal-massa, pereżempju, sabiex jiġu identifikati theddidiet li qabel ma kinux magħrufa għas-sigurtà nazzjonali tar-Renju Unit, billi jiġi ffiltrat u analizzat il-materjal interċettat sabiex jiġu identifikati komunikazzjonijiet ta’ valur għall-intelligence (The UK Explanatory Framework, it-Taqsima H: National security, p. 27 – 28, ara n-nota 29 f’qiegħ il-paġna). Kif spjegat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, dawn l-istrumenti jistgħu jintużaw sabiex jiġu stabbiliti rabtiet bejn suġġetti magħrufa ta’ interess kif ukoll sabiex jinstabu traċċi ta’ attività minn individwi li jistgħu ma jkunux għadhom magħrufa iżda li jfeġġu matul investigazzjoni, u sabiex jiġu identifikati xejriet ta’ attività li jistgħu jindikaw theddida għar-Renju Unit.

(366)  F’konformità mat-Taqsima 13(1) tal-IPA 2016, l-użu ta’ interferenza tat-tagħmir minn servizz tal-intelligence jeħtieġ awtorizzazzjoni permezz ta’ mandat skont l-IPA 2016, dment li jkun hemm “konnessjoni mal-Gżejjer Brittaniċi”, ara l-premessa (211).

(367)  It-Taqsima 176 tal-IPA 2016. Mandat ta’ interferenza tat-tagħmir tal-massa ma jistax jawtorizza mġiba, li (sakemm ma ssirx b’awtorità legali) tikkostitwixxi interċettazzjoni illegali (ħlief fir-rigward ta’ komunikazzjoni maħżuna). Skont il-UK Explanatory Framework, l-informazzjoni miksuba tista’ tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni ta’ suġġetti ta’ interess u normalment tkun operazzjonijiet xierqa fuq skala kbira (The UK Explanatory Framework, it-Taqsima H: National security, p. 28, ara n-nota 29 f’qiegħ il-paġna).

(368)  It-Taqsimiet 138(1) u 178(1) tal-IPA 2016.

(369)  It-Taqsimiet 138(2) u 178(2) tal-IPA 2016.

(370)  Skont l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, pereżempju, fini operazzjonali jista’ jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura għall-eżistenza ta’ theddida f’żona ġeografika speċifika.

(371)  It-Taqsima 142(4)-(10) tal-IPA 2016.

(372)  High Court of Justice, Liberty, [2019] EWHC 2057 (Admin), il-punt 167.

(373)  It-Taqsimiet 152 u 193 tal-IPA 2016 jeħtieġu li: (a) l-għażla għall-eżaminazzjoni titwettaq biss għall-finijiet operazzjonali speċifikati fil-mandat, (b) l-għażla għall-eżaminazzjoni tkun neċessarja u proporzjonata fiċ-ċirkustanzi kollha, u (c) l-għażla għall-eżaminazzjoni ma tiksirx il-projbizzjoni tal-għażla ta’ materjal u tal-identifikazzjoni ta’ komunikazzjonijiet li jkunu ntbagħtu minn jew ikunu maħsuba għal individwi magħrufa li jkunu fil-Gżejjer Brittaniċi f’dak iż-żmien.

(374)  Ara l-Code of Practice on Interception of Communications, il-paragrafu 6.6, ara n-nota 278 f’qiegħ il-paġna.

(375)  It-Taqsima 138(1)(b) u (c) u t-Taqsima 178(b) u (c) tal-IPA 2016.

(376)  Il-Code of Practice on Interception of Communications, il-paragrafu 4.10, ara n-nota 278 f’qiegħ il-paġna.

(377)  Il-Code of Practice on Interception of Communications, il-paragrafu 6.20, ara n-nota 278 f’qiegħ il-paġna, u l-Code of Practice on Equipment Interference, il-paragrafu 6.13, ara n-nota 348 f’qiegħ il-paġna.

(378)  It-Taqsimiet 138(1)(g) u 178(1)(f) tal-IPA 2016. L-awtorizzazzjoni minn qabel minn korp indipendenti ġiet identifikata b’mod partikolari mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem bħala salvagwardja importanti kontra l-abbuż fil-kuntest ta’ interċettazzjoni tal-massa. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Awla Manja), Big Brother Watch u oħrajn vs Ir-Renju Unit, (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 269 hawn fuq), il-paragrafi 351 u 352. Huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li din is-sentenza kienet tikkonċerna l-qafas legali preċedenti (RIPA 2000) li ma kienx fih uħud mis-salvagwardji (inkluża l-awtorizzazzjoni minn qabel minn Kummissarju Ġudizzjarju indipendenti) introdotti mill-IPA tal-2016.

(379)  It-Taqsima 159(3) u (4) tal-IPA 2016.

(380)  It-Taqsimiet 143 – 146, u 184 – 188 tal-IPA 2016. F’każ ta’ modifika urġenti, is-Secretary of State jista’ jagħmel il-modifika mingħajr approvazzjoni, iżda jeħtieġlu jinnotifika lill-Kummissarju u mbagħad il-Kummissarju jeħtieġlu jiddeċiedi jekk japprovax jew jirrifjutax il-modifika (it-Taqsima 147 tal-IPA 2016). Iċ-ċertifikati jridu jiġu kkanċellati, meta l-mandat ma jkunx għadu neċessarju jew proporzjonat, jew li l-eżaminazzjoni tal-kontenut interċettat, tal-metadata jew ta’ data oħra miksuba skont il-mandat ma tkunx aktar meħtieġa għal xi wieħed mill-finijiet operazzjonali speċifikati fuq il-mandat (it-Taqsimiet 148 u 189 tal-IPA 2016).

(381)  Il-Code of Practice on Interception of Communications, il-paragrafu 6.44-6.47, ara n-nota 278 f’qiegħ il-paġna, u l-Code of Practice on Equipment Interference, il-paragrafu 6.48, ara n-nota 348 f’qiegħ il-paġna.

(382)  It-Taqsima 156 tal-IPA 2016.

(383)  It-Taqsimiet 150 u 191 tal-IPA 2016.

(384)  L-Awla Manja tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f’Big Brother Watch u oħrajn vs Ir-Renju Unit (ara n-nota 268 ta’ qiegħ il-paġna hawn fuq) ikkonfermat is-sistema ta’ salvagwardji addizzjonali għaż-żamma, l-aċċess u l-iżvelar li kienet ipprovduta taħt l-RIPA 2000, ara l-paragrafi 392-394 u 402-405. L-istess sistema ta’ salvagwardji hija pprovduta mill-IPA tal-2016.

(385)  It-Taqsimiet 151 u 192 tal-IPA 2016.

(386)  Għal aktar informazzjoni dwar dawn l-iskopijiet, ara n-nota 312 f’qiegħ il-paġna.

(387)  F’dan ir-rigward, il-Kodiċijiet dwar l-interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet jispeċifikaw li “dawn is-sistemi ta’ pproċessar jipproċessaw data mill-konnessjonijiet jew mis-sinjali ta’ komunikazzjoni li l-awtorità ta’ interċettazzjoni tkun għażlet li tinterċetta. Imbagħad jiġi applikat ċertu ammont ta’ filtrazzjoni għat-traffiku fuq dawk il-links u s-sinjali, bl-għan li jintgħażlu tipi ta’ komunikazzjonijiet ta’ valur potenzjali għall-intelligence filwaqt li jiġu skartati dawk li x’aktarx ikunu l-anqas ta’ valur għall-intelligence. Bħala riżultat ta’ din il-filtrazzjoni, li tvarja bejn is-sistemi tal-ipproċessar, sehem sinifikanti tal-komunikazzjonijiet fuq dawn il-links u s-sinjali jiġi skartat awtomatikament. Imbagħad jistgħu jsiru tfittxijiet kumplessi ulterjuri sabiex jitfasslu aktar komunikazzjonijiet li x’aktarx ikunu tal-akbar valur għall-intelligence, li huma relatati mal-funzjonijiet statutorji tal-aġenzija. Imbagħad, dawn il-komunikazzjonijiet jistgħu jintgħażlu għall-eżaminazzjoni għal fini operazzjonali wieħed jew aktar minn fost dawk speċifikati fil-mandat fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità. Huma biss l-oġġetti li ma ġewx iffiltrati li jistgħu potenzjalment jintgħażlu għal eżaminazzjoni minn persuni awtorizzati” (Kodiċijiet ta’ prattika dwar l-interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet, il-paragrafu 6.6, ara n-nota 278 f’qiegħ il-paġna).

(388)  Ara t-Taqsima 152(1) (a) u (b) tal-IPA 2016 li skontha l-eżami taż-żewġ tipi ta’ data (kontenut interċettat u data sekondarja) jrid jitwettaq biss għall-iskop speċifikat u jkun meħtieġ u proporzjonat fiċ-ċirkostanzi kollha.

(389)  Dan it-tip ta’ mandat mhuwiex meħtieġ meta d-data relatata ma’ individwi li jinsabu fil-Gżira Brittanika tkun “data sekondarja” (ara t-taqsima 152(1) (c) tal-IPA 2016)

(390)  It-Taqsimiet 152 u 193 tal-IPA 2016.

(391)  It-Taqsimiet 155 u 196 tal-IPA 2016.

(392)  It-Taqsimiet 152 u 193 tal-IPA 2016.

(393)  It-Taqsima 229 tal-IPA 2016.

(394)  Il-Code of Practice on Interception of Communications, il-paragrafu 6.74, ara n-nota 278 f’qiegħ il-paġna, u l-Code of Practice on Equipment Interference, il-paragrafu 6.78, ara n-nota 348 f’qiegħ il-paġna.

(395)  L-IPCO twaqqaf permezz tat-Taqsima 238 tal-IPA 2016 sabiex jipprovdi lill-IPC bil-persunal, bl-akkomodazzjoni, bit-tagħmir u b’faċilitajiet u b’servizzi oħrajn neċessarji għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu (ara l-premessa (251))

(396)  Ir-Rapport Annwali tal-IPCO tal-2018 speċifika li l-ġustifikazzjonijiet irrekordjati mill-analisti tal-GCHQ “kienu qed jissodisfaw l-istandard meħtieġ u l-analisti kienu qed iqisu l-proporzjonalità tat-talbiet tagħhom għal data tal-massa f’dettall suffiċjenti”. Ir-Rapport Annwali tal-Investigatory Powers Commissioner 2018, il-paragrafu 6.22, ara n-nota 464 f’qiegħ il-paġna.

(397)  Ir-Rapport Annwali tal-Investigatory Powers Commissioner 2019, il-paragrafu 7.6, ara n-nota 463 f’qiegħ il-paġna.

(398)  Ir-Rapport Annwali tal-Investigatory Powers Commissioner 2019, il-paragrafu 10.22, ara n-nota 463 f’qiegħ il-paġna.

(399)  Dan isegwi mid-definizzjoni tad-data ta’ komunikazzjoni pprovduta fit-Taqsima 261(5) tal-IPA 2016, li skont dan id-data ta’ komunikazzjoni tinżamm jew tinkiseb minn operatur tat-telekomunikazzjoni u tkun jew dwar l-utent ta’ servizz tat-telekomunikazzjoni u relatata mal-provvista ta’ dan is-servizz, jew tkun inkluża f’komunikazzjoni, inkluż bħala parti minnha, marbuta magħha jew assoċjat b’mod loġiku magħha (ara wkoll il-Code of Practice on Bulk Acquisition of Communications Data, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/715477/Bulk_Communications_Data_Code_of_Practice.pdf paragrafi 2.15 sa 2.22). Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ operatur tat-telekomunikazzjoni pprovduta fit-Taqsima 261(10) tal-IPA 2016 tirrikjedi li operatur tat-telekomunikazzjoni jkun persuna li toffri jew tipprovdi servizz tat-telekomunikazzjoni lil persuni fir-Renju Unit jew li tikkontrolla jew tipprovdi sistema tat-telekomunikazzjoni li hija (kompletament jew parzjalment) fir-Renju Unit jew ikkontrollata minnu. Dawn id-definizzjonijiet jagħmluha ċara li l-obbligi skont l-IPA 2016 ma jistgħux jiġu imposti fuq l-operaturi tat-telekomunikazzjoni li t-tagħmir tagħhom ma jkunx fir-Renju Unit jew ikkontrollat minnu u li ma joffrux jew ma jipprovdux servizzi lil persuni fir-Renju Unit (ara wkoll il-Code of Practice on Bulk Acquisition of Communications Data, il-paragrafu 2.2). Jekk l-abbonati tal-UE (kemm jekk jinsabu fl-UE kif ukoll fir-Renju Unit) għamlu użu mis-servizzi fir-Renju Unit, kwalunkwe komunikazzjoni fir-rigward tal-forniment ta’ dan is-servizz tinġabar direttament mill-fornitur ta’ servizz fir-Renju Unit minflok tkun ma soġġetta għal trasferiment mill-UE.

(400)  It-Taqsima 94(1) tat-Telecommunication Act 1984 tipprovdi li s-Secretary of State jista’ joħroġ “direzzjonijiet ta’ karattru ġenerali kif jidher lis-Secretary of State li jkun meħtieġ jew prattiku fl-interessi tas-sigurtà nazzjonali (…)” (ara n-nota 451 f’qiegħ il-paġna).

(401)  Ara Privacy International, il-punt 78

(402)  Ara l-Code of Practice on Bulk Acquisition of Communications Data, il-paragrafu 4.11, (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 399414).

(403)  Mandat ta’ kisba tal-massa jista’ jintalab biss mill-kapijiet tas-servizzi tal-intelligence li huma: (i) id-Direttur Ġenerali tas-Security Service; (ii) il-Kap tas-Secret Intelligence Service; jew (iii) id-Direttur tal-GCHQ (ara t-taqsimiet 158 u 263 tal-IPA 2016).

(404)  Il-Code of Practice on Bulk Acquisition of Communications Data, il-paragrafu 4.5 (ara n-nota 399 f’qiegħ il-paġna).

(405)  Skont it-Taqsima 161 tal-IPA 2016, il-finijiet operazzjonali speċifikati fil-mandat iridu ikunu dawk speċifikati f’lista miżmuma mill-kapijiet tas-servizzi tal-intelligence (“il-lista ta’ finijiet operazzjonali”), bħala finijiet li huma jqisu bħala finijiet operazzjonali li għalihom tista’ tintgħażel data ta’ komunikazzjonijiet miksuba permezz ta’ mandati ta’ kisba tal-massa għal eżaminazzjoni.

(406)  Il-Code of Practice on Bulk Acquisition of Communications Data, il-paragrafu 6.6 (ara n-nota 399 f’qiegħ il-paġna).

(407)  It-Taqsima 172 tal-IPA 2016 teħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji speċifiċi għall-fażi ta’ filtrazzjoni u ta’ għażla għall-eżaminazzjoni tal-komunikazzjonijiet tal-massa miksuba. Barra minn hekk, eżaminazzjoni deliberata bi ksur ta’ dawn is-salvagwardji hija wkoll reat kriminali (ara t-Taqsima 173 tal-IPA 2016).

(408)  It-Taqsima 171 tal-IPA 2016.

(409)  It-Taqsima 171(9) tal-IPA 2016.

(410)  It-Taqsima 162 tal-IPA 2016.

(411)  It-Taqsima 163 tal-IPA 2016.

(412)  It-Taqsima 164 - 166 tal-IPA 2016.

(413)  It-Taqsima 159 tal-IPA 2016.

(414)  L-IPCO Annual Report 2019, il-paragrafu 8.6, ara n-nota 463 f’qiegħ il-paġna.

(415)  L-IPCO Annual Report 2019, il-paragrafu 10.4, ara n-nota 463 f’qiegħ il-paġna.

(416)  L-IPCO Annual Report 2019, il-paragrafu 8.37, ara n-nota 463 f’qiegħ il-paġna.

(417)  It-Taqsima 200 tal-IPA 2016.

(418)  Il-UK Explanatory Framework for Adequacy Discussions, it-Taqsima H: National Security, il-paġna 34, ara n-nota 29 f’qiegħ il-paġna.

(419)  It-Taqsima 204 tal-IPA 2016.

(420)  Il-Code of Practice on Intelligence Services’ Retention and Use of Bulk Personal Datasets, il-paragrafu 4.7, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/715478/Bulk_Personal_Datasets_Code_of_Practice.pdf

(421)  It-Taqsima 205 tal-IPA 2016.

(422)  Bħal, pereżempju, data personali sensittiva, ara t-Taqsima 202 tal-IPA 2016 u l-Code of Practice on Intelligence Services’ Retention and Use of Bulk Personal Datasets, il-paragrafi 4.21 u 4.12, ara n-nota 469 f’qiegħ il-paġna.

(423)  Talba għal mandat tal-BPD speċifiku trid tiġi kkunsidrata individwalment mis-Secretary of State, jiġifieri fir-rigward ta’ sett ta’ data speċifiku wieħed. Is-servizz tal-intelligence huwa meħtieġ mit-Taqsima 205 tal-IPA sabiex jinkludi fit-talba tiegħu għal mandat tal-BPD speċifiku spjegazzjoni dettaljata tan-natura u tal-firxa tal-materjal inkwistjoni u lista tal-“finijiet operazzjonali” li għalihom is-servizz tal-intelligence rilevanti jixtieq jeżamina l-BPD (fejn is-servizz tal-intelligence jfittex mandat għaż-żamma u għall-eżaminazzjoni, minflok iż-żamma biss). Meta joħroġ mandat ta’ klassi tal-BPD, is-Segretarju minflok iqis il-kategorija kollha ta’ settijiet ta’ data f’daqqa.

(424)  It-Taqsima 204 u t-Taqsima 205 tal-IPA 2016.

(425)  It-Taqsima 2 tal-IPA 2016.

(426)  It-Taqsimiet 204 u 205 tal-IPA 2016.

(427)  Il-Code of Practice on Intelligence Services’ Retention and Use of Bulk Personal Datasets, il-paragrafu 5.2, ara n-nota 420 f’qiegħ il-paġna.

(428)  Il-Code of Practice on Intelligence Services’ Retention and Use of Bulk Personal Datasets, il-paragrafi 8.1-8.15, ara n-nota f’qiegħ il-paġna 420.

(429)  Il-UK Explanatory Framework for Adequacy Discussions, it-Taqsima H: National Security, il-paġna 34, ara n-nota 29 f’qiegħ il-paġna.

(430)  It-Taqsima 87(1) tad-DPA 2018.

(431)  It-Taqsima 87(3) tad-DPA 2018. Filwaqt li l-kontrolluri jistgħu jkunu eżentati minn dan il-prinċipju skont it-Taqsima 110 tad-DPA 2018 sa fejn tali eżenzjoni tkun meħtieġa għas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali, tali eżenzjoni trid tiġi vvalutata każ b’każ u tista’ tiġi invokata biss sa fejn l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni partikolari jkollha konsegwenzi negattivi għas-sigurtà nazzjonali (ara l-premessa (132)). Iċ-ċertifikati tas-sigurtà nazzjonali għas-servizzi tal-intelligence tar-Renju Unit (disponibbli fuq il-link li ġejja: https://ico.org.uk/about-the-ico/our-information/national-security-certificates/) ma jkoprux it-Taqsima 87(3) tad-DPA 2018. Barra minn hekk, peress li kwalunkwe pproċessar għal fini differenti jrid ikun awtorizzat bil-liġi, is-servizzi tal-intelligence jeħtieġ li jkollhom bażi ġuridika ċara għall-ipproċessar ulterjuri.

(432)  Għal aktar informazzjoni dwar dawn l-iskopijiet, ara n-nota 312 f’qiegħ il-paġna.

(433)  Ara n-nota 312 f’qiegħ il-paġna.

(434)  Gwida tal-ICO dwar l-ipproċessar tas-servizzi ta’ intelligence (ara n-nota 161f’qiegħ il-paġna).

(435)  It-Taqsima 54 tal-IPA 2016.

(436)  It-Taqsima 130 tal-IPA 2016.

(437)  It-Taqsima 151 tal-IPA 2016.

(438)  It-Taqsima 171(9) tal-IPA 2016.

(439)  It-Taqsima 192 tal-IPA 2016.

(440)  L-arranġamenti jridu jinkludu miżuri sabiex jiġi żgurat li kull kopja magħmula minn dak il-materjal tinħażen, sakemm tinżamm, b’mod sikur. Il-materjal miksub taħt mandat u kull kopja magħmula minn kwalunkwe minn dak il-materjal għandhom jinqerdu hekk kif ma jkunx hemm aktar raġunijiet rilevanti biex dan jinżamm (ara t-Taqsimiet 150(2), 150(5) u 151(2) tal-IPA 2016). Ta’ min jinnota li salvagwardji simili, ipprovduti taħt il-qafas legali preċedenti (RIPA 2000) instabu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għall-kondiviżjoni ta’ materjal miksub permezz ta’ interċettazzjoni massiva ma’ Stati barranin jew organizzazzjonijiet internazzjonali (il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Awla Manja), Big Brother Watch u oħrajn vs Ir-Renju Unit, (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 279 hawn fuq), il-paragrafi 362 u 399).

(441)  It-Taqsima 116 tad-DPA 2018.

(442)  Skont il-paragrafu 2 tal-Iskeda 13 tad-DPA 2018, l-avviżi ta’ infurzar u ta’ penali jistgħu jinħarġu lil kontrollur jew lil proċessur fir-rigward ta’ ksur tal-Kapitolu 2 tal-Parti 4 tad-DPA 2018 (prinċipji ta’ pproċessar), ta’ dispożizzjoni tal-Parti 4 tad-DPA 2018 li tagħti drittijiet lil suġġett tad-data, ta’ rekwiżit li jiġi kkomunikat ksur ta’ data personali lill-Kummissarju skont it-Taqsima 108 tad-DPA 2018, u tal-prinċipji għat-trasferimenti ta’ data personali lil pajjiżi terzi, lil pajjiżi mhux tal-Konvenzjoni u lil organizzazzjonijiet internazzjonali fit-Taqsima 109 tad-DPA 2018 (għal aktar dettalji dwar l-avviż ta’ infurzar u ta’ penali, ara l-premessa (92) aktar ’il fuq).

(443)  Skont it-Taqsima 147(6) tad-DPA 2018, il-Kummissarju tal-Informazzjoni ma jistax jagħti avviż ta’ valutazzjoni lil korp speċifikat fit-Taqsima 23(3) tal-Freedom of Information Act 2000. Dan jinkludi s-Security Service (MI5), is-Secret Intelligence Service (MI6) u l-Government Communications Headquarter).

(444)  Id-dispożizzjonijiet li jistgħu jiġu eżentati huma: it-Taqsima 108 (komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lill-Kummissarju), it-Taqsima 119 (spezzjoni f’konformità mal-obbligi internazzjonali); it-Taqsimiet 142 sa 154 u l-Iskeda 15 (avviżi tal-Kummissarju u s-setgħat ta’ dħul u ta’ spezzjoni); u t-Taqsimiet 170 sa 173 (reati relatati mad-data personali). Barra minn hekk, fir-rigward tal-ipproċessar mis-servizzi tal-intelligence fl-Iskeda 13 (funzjonijiet ġenerali oħrajn tal-Kummissarju), il-paragrafi 1(a) u (g) u 2.

(445)  Memorandum ta’ Qbil bejn l-Information Commission’s Office u l-Komunità tal-Intelligence tar-Renju Unit, ara n-nota 165 f’qiegħ il-paġna.

(446)  F’sebgħa minn dawn il-każijiet, l-ICO ta parir lill-ilmentatur sabiex iqajjem it-tħassib tiegħu mal-kontrollur tad-data (dan ikun il-każ meta individwu jkun qajjem it-tħassib ma-ICO, iżda l-ewwel ikun missu qajjem it-tħassib mal-kontrollur tad-data), f’wieħed minn dawn il-każijiet, l-ICO pprovda parir ġenerali lill-kontrollur tad-data (dan jintuża meta l-azzjonijiet tal-kontrollur ma jidhrux li kisru l-leġiżlazzjoni, iżda titjib tal-prattiki seta’ jevita li tqajjim tat-tħassib mal-ICO), u fit-13-il każ l-oħrajn, ma kienet meħtieġa l-ebda azzjoni mill-kontrollur tad-data (dan jintuża meta t-tħassib imqajjem mill-individwu jaqa’ taħt id-Data Protection Act 2018 minħabba li jikkonċerna l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali, iżda fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta, il-kontrollur ma jkunx deher li kiser il-leġiżlazzjoni).

(447)  F’konformità mat-Taqsima 227(7) u (8) tal-IPA 2016, l-Investigatory Powers Commissioner huwa Kummissarju Ġudizzjarju, u l-Investigatory Powers Commissioner u l-Kummissarji Ġudizzjarji l-oħrajn għandhom ikunu magħrufin, kollettivament, bħala l-Kummissarji Ġudizzjarji. Bħalissa hemm 15-il Kummissarju Ġudizzjarju.

(448)  Skont it-Taqsima 60(2) tal-Parti 3 tal-Constitutional Reform Act 2005, “kariga ġudizzjarja għolja” tfisser kariga bħala mħallef ta’ kwalunkwe waħda mill-qrati li ġejjin: (i) is-Supreme Court; (ii) il-Court of Appeal fl-Ingilterra u f’Wales; (iii) il-High Court fl-Ingilterra u f’Wales; (iv) il-Court of Session; (v) il-Court of Appeal fl-Irlanda ta’ Fuq; (vi) il-High Court fl-Irlanda ta’ Fuq; jew bħala Lord of Appeal in Ordinary.

(449)  L-indipendenza tal-ġudikatura hija bbażata fuq il-konvenzjoni u ġiet rikonoxxuta b’mod kumplessiv mis-1701 Act of Settlement.

(450)  It-Taqsima 227(3) tal-IPA 2016. Il-Kummissarji Ġudizzjarji jeħtiġilhom jiġu rrakkomandati wkoll mill-Investigatory Powers Commissioner, it-Taqsima 227(4)(e) tal-IPA 2016.

(451)  It-Taqsima 238 tal-IPA 2016.

(452)  It-Taqsima 227(2) tal-IPA 2016.

(453)  Il-proċess ta’ tneħħija huwa identiku għall-proċess ta’ tneħħija għal imħallfin oħrajn fir-Renju Unit (ara pereżempju t-Taqsima 11(3) tas-Senior Courts Act 1981 u t-Taqsima 33 tal-Constitutional Reform Act 2005, li jirrekjedu wkoll riżoluzzjoni wara approvazzjoni miż-żewġ Kmamar tal-Parlament). Sal-lum, l-ebda Kummissarju Ġudizzjarju ma tneħħa mill-kariga.

(454)  Korp imsejjaħ “arm’s-length body” huwa organizzazzjoni jew aġenzija li tirċievi finanzjament minn gvern, iżda li tista’ taġixxi b’mod indipendenti (għal definizzjoni u għal aktar informazzjoni dwar arm’s-length body ara l-Handbook of the Cabinet Office on the classification of Public Bodies, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/519571/Classification-of-Public_Bodies-Guidance-for-Departments.pdf u l-First Report of session 2014-2015 tal-Public Administration Select Committee tal-House of Commons, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://publications.parliament.uk/pa/cm201415/cmselect/cmpubadm/110/110.pdf )

(455)  Skont it-taqsima 229 tal-IPA 2016, il-Kummissarju Ġudizzjarju għandu setgħat estensivi ta’ sorveljanza li jkopru wkoll is-sorveljanza taż-żamma u d-divulgazzjoni tad-data miġbura mill-aġenziji tal-intelligence.

(456)  Id-deċiżjonijiet dwar jekk tiġix approvata deċiżjoni mis-Secretary of State sabiex joħroġ mandat huma kwistjoni għall-Kummissarji Ġudizzjarji nfushom. Jekk Kummissarju jirrifjuta li japprova mandat, is-Secretary of State jista’ jappella mal-Investigatory Powers Commissioner, li d-deċiżjoni tiegħu tkun finali.

(457)  L-awtorizzazzjoni tal-IPC dejjem tintalab meta d-data ta’ komunikazzjonijiet tinkiseb għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi (it-Taqsima 60A tal-IPA 2016). Meta d-data ta’ komunikazzjonijiet tinkiseb għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata mill-IPC jew, inkella, minn uffiċjal anzjan maħtur tal-awtorità pubblika rilevanti (Ara t-Taqsimiet 61 u 61A tal-IPA 2016 u l-premessa (203) aktar ’il fuq).

(458)  End of Mission Statement of the Special Rapporteur on the Right to Privacy at the Conclusion Of his Mission to the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland (ara n-nota 281 f’qiegħ il-paġna).

(459)  It-Taqsima 229 tal-IPA 2016. Is-setgħat ta’ investigazzjoni u informazzjoni tal-Kummissarju Ġudizzjarju huma stabbiliti fit-Taqsima 235 tal-IPA 2016.

(460)  Dan jinkludi miżuri ta’ sorveljanza skont l-RIPA 2000, l-eżerċizzju ta’ funzjonijiet skont il-Parti 3 tal-Police Act 1997 (awtorizzazzjoni ta’ azzjoni fir-rigward tal-proprjetà), u l-eżerċizzju mis-Secretary of State tal-funzjonijiet skont it-Taqsimiet 5 sa 7 tal-Intelligence Services Act 1994 (mandati għal interferenza b’telegrafija mingħajr fili, għal dħul u għal interferenza ma’ proprjetà (it-Taqsima 229 tal-IPA 2016).

(461)  It-Taqsima 230 tal-IPA 2016. L-IPC jista’ jirrapporta wkoll lill-Prim Ministru fuq inizjattiva tiegħu stess dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-funzjonijiet tiegħu. L-IPC jeħtieġlu jirrapporta wkoll lill-Prim Ministru fuq talba tiegħu u l-Prim Ministru jista’ jordna lill-IPC sabiex jirrieżamina kwalunkwe funzjoni tas-Servizzi tal-Intelligence.

(462)  Xi partijiet jistgħu jiġu esklużi jekk il-pubblikazzjoni tagħhom tmur kontra s-sigurtà nazzjonali.

(463)  Pereżempju, fir-rapport annwali tal-2019 tal-IPCO (il-paragrafu 6.38) jingħad li saret rakkomandazzjoni lill-MI5 sabiex jimmodifika l-politika ta’ żamma tiegħu għal settijiet ta’ data personali tal-massa (BPD) peress li kien missu jieħu approċċ li bih jagħti kunsiderazzjoni lill-proporzjonalità taż-żamma għall-oqsma kollha fl-imħażen tal-BPD u għal kull BPD maħżuna. Fi tmiem l-2018, l-IPCO ma kienx sodisfatt li din ir-rakkomandazzjoni ġiet segwita u r-rapport tal-2019 spjega li l-MI5 issa qed jintroduċi proċess ġdid sabiex jissodisfa dan ir-rekwiżit. Ir-rapport annwali tal-2019 (il-paragrafu 8.22) isemmi wkoll li l-GHCQ ingħata serje ta’ rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw ir-rekord li juri l-proporzjonalità tal-queries tiegħu fuq id-data tal-massa. Ir-rapport jikkonferma li fl-aħħar tal-2018 sar titjib f’dan il-qasam. Rapport Annwali tal-Investigatory Powers Commissioner Office 2019, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.ipco.org.uk/docs/IPC%20Annual%20Report%202019_Web%20Accessible%20version_final.pdf. Barra minn hekk, kull spezzjoni IPCO ta’ awtorità pubblika tiġi konkluża b’rapport li jiġi pprovdut lill-awtorità u jinkludi kwalunkwe rakkomandazzjoni li tirriżulta minn dik l-ispezzjoni. L-IPCO mbagħad jibda kull spezzjoni sussegwenti b’rieżami ta’ kwalunkwe rakkomandazzjoni preċedenti mill-aħħar darba u huwa rifless fir-rapport ta’ spezzjoni l-ġdid jekk ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti ġewx indirizzati jew ġewx riportati.

(464)  Żball jitqies “serju” meta l-Kummissarju jqis li jkun ikkawża preġudizzju jew dannu sinifikanti lill-persuna kkonċernata (it-Taqsima 231(2) tal-IPA 2016). Fl-2018, ġew irrapportati 22 żball li minnhom tmienja tqiesu serji u wasslu sabiex tiġi informata l-persuna kkonċernata. Ara r-Rapport Annwali tal-Investigatory Powers Commissioner Office 2018, Anness C (ara https://www.ipco.org.uk/docs/IPCO%20Annual%20Report%202018%20final.pdf). Fl-2019, 14-il żball ġew ikkunsidrati bħala serji. Ara r-Rapport Annwali tal-Investigatory Powers Commissioner Office 2019, Anness C, ara n-nota 463 f’qiegħ il-paġna.

(465)  It-Taqsima 231 tal-IPA 2016 tispeċifika li meta jinforma lil persuna dwar żball, l-IPC jeħtieġlu jipprovdi d-dettalji li l-Kummissarju jqis li jkunu neċessarji għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet, b’mod partikolari filwaqt li jqis sa liema punt l-iżvelar tad-dettalji jmur kontra l-interess pubbliku jew ikun ta’ preġudizzju għall-prevenzjoni jew għas-sejbien ta’ delitti gravi, għall-benessri ekonomiku tar-Renju Unit, jew għall-eżekuzzjoni kontinwa tal-funzjonijiet ta’ kwalunkwe wieħed mis-servizzi tal-intelligence.

(466)  Kif spjegat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, il-JSA espanda l-mandat tal-ISC sabiex jinkludi rwol fis-sorveljanza tal-komunità tal-intelligence lil hinn mit-tliet aġenziji u jippermetti sorveljanza retrospettiva tal-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenziji fi kwistjonijiet ta’ interess nazzjonali sinifikanti.

(467)  It-Taqsima 2 tad-JSA 2013.

(468)  Il-Memorandum ta’ Qbil bejn il-Prim ministru u l-ISC, disponibbli fuq il-link li ġejja: http://data.parliament.uk/DepositedPapers/Files/DEP2013-0415/AnnexA-JSBill-summaryofISCMoU.pdf

(469)  Il-Memorandum ta’ Qbil bejn il-Prim Ministru u l-ISC, para. 14, ara n-nota 468 f’qiegħ il-paġna.

(470)  Is-Secretary of State jista’ juża veto għall-iżvelar ta’ informazzjoni għal żewġ raġunijiet biss: l-informazzjoni tkun sensittiva u jenħtieġ li ma tiġix żvelata lill-ISC fl-interessi tas-sigurtà nazzjonali; jew tkun informazzjoni ta’ tali natura li, jekk is-Secretary of State jkun intalab jipproduċiha quddiem Kumitat Magħżul Dipartimentali tal-House of Commons, is-Secretary of State jikkunsidra (għal raġunijiet mhux limitati għas-sigurtà nazzjonali) li jkun xieraq li ma jagħmilx dan. (Paragrafu 4(2) tal-Iskeda 1 tal-JSA 2013).

(471)  Il-UK Explanatory Framework for Adequacy Discussions, it-Taqsima H: National Security, il-paġna 43, ara n-nota 31 f’qiegħ il-paġna.

(472)  It-Taqsima 1 tad-JSA 2013. Il-Ministri ma humiex eliġibbli sabiex isiru membri. Il-membri jżommu l-kariga tagħhom fl-ISC għad-durata tal-mandat tal-Parlament li matulu jinħatru. Dawn jistgħu jitneħħew permezz ta’ riżoluzzjoni tal-Kamra li permezz tagħha jkunu nħatru, jew jekk ma jibqgħux MP, jew jekk isiru Ministru. Membru jista’ wkoll jirriżenja.

(473)  Ir-rapporti u d-dikjarazzjonijiet tal-Kumitat huma disponibbli online fuq il-link li ġejja: https://isc.independent.gov.uk/publications/. Fl-2015 l-ISC ħareġ rapport dwar “Privacy and Security: A modern and transparent legal framework” (ara: https://isc.independent.gov.uk/wp-content/uploads/2021/01/20150312_ISC_PSRptweb.pdf) li fih qies il-qafas legali għat-tekniki ta’ sorveljanza użati mill-aġenziji tal-intelligence u ħareġ serje ta’ rakkomandazzjonijiet li mbagħad ġew ikkunsidrati u integrati fl-abbozz tal-Investigatory Powers Bill li ġie kkonvertit f’liġi, l-IPA 2016. It-tweġiba tal-gvern għar-rapport Privacy and Security hija disponibbli fuq il-link li ġejja: https://b1cba9b3-a-5e6631fd-s-sites.googlegroups.com/a/independent.gov.uk/isc/files/20151208_Privacy_and_Security_Government_Response.pdf

(474)  It-Taqsimiet 142, 161 u 183 tal-IPA 2016.

(475)  It-Taqsima 234 tal-IPA 2016.

(476)  It-Taqsima 236 tal-IPA 2016.

(477)  L-Intelligence and Security Committee of Parliament, Report on the draft Investigatory Powers Bill, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://isc.independent.gov.uk/wp-content/uploads/2021/01/20160209_ISC_Rpt_IPBillweb.pdf

(478)  Dawn id-dmirijiet ġenerali fir-rigward tal-privatezza issa huma stabbiliti fit-Taqsima 2(2) tal-IPA 2016, li tipprovdi li awtorità pubblika li taġixxi skont l-IPA 2016 jeħtiġilha tqis jekk dak li qed jitfittex li jinkiseb mill-mandat, mill-awtorizzazzjoni jew min-notifika jistax jinkiseb raġonevolment b’mezzi oħrajn anqas intrużivi, jekk il-livell ta’ protezzjoni li għandu jiġi applikat fir-rigward ta’ kwalunkwe kisba ta’ informazzjoni bis-saħħa tal-mandat, tal-awtorizzazzjoni jew tal-avviż ikunx ogħla minħabba s-sensittività partikolari ta’ dik l-informazzjoni, l-interess pubbliku fl-integrità u fis-sigurtà tas-sistemi tat-telekomunikazzjoni u tas-servizzi postali, u kwalunkwe aspett ieħor tal-interess pubbliku fil-protezzjoni tal-privatezza.

(479)  Pereżempju, wara t-talba tal-ISC, in-numru ta’ jiem li mandat “urġenti” jista’ jkun fis-seħħ qabel ma l-Kummissarju Ġudizzjarju jkollu japprovah tnaqqas minn ħamest ijiem għal tlett ijiem ta’ xogħol, u l-ISC ingħata s-setgħa li jirreferi kwistjonijiet lill-Investigatory Powers Commissioner għall-investigazzjoni.

(480)  Schrems II, il-punt 194.

(481)  Schrems II, il-punt 197.

(482)  It-Taqsima 94(11) tad-DPA 2018.

(483)  It-Taqsima 99(4) tad-DPA 2018.

(484)  It-Taqsima 100(1) tad-DPA 2018.

(485)  It-Taqsima 169 tad-DPA 2018 tippermetti talbiet minn “Persuna li ssofri dannu minħabba ksur ta’ rekwiżit tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data”. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, fil-prattika, talba jew ilment kontra s-servizzi tal-intelligence x’aktarx li jiġi ppreżentat quddiem l-Investigatory Powers Tribunal, li għandu ġurisdizzjoni wiesgħa, li huwa kapaċi jagħti kumpens/danni u li l-preżentazzjoni ta’ talba quddiemu ma tinvolvi l-ebda kost.

(486)  It-Taqsima 169(5) tad-DPA 2018.

(487)  Skont l-Iskeda 3 tal-RIPA 2000, il-membri jeħtiġilhom ikollhom esperjenza ġudizzjarja speċifikata u huma eliġibbli li jerġgħu jinħatru.

(488)  “Indirizz” hija mozzjoni mressqa quddiem il-Parlament li jfittex li jagħmel lill-Monark konxju tal-opinjonijiet tal-Parlament dwar kwistjoni partikolari.

(489)  Il-paragrafu 1(5) tal-Iskeda 3 tal-RIPA 2000.

(490)  It-Taqsima 65(5) tal-RIPA 2000.

(491)  Dwar l-istandard tat-test tat-“twemmin”, ara l-kawża Human Rights Watch vs Secretary of State [2016] UKIPTrib15_165-CH, il-punt 41. F’din il-kawża, l-Investigatory Powers Tribunal, billi rrefera għall-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, iddikjara li t-test xieraq huwa jekk fir-rigward tat-twemmin asserit li kwalunkwe mġiba li taqa’ taħt is-Subtaqsima 68(5) tal-RIPA 2000 twettqet minn jew f’isem xi wieħed mis-servizzi tal-intelligence, hemmx xi bażi għal twemmin tali li l-individwu jista’ jitlob li jkun vittma ta’ ksur ikkawżat mis-sempliċi eżistenza ta’ miżuri sigrieti jew ta’ leġiżlazzjoni li tippermetti miżuri sigrieti, biss jekk ikun jista’ juri li minħabba s-sitwazzjoni personali tiegħu, huwa potenzjalment jinsab f’riskju li jkun soġġett għal tali miżuri.

(492)  It-Taqsima 65 (4) (a) tal-RIPA 2000.

(493)  Dawn iċ-ċirkustanzi jirreferu għall-imġiba tal-awtoritajiet pubbliċi li sseħħ b’awtorità (eż. mandat, awtorizzazzjoni/avviż għall-akkwist ta’ komunikazzjonijiet, eċċ.), jew jekk iċ-ċirkustanzi jkunu tali li (kemm jekk ikun hemm tali awtorità kif ukoll jekk le) ma kienx ikun xieraq li l-imġiba sseħħ mingħajrha, jew tal-anqas mingħajr ma tkun ingħatat kunsiderazzjoni xierqa għal jekk jenħtieġx li titfittex din l-awtorità. L-imġiba awtorizzata minn Kummissarju Ġudizzjarju titqies li seħħet f’ċirkustanzi kontestabbli (it-Taqsima 65 (7ZA) tal-RIPA 2000) filwaqt li mġibiet oħrajn li jseħħu bil-permess ta’ persuna li jkollha kariga ġudizzjarja titqies li ma saritx f’ċirkustanzi kontestabbli (it-Taqsima 65(7) u (8) tal-RIPA 2000).

(494)  Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, il-limitu baxx sabiex isir ilment jiddetermina li ma huwiex rari li l-investigazzjoni tat-Tribunal tiddetermina li l-ilmentatur fil-fatt qatt ma kien soġġett għal investigazzjoni minn awtorità pubblika. L-aħħar Rapport Statistiku tal-Investigatory Powers Tribunal jispeċifika li fl-2016 it-Tribunal irċieva 209 ilmenti, 52 % ta’ dawk tqiesu bħala frivoli jew vessatorji u 25 % irċivew eżitu ta’ “ebda determinazzjoni”. L-awtoritajiet tar-Renju Unit spjegaw li dan ifisser li ma ntużat l-ebda attività/setgħa moħbija fir-rigward tal-ilmentatur, jew li ntużaw tekniki moħbija u t-Tribunal iddetermina li l-attività kienet legali. Barra minn hekk, 11 % ġew esklużi mill-ġurisdizzjoni, irtirati jew ma kinux validi, 5 % ġew esklużi biż-żmien u 7 % ġew aġġudikati favur l-ilmentatur. Rapport Statistiku tal-Investigatory Powers Tribunal 2016, disponibbli fuq il-link li ġejja: https://www.ipt-uk.com/docs/IPT%20Statisical%20Report%202016.pdf

(495)  Ara l-kawża Human Rights Watch v Secretary of State [2016] UKIPTrib15_165-CH. F’din il-kawża, l-Investigatory Powers Tribunal setgħat investigattivi, billi rrefera għall-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, iddikjara li t-test xieraq fir-rigward tat-twemmin li kwalunkwe mġiba li taqa’ taħt is-Subtaqsima 68(5) tal-RIPA 2000 twettqet minn jew f’isem xi wieħed mis-servizzi tal-intelligence huwa jekk hemmx xi bażi għal tali twemmin, inkluż il-fatt li individwu jista’ jitlob li jkun vittma ta’ ksur ikkawżat mis-sempliċi eżistenza ta’ miżuri sigrieti jew ta’ leġiżlazzjoni li tippermetti miżuri sigrieti, biss jekk ikun jista’ juri li minħabba s-sitwazzjoni personali tiegħu, huwa potenzjalment jinsab f’riskju li jkun soġġett għal tali miżuri (ara Human Rights Watch vs Secretary of State, il-punt 41).

(496)  It-Taqsima 67(3) tad-RIPA 2000.

(497)  It-Taqsima 67(2) tal-RIPA 2000.

(498)  It-Taqsima 68(6) – (7) tal-RIPA 2000.

(499)  It-Taqsima 68(4) tal-RIPA 2000.

(500)  Eżempju tal-applikazzjoni ta’ dawk is-setgħat huwa l-kawża f’Liberty & Others vs the Security Service, SIS, GCHQ, [2015] UKIP Trib 13_77-H_2. It-Tribunal għamel determinazzjoni favur żewġ ilmentaturi minħabba li l-komunikazzjoni tagħhom, f’każ minnhom, inżammet lil hinn mil-limiti stabbiliti u, fl-ieħor, minħabba li l-proċedura eżaminata ma ġietx segwita kif stabbilit fir-regoli interni tal-GCHQ. Fl-ewwel kawża l-Qorti ordnat lis-servizzi tal-intelligence jeqirdu l-komunikazzjonijiet li nżammu għal aktar mil-limitu ta’ żmien rilevanti. Fit-tieni kawża, ma nħarġitx ordni ta’ qerda minħabba li l-komunikazzjoni ma nżammitx.

(501)  Kennedy, ara n-nota 129 f’qiegħ il-paġna.

(502)  Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Big Brother Watch u oħrajn vs Ir-Renju Unit, (ara n-nota 268 f’qiegħ il-paġna hawn fuq), il-paragrafi 413 - 415.

(503)  Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Big Brother Watch, il-punt 425.

(504)  Kif muri, pereżempju, mis-sentenza reċenti tal-Awla Manja tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f’Big Brother Watch u oħrajn vs Ir-Renju Unit (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 279 hawn fuq), dan jippermetti kontroll ġudizzjarju effettiv – simili għal dak li għalih huma soġġetti l-Istati Membri tal-UE – minn qorti internazzjonali fuq il-konformità mill-awtoritajiet pubbliċi mad-drittijiet fundamentali meta jaċċessaw id-data personali. Barra minn hekk, l-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem hija soġġetta għal superviżjoni speċifika mill-Kunsill tal-Ewropa.

(505)  F’Belhaj u oħrajn [2017] UKSC 3, id-determinazzjoni tal-illegalità tal-interċettazzjoni ta’ materjal legalment privileġġat kienet ibbażata direttament fuq l-Artikolu 8 tal-KEDB (ara d-determinazzjoni 11).

(506)  High Court of Justice, Liberty, [2019] EWHC 2057 (Admin), il-punt 170.

(507)  Schrems, il-punt 65.

(508)  Schrems, il-punt 65: “F’dan ir-rigward, huwa l-leġiżlatur nazzjonali li għandu jipprevedi rimedji sabiex l-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni kkonċernata tkun tista’ tinvoka l-ilmenti li hija tqis fondati quddiem il-qrati nazzjonali sabiex dawn ikunu jistgħu jressqu, fil-każ li jkollhom l-istess dubji bħal dawk ta’ din l-awtorità dwar il-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, talba għal deċiżjoni preliminari għall-finijiet tal-eżami tal-validità tal-imsemmija deċiżjoni”.

(509)  L-opinjoni 14/2021 dwar l-Abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali fir-Renju Unit, disponibbli fil-link li ġej: https://edpb.europa.eu/our-work-tools/our-documents/opinion-art-70/opinion-142021-regarding-european-commission-draft_en.